30.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1018

tad-29 ta' Ġunju 2015

li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rapportar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 jirrikjedi li jiġu stabbiliti sistemi ta' rapportar tal-okkorrenzi fil-livelli tal-organizzazzjoni, l-Istat Membru u l-Unjoni, maħsuba għall-informazzjoni rilevanti kollha tas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili li għandha tiġi rapportata, miġbura, maħżuna, protetta, skambjata, disseminata, analizzata u segwita. Barra minn hekk, fih previst regoli li jillimitaw l-użu tal-informazzjoni miġbura għat-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni u l-protezzjoni xierqa tar-rapportatur u ta' persuni oħrajn imsemmija fir-rapporti tal-okkorrenza bil-ħsieb li tkun żgurata disponibbiltà kontinwata tal-informazzjoni tas-sikurezza. Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 japplika għall-inġenji tal-ajru kollha definiti u koperti minn dak ir-Regolament, inkluż inġenji tal-ajru misjuqa mill-piloti kif ukoll Sistemi ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod.

(2)

Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014, il-Kummissjoni hija meħtieġa tadotta lista li tikklassifika l-okkorrenzi li għandha ssir referenza għalihom meta jiġu rapportati l-okkorrenzi, skont sistemi ta' rapportar mandatorji stabbiliti f'dak ir-Regolament, u li jidħlu fil-kategoriji tal-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament. Għandu jkun hemm tieni lista li jkun fiha, skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014, klassifikazzjoni tal-okkorrenzi applikabbli għall-inġenji tal-ajru apparti minn inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni. Din it-tieni lista, fejn jixraq, għandha tiġi adattata għall-ispeċifiċitajiet ta' dak is-settur tal-avjazzjoni.

(3)

Id-diviżjoni f'kategoriji tal-okkorrenzi li għandhom jiġu rapportati previsti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 ġiet stabbilita sabiex tippermetti l-identifikazzjoni, minn persuni maħtura permezz ta' dak ir-Regolament, tal-okkorrenzi li għandhom jiġu rapportati minn kull wieħed minnhom. F'konformità ma' dak l-għan, il-listi tal-okkorrenzi għandhom jiġu diviżi skont il-kategoriji li r-rapportaturi għandhom jirreferu għalihom, f'konformità mas-sitwazzjoni rispettiva tagħhom, skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-klassifikazzjoni dettaljata tal-okkorrenzi li għandha ssir referenza għalihom matul ir-rapportar, permezz ta' sistemi ta' rapportar mandatorji, l-okkorrenzi skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 hija stipulata fl-Annessi I sa V ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-15 ta' Novembru 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).


ANNESS I

OKKORRENZI MARBUTA MAL-OPERAT TAL-INĠENJU TAL-AJRU

Rimarka: Dan l-Anness huwa strutturat f'tali mod li l-okkorrenzi pertinenti huma marbuta mal-kategoriji tal-attivitajiet li matulhom jiġu osservati normalment, skont l-esperjenza, sabiex jiffaċilitaw ir-rapportar ta' dawk l-okkorrenzi. Madankollu, din il-preżentazzjoni ma tridx tinftiehem li tfisser li l-okkorrenzi ma jridux jiġu rrapportati fil-każ li jokkorru barra mill-kategorija tal-attivitajiet li magħhom huma marbuta fil-lista.

1.   OPERAZZJONIJIET TAL-AJRU

1.1.   Tħejjija għat-titjira

(1)

Użu ta' dejta skorretta jew entrati żbaljati fit-tagħmir użat għan-navigazzjoni jew kalkoli tal-prestazzjoni li pperikolaw jew setgħu pperikolaw l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(2)

Ġarr jew attentat ta' ġarr ta' oġġetti perikolużi f'kontravenzjoni tal-leġiżlazzjonijiet applikabbli inkluż tikkettar, imballaġġ u ġestjoni skorretti ta' oġġetti perikolużi.

1.2.   Tħejjija tal-inġenju tal-ajru

(1)

Tip ta' fjuwil skorrett jew fjuwil kontaminat.

(2)

Trattament skorrett, mhux adegwat jew li ma sarx għat-tneħħija tas-silġ/ta' kontra s-silġ.

1.3.   Tlugħ u nżul

(1)

Eskursjoni tat-taxiway jew tar-runway.

(2)

Inkursjoni reali jew potenzjali tat-taxiway jew tar-runway.

(3)

Inkursjoni taż-Żona ta' Tlugħ u ta' Avviċinament Finali (FATO).

(4)

Kwalunkwe tluq miċħud.

(5)

Inabbiltà li tinkiseb il-prestazzjoni meħtieġa jew mistennija matul it-tlugħ, id-dawran jew l-inżul.

(6)

Tlugħ reali jew attentat ta' tlugħ, avviċinament jew inżul b'setting tal-konfigurazzjoni skorrett.

(7)

Ħabta mad-denb, il-pala/ġewnagħ jew il-gondola matul it-tlugħ jew l-inżul.

(8)

Avviċinament jitkompla kontra l-kriterji tal-avviċinament stabbiliti mill-operatur tal-ajru.

(9)

Tkomplija ta' avviċinament strumentali taħt il-minimi ppubblikati b'referenzi viżivi inadegwati.

(10)

Inżul bi prekawzjoni jew sfurzat.

(11)

Inżul qasir jew twil.

(12)

Inżul f'daqqa.

1.4.   Kwalunkwe fażi tat-titjira

(1)

Telf tal-kontroll.

(2)

Inġenju tal-ajru instabbli, li jaqbeż l-orjentazzjoni normali tal-iskrun, l-angolu ta' inklinazzjoni laterali jew veloċità fl-ajru mhux adattata għall-kundizzjonijiet.

(3)

Devjazzjoni fl-altitudni.

