1.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1039
tat-30 ta' Ġunju 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-ittestjar tat-titjir
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 5(5) u 7(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (2) għandu jiġi emendat sabiex jirregola, bħala parti mill-kundizzjonijiet tat-titjira, il-kompetenza u l-esperjenza għall-piloti u għall-inġiniera responsabbli għall-ittestjar tat-titjira, skont il-kumplessità tat-testijiet tat-titjira mwettqa u tal-inġenju tal-ajru, bil-ħsieb li tiżdied is-sikurezza u tissaħħaħ l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tal-kompetenza u tal-esperjenza għall-membri tal-ekwipaġġ tal-ittestjar tat-titjira fl-Unjoni. |
(2) |
Ir-rekwiżiti għall-organizzazzjonijiet tad-disinn u l-produzzjoni li jwettqu l-ittestjar tat-titjiriet, rekwiżit li jkun hemm manwal tal-operat tal-ittestjar tat-titjira li jiddefinixxi l-politiki tal-organizzazzjoni u l-proċeduri neċessarji fir-rigward tal-ittestjar tat-titjira għandhom ukoll jiġu introdotti, sabiex jippromwovu t-twettiq bla periklu ta' ttestjar tat-titjira. Dak il-manwal għandu jinkludi politiki u proċeduri għall-kompożizzjoni u l-kompetenza tal-ekwipaġġ, il-preżenza abbord ta' persuni minbarra l-membri tal-ekwipaġġ, il-ġestjoni tar-riskju u tas-sikurezza, l-identifikazzjoni tal-istrumenti u t-tagħmir li huwa meħtieġ li jinġarru. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 (3) ġie riformulat għaċ-ċarezza. Peress li l-Formola 15a tal-EASA, kif stipulata fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, tirreferi għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, jeħtieġ li dik ir-referenza tiġi aġġornata. |
(4) |
Jeħtieġ li jingħata żmien suffiċjenti għall-industrija tal-ajrunawtika u għall-Istati Membri biex jadattaw għal dawn ir-rekwiżiti. Għalhekk, għandhom jiġu previsti dispożizzjonijiet tranżitorji xierqa. Għal ċerti emendi speċifiċi, madankollu, għandha tingħata data tal-applikazzjoni differita fid-dawl tan-natura ta' dawk l-emendi. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda
L-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. L-Istati Membri li fil-21 ta' Lulju 2015 ħarġu liċenzji nazzjonali għall-membri tal-ekwipaġġ tal-ittestjar tat-titjira li mhumiex bdoti jistgħu jkomplu jagħmlu dan skont il-liġi nazzjonali tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2017. Id-detenturi ta' dawk il-liċenzji jistgħu jkomplu jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom sa dik id-data.
2. Wara l-31 ta' Diċembru 2017, l-applikanti għal, jew id-detenturi ta' permess għat-titjir jistgħu jkomplu jużaw is-servizzi ta' bdoti involuti fit-testijiet tat-titjira tal-Kategorija Tlieta jew Erbgħa imsemmija fl-Appendiċi XII tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 u tal-inġiniera tal-ittestjar tat-titjira li kienu qed iwettqu attivitajiet tal-ittestjar tat-titjira skont ir-regoli applikabbli tal-liġi nazzjonali qabel dik id-data. Kull użu bħal dan għandu jibqa' limitat għall-ambitu tal-funzjonijiet ta' membri tal-ekwipaġġ tal-ittestjar tat-titjira kif stabbilit qabel il-31 ta' Diċembru 2017.
L-ambitu tal-funzjonijiet ta' membru tal-ekwipaġġ tal-ittestjar tat-titjira għandu jkun stabbilit mill-applikant għal jew id-detentur ta' permess għat-titjir li juża jew qed jippjana li juża s-servizzi tagħhom, fuq il-bażi tal-esperjenza u t-taħriġ tal-membri tal-ekwipaġġ tal-ittestjar tat-titjira, u fuq ir-rekords rilevanti tal-applikant għal jew id-detentur ta' permess għat-titjir. Dak l-ambitu tal-funzjonijiet ta' membru tal-ekwipaġġ tal-ittestjar tat-titjira għandu jsir disponibbli lill-awtorità kompetenti.
Kull żieda jew kwalunkwe emenda oħra fl-ambitu tal-funzjonijiet stabbilit għal dawn il-membri tal-ekwipaġġ tal-ittestjar tat-titjira mill-applikant għal jew mid-detentur ta' permess għat-titjir li juża jew jippjana li juża s-servizzi tagħhom għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Appendiċi XII tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
3. Sal-31 ta' Diċembru 2015, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu joħorġu l-Formola 15a taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-EASA kif stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, li jkunu fis-seħħ qabel il-21 ta' Lulju 2015. Ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2016 jibqgħu validi sakemm jiġu mibdula, sospiżi jew revokati.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta' Lulju 2015.