(4)

Attivazzjoni ta' kwalunke protezzjoni tal-pakkett tat-titjira, inkluż twissija ta' waqfien, vibratur tal-istikka, imbutatur tal-istikka jew protezzjonijiet awtomatiċi.

(5)

Devjazzjoni mhux intenzjonata mit-trajettorja intenzjonata jew assenjata tal-inqas minn darbtejn tal-prestazzjoni tan-navigazzjoni meħtieġa jew 10 mili nawtiċi.

(6)

Qabża tal-limitu tal-manwal tat-titjira tal-inġenju tal-ajru.

(7)

Operat b'setting ħażin tal-altimeter.

(8)

Okkorrenzi tal-blast tal-ġett jew tal-kurrent tal-arja tar-rotor jew tal-prop li pperikolaw jew setgħu pperikolaw l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(9)

Miżinterpretazzjoni tal-modalità awtomatizzata jew ta' kwalunkwe informazzjoni tal-kabina tal-ekwipaġġ fornuta lill-ekwipaġġ tat-titjira li pperikolat jew setgħat ipperikolat l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

1.5.   Tipi oħrajn ta' okkorrenzi

(1)

Rilaxx mhux intenzjonat ta' merkanzija jew tagħmir ieħor li jinġarr fuq barra.

(2)

Telf ta' sensibilizzazzjoni tas-sitwazzjoni (inkluż sensibilizzazzjoni tal-ambjent, il-modalità u s-sistema, id-diżorjentazzjoni spazjali, u l-orizzont temporali).

(3)

Kwalunkwe okkorrenza fejn il-prestazzjoni umana kkontribwiet direttament jew setgħat ikkontribwiet għal aċċident jew inċident serju.

2.   OKKORRENZI TEKNIĊI

2.1.   Struttura u sistemi

(1)

Telf ta' kwalunkwe parti tal-istruttura tal-inġenju tal-ajru matul it-titjira.

(2)

Telf ta' sistema.

(3)

Telf tal-assigurazzjoni ta' sostenn ta' sistema.

(4)

Tnixxija ta' kwalunkwe fluwidu li rriżultat f'periklu ta' nirien jew f'kontaminazzjoni possibbilment perikoluża tal-istruttura, tas-sistemi jew tat-tagħmir tal-inġenju tal-ajru, jew pperikolat jew setgħat ipperikolat l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(5)

Funzjonamenti ħżiena jew difetti fis-sistema tal-fjuwil, li kellhom effett fuq l-għoti u/jew id-distribuzzjoni tal-fjuwil.

(6)

Funzjonament ħażin jew difett ta' kwalunkwe sistema ta' indikazzjoni meta dawn jirriżultaw f'indikazzjonijiet li jtellfu lill-ekwipaġġ.

(7)

Funzjonament anormali tal-kontrolli tat-titjira bħal kontrolli asimetriċi jew imwaħħlin/iġġamjati (pereżempju: refa' (flaps/slats), reżistenza tal-arja (spoilers), apparat tal-kontroll tal-orjentazzjoni (ailerons, kontrolluri tat-tlugħ tal-inġenju tal-ajru, tmun)).

2.2.   Propulsjoni (inkluż magni, skrejjen u sistemi tar-rotor) u unitajiet ta' potenza awżiljarja (APUs)

(1)

Telf jew funzjonament ħażin sinifikanti ta' kwalunkwe parti jew kontroll ta' skrun, rotor jew powerplant.

(2)

Ħsara jew telf tar-rotor jew tat-trażmissjoni prinċipali/tad-denb u/jew tas-sistemi ekwivalenti.

(3)

Flameout, matul l-għeluq ta' titjira ta' kwalunkwe magna jew APU meta meħtieġa (pereżempju: ETOPS (Operazzjonijiet fuq firxa kbira tal-inġenju tal-ajru b'żewġ magni), MEL (Lista tat-Tagħmir Minimu)).

(4)

Magna li topera limitazzjoni ta' skorriment, inkluż veloċità eċċessiva jew inabbiltà li tiġi kkontrollata l-veloċità ta' kwalunkwe komponent ta' rotazzjoni b'veloċità għolja (pereżempju: APU, air starter, magna taċ-ċiklu tal-arja, mutur tat-turbini tal-arja, skrun jew rotor).

(5)

Telf jew funzjonament ħażin ta' kwalunkwe parti ta' magna, powerplant, APU jew trażmissjoni li jirriżulta f'waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

is-sistema tal-forza propulsiva invertita tonqos milli topera kif suppost;

(b)

inabbiltà li jiġu kkontrollati l-qawwa, il-forza propulsiva jew rpm (revoluzzjonijiet kull minuta);

(c)

nuqqas ta' konteniment ta' komponenti/frak.

3.   INTERAZZJONI MA' SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI TAL-AJRU (ANS) U ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU (ATM)

(1)

Approvazzjoni mhux sikura tal-ATC (Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru).

(2)

Telf prolongat ta' komunikazzjoni mal-ATS (Servizz tat-Traffiku tal-Ajru) jew Unità ATM.

(3)

Struzzjonijiet konfliġġenti minn Unitajiet ATS differenti li potenzjalment jistgħu jwasslu għal telf ta' separazzjoni.

(4)

Miżinterpretazzjoni tal-komunikazzjoni bir-radju li pperikolat jew setgħat ipperikolat l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(5)

Devjazzjoni intenzjonata mill-istruzzjoni tal-ATC li pperikolat jew setgħat ipperikolat l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

4.   EMERĠENZI U SITWAZZJONIJIET KRITIĊI OĦRAJN

(1)

Kwalunkwe avveniment li jwassal għad-dikjarazzjoni ta' emerġenza (sejħa “MAYDAY” jew “PAN”).

(2)

Kwalunkwe ħruq, tidwib, duħħan, dħaħen, arcing, tisħin żejjed, nirien jew splużjoni.

(3)

Arja kontaminata fil-kabina tal-ekwipaġġ jew fil-kompartiment tal-passiġġieri li pperikolat jew setgħat ipperikolat l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(4)

Nuqqas ta' applikazzjoni korretta tal-proċedura mhux normali jew tal-emerġenza mill-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-kabina biex jittrattaw emerġenza.

(5)

Użu ta' kwalunkwe tagħmir tal-emerġenza jew proċedura mhux normali li taffettwa l-prestazzjoni matul it-titjira jew fl-inżul.

(6)

Nuqqas ta' kwalunkwe sistema jew tagħmir tal-emerġenza jew ta' salvataġġ li pperikolat jew setgħat ipperikolat l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(7)

Pressjoni tal-kabina inkontrollabbli.

(8)

Kwantità tal-fjuwil kritikalment baxxa jew kwantità tal-fjuwil fid-destinazzjoni inqas mir-riżerva finali meħtieġa tal-fjuwil.

(9)

Kwalunkwe użu tas-sistema tal-ossiġenu tal-ekwipaġġ mill-ekwipaġġ.

(10)

Inkapaċitar ta' kwalunkwe membru tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tal-kabina li jirriżulta fi tnaqqis taħt il-komplement minimu tal-ekwipaġġ iċċertifikat.

(11)

Eżawriment tal-ekwipaġġ li jkollha impatt jew potenzjalment jkollha impatt fuq l-abbiltà tagħhom li jwettqu d-doveri tagħhom tat-titjira b'mod sikur.

5.   AMBJENT ESTERN U METEOROLOĠIJA

(1)

Ħabta jew kważi ħabta, fuq l-art jew fl-ajru, ma' inġenju tal-ajru ieħor, fuq terren jew ma' ostaklu (1).

(2)

ACAS RA (Sistema għall-Evitar ta' Kolliżjonijiet fl-Ajru, Riżoluzzjoni Konsultattiva).

(3)

Attivazzjoni ta' sistema awtentika ta' ħabta mal-art bħal “twissija” GPWS (Sistema ta' Twissija ta' Qrubija lejn l-Art)/TAWS (Sistema ta' Sensibilizzazzjoni u Twissija ta' Terren).

(4)

Ħabta ma' annimali selvaġġi inkluż ħabta ma' għasfur.

(5)

Ħsara/frak minn oġġett barrani (FOD).

(6)

Sejba mhux mistennija ta' kundizzjonijiet ħżiena tas-superfiċe tar-runway.

(7)

Sejba ta' turbolenza tar-radda.

(8)

Interferenza mal-inġenju tal-ajru minn armi tan-nar, logħob tan-nar, tajri, illuminazzjoni bil-laser, dawl qawwi ħafna, lasers, sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod, mudelli ta' inġenji tal-ajru jew mezzi simili.

(9)

Sajjetta li rriżultat fi ħsara lill-inġenju tal-ajru jew telf jew funzjonament ħażin ta' kwalunkwe sistema tal-inġenju tal-ajru.

(10)

Sejba ta' silġ li rriżultat fi ħsara lill-inġenju tal-ajru jew telf jew funzjonament ħażin ta' kwalunkwe sistema tal-inġenju tal-ajru.

(11)

Sejba ta' turbolenza severa jew kwalunkwe sejba oħra li jiltaqa' magħha li tirriżulta f'korriment għal min jinsab fl-inġenju tal-ajru jew fejn l-inġenju tal-ajru ikun meqjus li jirrikjedi “verifika tat-turbolenza”.

(12)

Sejba ta' varjazzjonijiet sinifikanti fir-riħ jew maltempata li pperikolaw jew setgħu pperikolaw l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(13)

Sejba ta' silġ li tirriżulta f'diffikultajiet ta' mmaniġjar, ħsara lill-inġenju tal-ajru jew telf jew funzjonament ħażin ta' kwalunkwe sistema tal-inġenju tal-ajru.

(14)

Sejba ta' rmied volkaniku.

6.   SIGURTÀ

(1)

Theddida ta' bomba jew hijack.

(2)

Diffikultà biex jiġu kkontrollati passiġġieri intossikati, vjolenti jew li ma jirrispettawx ir-regoli.

(3)

Sejba ta' passiġġier klandestin.


(1)  L-ostaklu jinkludi vettura.


ANNESS II

OKKORRENZI RELATATI MA' KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI, MANUTENZJONI U TISWIJA TAL-INĠENJU TAL-AJRU

1.   MANIFATTURA

Prodotti, partijiet jew tagħmir rilaxxati mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni b'devjazzjonijiet mid-dejta applikabbli tad-disinn li tista' twassal għal kundizzjoni potenzjalment mhux sikura kif identifikat mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew l-approvazzjoni tad-disinn.

2.   DISINN

Kwalunkwe nuqqas, funzjonament ħażin, difett jew okkorrenza oħra relatati ma' prodott, parti jew tagħmir li rriżultaw jew jistgħu jirriżultaw f'kundizzjoni mhux sikura.

Rimarka: Din il-lista hija applikabbli għal okkorrenzi li jokkorru fuq prodott, parti jew tagħmir kopert miċ-ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari, awtorizzazzjoni ETSO, approvazzjoni ta' disinn ta' tiswija kbira jew kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra kkunsidrata li tkun inħarġet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (1).

3.   MANUTENZJONI JEW ĠESTJONI KONTINWATA TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

(1)

Ħsara strutturali serja (pereżempju: xquq, deformazzjoni permanenti, delaminazzjoni, debonding, ħruq, użu eċċessiv, jew korrużjoni) misjuba matul il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew ta' komponent.

(2)

Tnixxija serja jew kontaminazzjoni tal-fluwidi (pereżempju: fluwidi idrawliċi, fjuwil, żejt, gass jew oħrajn).