Madankollu:
(a) |
il-punti 2 u 3 tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016; il-punt (b) japplika sakemm issir referenza għall-Appendiċi XII tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012. |
(b) |
il-punt 6 tal-Anness fir-rigward tal-punt D tal-Appendiċi XII għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li diġà jirriżultaw mill-Anness I (Parti-FCL) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (4). |
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet tad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta' Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
ANNESS
L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-werrej (Kontenut) tiżdied l-entrata li ġejja: “Appendiċi XII — Kategoriji ta' testijiet tat-titjira u l-kwalifiki tal-ekwipaġġ assoċjat tat-titjir bi prova”; |
(2) |
Fil-punt 21.A.143(a), jiżdied il-punt 13 li ġej:
|
(3) |
Fil-punt 21.A.243, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
(4) |
Fil-punt 21.A. 708 (b), il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:
|
(5) |
L-Appendiċi II jinbidel b'dan li ġej: “” |
(6) |
L-Appendiċi XII li ġej huwa miżjud: “Appendiċi XII Kategoriji ta' testijiet tat-titjira u l-kwalifiki tal-ekwipaġġ assoċjat tat-titjir bi prova A. Ġenerali Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-kwalifiki meħtieġa għall-ekwipaġġ tat-titjira involut fit-twettiq ta' testijiet tat-titjira għal inġenji tal-ajru ċċertifikati jew li se jkunu ċċertifikati skont CS-23 għal inġenji tal-ajru b'massa ta' tluq massima (MTOM) ta' jew ogħla minn 2 000 kg, CS-25, CS-27, CS-29 jew kodiċijiet ekwivalenti tal-airworthiness. B. Definizzjonijiet
C. Kategoriji ta' testijiet tat-titjira 1. Ġenerali Id-deskrizzjonijiet ta' hawn taħt jindirizzaw titjiriet imwettqa permezz ta' organizzazzjonijiet tad-disinn u l-produzzjoni skont l-Anness I (il-Parti 21). 2. Kamp ta' applikazzjoni Jekk ikun hemm aktar minn ajruplan wieħed involut f'test, kull inġenju tal-ajru individwali tat-titjira għandu jiġi vvalutat skont dan l-Appendiċi biex jiġi ddeterminat jekk huwiex test tat-titjira u, meta xieraq, il-kategorija tiegħu. It-titjiriet imsemmija f'punt (B)(3) huma l-uniċi titjiriet li jappartjenu għall-kamp ta' applikazzjoni ta' din l-Appendiċi. 3. Kategoriji ta' testijiet tat-titjira Testijiet tat-titjira jinkludu l-erba' kategoriji li ġejjin:
D. Kompetenza u esperjenza ta' bdoti u inġiniera responsabbli għat-testijiet tat-titjira 1. Ġenerali Il-bdoti u l-inġiniera responsabbli għat-testijiet tat-titjira għandu jkollhom il-kompetenzi u l-esperjenza speċifikati fit-tabella li ġejja.
1.1. Kompetenza tal-livell 1
1.2. Kompetenza tal-livell 2
1.3. Kompetenza tal-livell 3
1.4. Kompetenza tal-livell 4
2. Inġiniera responsabbli għat-titjir bi prova L-inġiniera responsabbli għat-titjir bi prova għandhom jirċievu awtorizzazzjoni mill-organizzazzjoni li timpjegahom li tagħti fid-dettall l-ambitu tal-funzjonijiet tagħhom fi ħdan l-organizzazzjoni. L-awtorizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
L-inġiniera responsabbli għat-titjir bi prova għandhom jinħatru għal titjira speċifika biss jekk ikunu fiżikament u mentalment b'saħħithom biex jaqdu l-kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati lilhom b'mod sikur. L-organizzazzjoni għandha tagħmel disponibbli għad-detenturi, ir-rekords rilevanti kollha relatati mal-awtorizzazzjonijiet tagħhom. E. Kompetenza u esperjenza tal-inġiniera l-oħra tat-titjir bi prova. L-inġiniera l-oħra tat-titjir bi prova abbord l-inġenju tal-ajru għandu jkollhom ammont ta' esperjenza u taħriġ proporzjonata mal-kompiti assenjati lilhom bħala membri tal-ekwipaġġ, u skont il-manwal tal-operazzjonijiet tat-titjir bi prova, meta applikabbli. L-organizzazzjoni għandha tagħmel disponibbli għall-inġiniera kkonċernati tat-titjir bi prova, ir-rekords rilevanti kollha relatati mal-attivitajiet tat-titjiriet tagħhom.” |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).