(3)

Ħsara jew funzjonament ħażin ta' kwalunkwe parti tal-magna jew powerplant u/jew trażmissjoni li jirriżultaw f'waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

nuqqas ta' konteniment ta' komponenti/frak;

(b)

difett fl-istruttura tal-bini tal-magna.

(4)

Ħsara, telf jew difett fi skrun, li jistgħu jwasslu għal separazzjoni matul it-titjira tal-iskrun jew kwalunkwe porzjoni maġġuri oħra tal-iskrun u/jew funzjonamenti ħżiena tal-kontroll tal-iskrun.

(5)

Ħsara, telf jew difett tal-gerboks/ehmża tar-rotor prinċipali, li tista' twassal għal separazzjoni matul it-titjira tal-assemblaġġ tar-rotor u/jew għal funzjonamenti ħżiena tal-kontroll tar-rotor.

(6)

Funzjonament ħażin sinifikanti ta' sistema jew tagħmir tas-sikurezza kritiċi inkluż sistema jew tagħmir tal-emerġenza matul l-ittestjar tal-manutenzjoni jew nuqqas ta' attivazzjoni ta' dawn is-sistemi wara l-manutenzjoni.

(7)

Assemblaġġ jew installazzjoni skorretti ta' komponenti tal-inġenju tal-ajru misjuba matul spezzjoni jew proċedura tat-test mhux intenzjonati għal dak l-iskop speċifiku.

(8)

Valutazzjoni żbaljata ta' difett serju, jew nuqqas ta' konformità serju mal-MEL u l-proċeduri tal-logbook tekniku.

(9)

Ħsara serja fl-EWIS (Sistema ta' Interkonnessjoni tal-Wajering Elettriku).

(10)

Kwalunkwe difett f'parti kritika limitata b'perjodu taż-żmien taċ-ċiklu tal-ħajja tagħha li jikkawża l-irtirar qabel it-tlestija taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħha.

(11)

L-użu ta' prodotti, komponenti jew materjali minn komponenti kritiċi mhux magħrufa, ta' oriġini suspettuża, jew li ma jistax isir servizz fuqhom.

(12)

Dejta jew proċeduri ta' manutenzjoni li jfixklu, huma skorretti jew insuffiċjenti li jistgħu jwasslu għal żbalji sinifikanti ta' manutenzjoni, inkluż il-kwistjoni tal-lingwa.

(13)

Kontroll jew applikazzjoni skorretti tal-limitazzjonijiet tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew tal-manutenzjoni skedata.

(14)

Rilaxx ta' inġenju tal-ajru għas-servizz mill-manutenzjoni fil-każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità li tipperikola s-sikurezza tat-titjira.

(15)

Ħsara serja kkawżata f'inġenju tal-ajru matul attivitajiet ta' manutenzjoni minħabba manutenzjoni skorretta jew użu ta' tagħmir ta' appoġġ fl-art mhux adattat jew li ma jistax isir servizz fuqu li jirrikjedi azzjonijiet addizzjonali tal-manutenzjoni.

(16)

Okkorrenzi identifikati ta' ħruq, tidwib, duħħan, arcing, tisħin żejjed jew nirien.

(17)

Kwalunkwe okkorrenza fejn il-prestazzjoni umana, inkluż eżawriment tal-persunal, ikkontribwiet direttament jew setgħat ikkontribwiet għal aċċident jew inċident serju.

(18)

Funzjonament ħażin, kwistjoni ta' affidabbiltà, jew kwistjoni ta' kwalità ta' rekordjar rikorrenti sinifikanti, li jeffettwaw sistema ta' rekordjar tat-titjira (bħal sistema ta' rekordjar tad-dejta ta' titjira, sistema ta' rekordjar b'link tad-dejta jew sistema ta' rekordjar tal-vuċi fil-kabina tal-ekwipaġġ) jew nuqqas ta' informazzjoni meħtieġa biex tiżgura l-abbiltà ta' servizz ta' sistema ta' rekordjar ta' titjira.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).


ANNESS III

OKKORRENZI RELATATI MA' SERVIZZI U FAĊILITAJIET TA' NAVIGAZZJONI TAL-AJRU

Rimarka: Dan l-Anness huwa strutturat f'tali mod li l-okkorrenzi pertinenti huma marbuta mal-kategoriji tal-attivitajiet li matulhom jiġu osservati normalment, skont l-esperjenza, sabiex jiffaċilitaw ir-rapportar ta' dawk l-okkorrenzi. Madankollu, din il-preżentazzjoni ma tridx tinftiehem li tfisser li l-okkorrenzi ma jridux jiġu rrapportati fil-każ li jokkorru barra mill-kategorija tal-attivitajiet li magħhom huma marbuta fil-lista.

1.   OKKORRENZI RELATATI MAL-INĠENJU TAL-AJRU

(1)

Ħabta jew kważi ħabta, fuq l-art jew fl-ajru, bejn inġenju tal-ajru u inġenju tal-ajru ieħor, fuq terren jew ma' ostaklu (1), inkluż titjira kkontrollata mill-qrib fuq terren (CFIT mill-qrib).

(2)

Ksur tas-separazzjoni minima (2).

(3)

Separazzjoni inadegwata (3).

(4)

ACAS RAs.

(5)

Ħabta ma' annimali selvaġġi inkluż ħabta ma' għasfur.

(6)

Eskursjoni tat-taxiway jew tar-runway.

(7)

Inkursjoni reali jew potenzjali tat-taxiway jew tar-runway.

(8)

Inkursjoni taż-Żona ta' Tlugħ u ta' Avviċinament Finali (FATO).

(9)

Devjazzjoni tal-inġenju tal-ajru mill-approvazzjoni tal-ATC.

(10)

Devjazzjoni tal-inġenju tal-ajru mir-regolament applikabbli tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM):

(a)

Devjazzjoni tal-inġenju tal-ajru minn proċeduri applikabbli ppublikati mill-ATM;

(b)

Ksur tal-ispazju tal-ajru inkluż penetrazzjoni mhux awtorizzata tal-ispazju tal-ajru;

(c)

Devjazzjoni mill-ġarr u l-operazzjonijiet tat-tagħmir tal-inġenju tal-ajru relatati mal-ATM, kif mandat mir-regolamenti applikabbli.

(11)

Okkorrenzi relatati ma' konfużjoni tas-sinjal tas-sejħa.

2.   DEGRADAZZJONI JEW TELF TOTALI TA' SERVIZZI JEW TA' FUNZJONIJIET

(1)

Inabbiltà ta' forniment ta' servizzi ATM jew ta' eżekuzzjoni ta' funzjonijiet ATM:

(a)

Inabbiltà ta' forniment ta' servizzi tat-traffiku tal-ajru jew ta' eżekuzzjoni ta' funzjonijiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;

(b)

Inabbiltà ta' forniment ta' servizzi ta' ġestjoni tal-ispazju tal-ajru jew ta' eżekuzzjoni ta' funzjonijiet ta' servizzi ta' ġestjoni tal-ispazju tal-ajru;

(c)

Inabbiltà ta' forniment ta' ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru u servizzi tal-kapaċità jew ta' eżekuzzjoni ta' ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru u funzjonijiet tal-kapaċità.

(2)

Informazzjoni nieqsa jew skorretta, korrotta, inadegwata jew żbaljata b'mod sinifikanti minn kwalunkwe servizz ta' appoġġ (4), inkluż dik marbuta ma' kundizzjonijiet dgħajfa tas-superfiċe tar-runway.

(3)

Ħsara fis-servizz tal-Komunikazzjoni.

(4)

Ħsara fis-servizzi ta' Sorveljanza.

(5)

Ħsara fil-funzjoni jew is-servizz tal-Ipproċessar u d-Distribuzzjoni tad-Dejta.

(6)

Ħsara fis-servizz ta' Navigazzjoni.

(7)

Ħsara fis-sistema tas-sigurtà tal-ATM li kellha jew jista' jkollha impatt negattiv dirett fuq il-forniment sikur tas-servizz.

(8)

Tagħbija eċċessiva sinifikanti tas-settur/pożizzjoni tal-ATS li possibbilment twassal għal deterjorament fil-forniment tas-servizz.

(9)

Riċeviment jew interpretazzjoni skorretta ta' komunikazzjonijiet sinifikanti, inkluż nuqqas ta' fehim tal-lingwa użata, fejn din kellha jew jista' jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq il-forniment sikur ta' servizz.

(10)

Telf prolongat ta' komunikazzjoni ma' inġenju tal-ajru jew ma' unità ATS oħra.

3.   OKKORRENZI OĦRAJN

(1)

Dikjarazzjoni ta' emerġenza (sejħa “MAYDAY” jew “PAN”).

(2)

Interferenza esterna sinifikanti mas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru (pereżempju Stazzjonijiet tax-Xandir bir-Radju li jittrasmettu fuq il-frekwenza FM, li jinterferixxu mal-ILS (sistema ta' nżul bl-istrumenti), il-VOR (sinjal tar-radju omnidirezzjonali VHF) u l-komunikazzjoni).

(3)

Interferenza mal-inġenju tal-ajru, unità ATS jew trażmissjoni ta' komunikazzjoni bir-radju li tinkludi armi tan-nar, logħob tan-nar, tajri, illuminazzjoni bil-laser, dawl tal-laser qawwi ħafna, Sistemi ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod, mudelli ta' inġenji tal-ajru jew mezzi simili.

(4)

Rimi ta' fjuwil.

(5)

Theddida ta' bomba jew hijack.

(6)

Eżawriment li jkollha impatt jew potenzjalment jista' jkollha impatt fuq l-abbiltà ta' prestazzjoni sikura tad-doveri tan-navigazzjoni bl-ajru jew tat-traffiku tal-ajru.

(7)

Kwalunkwe okkorrenza fejn il-prestazzjoni umana kkontribwiet direttament jew setgħat ikkontribwiet għal aċċident jew inċident serju.


(1)  L-ostaklu jinkludi vettura.

(2)  Din tirreferi għal sitwazzjoni fejn is-separazzjoni minima preskritta ma nżammitx bejn l-inġenji tal-ajru jew bejn inġenju tal-ajru u l-ispazju tal-ajru fejn hija preskritta s-separazzjoni minima.

(3)  Fin-nuqqas ta' separazzjoni minima preskritta, sitwazzjoni li fiha l-inġenji tal-ajru ġew perċeputi li kienu viċin wisq ta' xulxin biex il-piloti jiżguraw separazzjoni sikura.

(4)  Pereżempju: servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS), servizz ta' informazzjoni b'terminal awtomatiku (ATIS), servizzi meteoroloġiċi, bażijiet tad-dejta tan-navigazzjoni, mapep, charts, servizz ta' informazzjoni ajrunawtika (AIS), manwali.


ANNESS IV

OKKORRENZI RELATATI MAL-AJRUDROMI U S-SERVIZZI FUQ L-ART

1.   ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA TA' AJRUDROM

Rimarka: Din it-Taqsima hija strutturata f'tali mod li l-okkorrenzi pertinenti huma marbuta mal-kategoriji tal-attivitajiet li matulhom jiġu osservati normalment, skont l-esperjenza, sabiex jiffaċilitaw ir-rapportar ta' dawk l-okkorrenzi. Madankollu, din il-preżentazzjoni ma tridx tinftiehem li tfisser li l-okkorrenzi ma jridux jiġu rrapportati fil-każ li jokkorru barra mill-kategorija tal-attivitajiet li magħhom huma marbuta fil-lista.

1.1.   Okkorrenzi relatati mal-inġenju tal-ajru u mal-ostaklu

(1)

Ħabta jew kważi ħabta, fuq l-art jew fl-ajru, bejn inġenju tal-ajru u inġenju tal-ajru ieħor, fuq terren jew ma' ostaklu (1).

(2)

Ħabta ma' annimali selvaġġi inkluż ħabta ma' għasfur.

(3)

Eskursjoni tat-taxiway jew tar-runway.

(4)

Inkursjoni reali jew potenzjali tat-taxiway jew tar-runway.

(5)

Inkursjoni jew eskursjoni taż-Żona ta' Tlugħ u ta' Avviċinament Finali (FATO).

(6)

Inġenju tal-ajru jew vettura jonqsu milli jsegwu approvazzjoni, struzzjoni jew restrizzjoni filwaqt li jkunu qed joperaw fiż-żona tal-moviment ta' ajrudrom (pereżempju: runway, taxiway jew parti ristretta ta' ajrudrom żbaljati).

(7)

Oġġett barrani fiż-żona tal-moviment tal-ajrudrom li pperikola jew seta' pperikola l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(8)

Preżenza ta' ostakli fl-ajrudrom jew fil-viċinat ta' ajrudrom li ma humiex pubblikati fl-AIP (Pubblikazzjoni ta' Informazzjoni Ajrunawtika) jew min-NOTAM (Avviż lill-Ekwipaġġ) u/jew li ma humiex immarkati jew mixgħula sew.

(9)

Imbuttatura lura, tnaqqis fil-potenza jew interferenza fuq it-taxi minn vettura, tagħmir jew persuna.

(10)

Passiġġieri jew persuna mhux awtorizzata tħallew mingħajr superviżjoni fuq is-superfiċe asfaltata fl-ajrudrom.

(11)

Blast tal-ġett, bidla fil-kurrent tal-arja tar-rotor jew effett tal-blast tal-iskrun.

(12)

Dikjarazzjoni ta' emerġenza (sejħa “MAYDAY” jew “PAN”).

1.2.   Degradazzjoni jew telf totali ta' servizzi jew ta' funzjonijiet

(1)

Telf jew nuqqas ta' komunikazzjoni bejn:

(a)

Ajrudrom, vettura jew persunal fuq l-art ieħor u unità ta' servizzi tat-traffiku tal-ajru jew unità ta' servizz ta' ġestjoni fuq is-superfiċe asfaltata fl-ajrudrom;

(b)

Unità ta' servizz ta' ġestjoni fuq is-superfiċe asfaltata fl-ajrudrom u inġenju tal-ajru, vettura jew unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.

(2)

Telf sinifikanti, funzjonament ħażin jew difett tat-tagħmir jew sistema tal-ajrudrom li pperikolaw jew setgħu pperikolaw l-inġenju tal-ajru jew il-persuni ta' ġo fih.

(3)

Nuqqasijiet sinifikanti fid-dawl, fl-immarkar jew fis-sinjali tal-ajrudrom.

(4)

Telf tas-sistema tal-alert ta' emerġenza tal-ajrudrom.

(5)

Servizzi ta' salvataġġ u ta' tifi tan-nar mhux disponibbli skont ir-rekwiżiti applikabbli.

1.3.   Okkorrenzi oħrajn

(1)

Nirien, duħħan, splużjonijiet fil-faċilitajiet, il-viċinanżi u t-tagħmir tal-ajrudrom li pperikolaw jew setgħu pperikolaw l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(2)

Okkorrenzi relatati mas-sigurtà tal-ajrudrom (pereżempju: dħul mhux awtorizzat, sabutaġġ, theddida ta' bomba).

(3)

Nuqqas ta' rapportar ta' bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet tal-operat tal-ajrudrom li pperikola jew seta' pperikola l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(4)

Trattament skorrett, mhux adegwat jew li ma sarx għat-tneħħija tas-silġ/ta' kontra s-silġ.

(5)

Tixrid sinifikanti matul l-operazzjonijiet tal-fjuwil.

(6)

Għoti ta' fjuwil jew fluwidi essenzjali oħrajn kontaminati jew ta' tip skorrett (inkluż ossiġenu, nitroġenu, żejt u ilma tajjeb għax-xorb).

(7)

Nuqqas fl-immaniġġjar tal-kundizzjonijiet ħżiena tas-superfiċe tar-runway.

(8)

Kwalunkwe okkorrenza fejn il-prestazzjoni umana kkontribwiet direttament jew setgħat ikkontribwiet għal aċċident jew inċident serju.

2.   GROUND HANDLING TA' INĠENJU TAL-AJRU

Rimarka: Din it-Taqsima hija strutturata f'tali mod li l-okkorrenzi pertinenti huma marbuta mal-kategoriji tal-attivitajiet li matulhom jiġu osservati normalment, skont l-esperjenza, sabiex jiffaċilitaw ir-rapportar ta' dawk l-okkorrenzi. Madankollu, din il-preżentazzjoni ma tridx tinftiehem li tfisser li l-okkorrenzi ma jridux jiġu rrapportati fil-każ li jokkorru barra mill-kategorija tal-attivitajiet li magħhom huma marbuta fil-lista.

2.1.   Okkorrenzi marbuta mal-inġenju tal-ajru u mal-ajrudrom

(1)

Ħabta jew kważi ħabta, fuq l-art jew fl-ajru, bejn inġenju tal-ajru u inġenju tal-ajru ieħor, fuq terren jew ma' ostaklu (2).

(2)

Inkursjoni tar-runway jew tat-taxiway.

(3)

Eskursjoni tar-runway jew tat-taxiway.

(4)

Kontaminazzjoni sinifikanti tal-istruttura, tas-sistemi u tat-tagħmir tal-inġenju tal-ajru li tirriżulta mill-ġarr ta' bagalji, posta jew merkanzija.

(5)

Imbuttatura lura, tnaqqis fil-potenza jew interferenza fuq it-taxi minn vettura, tagħmir jew persuna.

(6)

Oġġett barrani fiż-żona tal-moviment tal-ajrudrom li pperikola jew seta' pperikola l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(7)

Passiġġieri jew persuna mhux awtorizzata tħallew mingħajr superviżjoni fuq is-superfiċe asfaltata fl-ajrudrom.

(8)

Nirien, duħħan, splużjonijiet fil-faċilitajiet, il-viċinanżi u t-tagħmir tal-ajrudrom li pperikolaw jew setgħu pperikolaw l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(9)

Okkorrenzi relatati mas-sigurtà tal-ajrudrom (pereżempju: dħul mhux awtorizzat, sabutaġġ, theddida ta' bomba).

2.2.   Degradazzjoni jew telf totali ta' servizzi jew ta' funzjonijiet

(1)

Telf jew nuqqas ta' komunikazzjoni mal-inġenju tal-ajru, il-vettura, l-unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jew l-unità ta' servizz ta' ġestjoni fuq is-superfiċe asfaltata fl-ajrudrom.

(2)

Telf sinifikanti, funzjonament ħażin jew difett tat-tagħmir jew sistema tal-ajrudrom li pperikolaw jew setgħu pperikolaw l-inġenju tal-ajru jew il-persuni ta' ġo fih.

(3)

Nuqqasijiet sinifikanti fid-dawl, fl-immarkar jew fis-sinjali tal-ajrudrom.

2.3.   Okkorrenzi speċifiċi tal-ground handling

(1)

Trattament jew tlugħ abbord skorretti ta' passiġġieri, bagalji, posta jew merkanzija, li jista' jkollhom effett sinifikanti fuq il-massa u/jew il-bilanċ tal-inġenju tal-ajru (inkluż żbalji sinifikanti fil-kalkoli tal-iskeda tat-tagħbija).

(2)

Tagħmir tat-tlugħ abbord imneħħi li jwassal għall-ipperikolar tal-persuni li jinsabu fl-inġenju tal-ajru.

(3)

Stivar jew assikurar skorrett ta' bagalji, posta jew merkanzija li jistgħu b'xi mod jipperikolaw l-inġenju tal-ajru, it-tagħmir tiegħu jew il-persuni ta' ġo fih jew li jimpedixxi l-evakwazzjoni f'emerġenza.

(4)

Trasportar, attentat ta' trasportar jew ta' trattament ta' oġġetti perikolużi li rriżultaw jew setgħu rriżultaw fl-ipperikolar tas-sikurezza tal-operazzjoni jew wasslu għal kundizzjoni mhux sikura (pereżempju: inċident jew aċċident ta' oġġetti perikolużi kif definit fl-Istruzzjonijiet Tekniċi tal-ICAO (3)).

(5)

Nuqqas ta' konformità fir-rikonċiljazzjoni ta' bagalja jew passiġġier.

(6)

Nuqqas ta' konformità mal-proċeduri meħtieġa tal-groundhandling u l-għoti ta' servizz, speċjalment fil-proċeduri tat-tneħħija tas-silġ, l-għoti tal-fjuwil jew tat-tagħbija, inkluż l-ippożizzjonar skorrett jew it-tneħħija tat-tagħmir.

(7)

Tixrid sinifikanti matul l-operazzjonijiet tal-fjuwil.

(8)

Tagħbija ta' kwantitajiet skorretti tal-fjuwil li jista' jkollha effett sinifikanti fuq ir-reżistenza, il-prestazzjoni, il-bilanċ jew is-saħħa strutturali tal-inġenju tal-ajru.

(9)

Għoti ta' fjuwil jew fluwidi essenzjali oħrajn kontaminati jew ta' tip skorrett (inkluż ossiġenu, nitroġenu, żejt u ilma tajjeb għax-xorb).

(10)

Telf, funzjonament ħażin jew difett fit-tagħmir ta' fuq l-art użat għall-groundhandling, li jirriżulta fi ħsara jew potenzjal ta' ħsara lill-inġenju tal-ajru (pereżempju: żbarra tal-irmonk jew GPU (Ground Power Unit)).

(11)

Trattament skorrett, mhux adegwat jew li ma sarx għat-tneħħija tas-silġ/ta' kontra s-silġ.

(12)

Ħsara lill-inġenju tal-ajru mit-tagħmir jew vetturi tal-groundhandling inkluż ħsara li ma ġietx rapportata preċedentament.

(13)

Kwalunkwe okkorrenza fejn il-prestazzjoni umana kkontribwiet direttament jew setgħat ikkontribwiet għal aċċident jew inċident serju.


(1)  L-ostaklu jinkludi vettura.

(2)  L-ostaklu jinkludi vettura.

(3)  Struzzjonijiet Tekniċi għat-Trasportar Sikur ta' Oġġetti Perikolużi bl-Ajru (ICAO — Dok 9284).


ANNESS V

OKKORRENZI RELATATI MA' INĠENJU TAL-AJRU APPARTI MINN INĠENJU TAL-AJRU KUMPLESS LI JAĦDEM BIL-MAGNI, INKLUŻ GLIDERS U VETTURI LI HUMA EĦFEF MILL-ARJA

Għall-finijiet ta' dan l-Anness:

(a)

“Inġenju tal-ajru apparti minn inġenju tal-ajru li jaħdem bil-magni” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru apparti minn dak definit fl-Artikolu 3(j) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(b)

“Glider” għandha t-tifsira assenjata fl-Artikolu 2(117) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (1)

(c)

“Vetturi li huma eħfef mill-arja” għandha t-tifsira assenjata fil-punt ML10 tat-taqsima “Definizzjonijiet tat-termini użati f'din il-lista” tal-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

1.   INĠENJU TAL-AJRU APPARTI MINN INĠENJU TAL-AJRU KUMPLESS LI JAĦDEM BIL-MAGNI, ESKLUŻ GLIDERS U VETTURI LI HUMA EĦFEF MILL-ARJA

Rimarka: Din it-Taqsima hija strutturata f'tali mod li l-okkorrenzi pertinenti huma marbuta mal-kategoriji tal-attivitajiet li matulhom jiġu osservati normalment, skont l-esperjenza, sabiex jiffaċilitaw ir-rapportar ta' dawk l-okkorrenzi. Madankollu, din il-preżentazzjoni ma tridx tinftiehem li tfisser li l-okkorrenzi ma jridux jiġu rrapportati fil-każ li jokkorru barra mill-kategorija tal-attivitajiet li magħhom huma marbuta fil-lista.

1.1.   Operazzjonijiet tal-ajru

(1)

Telf tal-kontroll mhux intenzjonat.

(2)

Inżul barra miż-żona intenzjonata tal-inżul.

(3)

Inabbiltà jew nuqqas ta' kisba tal-prestazzjoni meħtieġa tal-inġenju tal-ajru mistennija f'kundizzjonijiet normali matul it-tluq, it-tlugħ jew l-inżul.

(4)

Inkursjoni tar-runway

(5)

Eskursjoni tar-runway.

(6)

Kwalunkwe titjira li tkun twettqet b'inġenju tal-ajru li ma kienx ajrunavigabbli, jew li għalih il-preparazzjoni tat-titjira ma kinetx tlestiet, li pperikolat jew setgħat ipperikolat l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(7)

Titjira mhux intenzjonata f'kundizzjonijiet IMC (Kundizzjonijiet meteoroloġiċi tal-istrument) tal-inġenju tal-ajru mhux ċertifikati IFR (regoli tat-titjir bl-istrumenti), jew minn pilota mhux kwalifikat għall-IFR, li pperikola jew seta' pperikola l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(8)

Rilaxx mhux intenzjonat tal-merkanzija (3).

1.2.   Okkorrenzi tekniċi

(1)

Vibrazzjoni severa anormali (pereżempju: “flutter” tal-aileron jew il-kontrollur tat-tlugħ tal-inġenju tal-ajru, jew tal-iskrun).

(2)

Kwalunkwe kontroll tat-titjira li mhux qed jiffunzjona sew jew mitfi.

(3)

Ħsara jew deterjorament sostanzjali tal-istruttura tal-inġenju tal-ajru.

(4)

Telf ta' xi parti tal-istruttura tal-inġenju tal-ajru matul it-titjira.

(5)

Ħsara ta' magna, rotor, skrun, sistema tal-fjuwil jew sistema essenzjali oħra.

(6)

Tnixxija ta' kwalunkwe fluwidu li rriżultat f'periklu ta' ħruq jew possibbilment kontaminazzjoni perikoluża tal-istruttura, is-sistemi jew it-tagħmir tal-inġenju tal-ajru jew riskju għal min jinsab ġo fih.

1.3.   Interazzjoni ma' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

(1)

Interazzjoni mas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (pereżempju: forniment ta' servizzi skorretti, komunikazzjonijiet konfliġġenti jew devjazzjoni mill-approvazzjoni) li pperikolaw jew setgħu pperikolaw l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(2)

Ksur tar-regoli tal-ispazju tal-ajru.

1.4.   Emerġenzi u sitwazzjonijiet kritiċi oħrajn

(1)

Kwalunkwe okkorrenza li twassal għal sejħa tal-emerġenza.

(2)

Nirien, splużjoni, duħħan, gassijiet tossiċi jew dħaħen tossiċi fl-inġenju tal-ajru.

(3)

Inkapaċitazzjoni tal-pilota li twassal għal inabbiltà li jwettaq kwalunkwe dover.

1.5.   Ambjent estern u meteoroloġija

(1)

Ħabta fuq l-art jew fl-ajru, ma' inġenju tal-ajru ieħor, fuq terren jew ma' ostaklu (4).

(2)

Kważi ħabta fuq l-art jew fl-ajru ma' inġenju tal-ajru ieħor, fuq terren jew ma' ostaklu (4), li tirrikjedi manuvra ta' evitar ta' emerġenza biex tiġi evitata ħabta.

(3)

Ħabta ma' annimali selvaġġi inkluż ħabta ma' għasfur li rriżultat fi ħsara lill-inġenju tal-ajru jew telf jew funzjonament ħażin ta' kwalunkwe servizz essenzjali.

(4)

Interferenza mal-inġenju tal-ajru minn armi tan-nar, logħob tan-nar, tajri, illuminazzjoni bil-laser, dawl qawwi ħafna, lasers, Sistemi ta' Inġenji tal-ajru Ppilotati mill-Bogħod, mudelli ta' inġenji tal-ajru jew mezzi simili.

(5)

Sajjetta li tirriżulta fi ħsara fi jew telf ta' funzjonijiet tal-inġenju tal-ajru.

(6)

Sejba ta' turbolenza severa li rriżultat f'korriment lill-persuni li jinsabu fl-inġenju tal-ajru jew fil-ħtieġa ta' kontroll ta' wara t-titjira għall-ħsara mit-turbolenza tal-inġenju tal-ajru.

(7)

Kopertura ta' silġ inkluż kopertura ta' silġ mal-karburatur li pperikolat jew setgħat ipperikolat l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

2.   GLIDERS (SAILPLANES)

Rimarka: Din it-Taqsima hija strutturata f'tali mod li l-okkorrenzi pertinenti huma marbuta mal-kategoriji tal-attivitajiet li matulhom jiġu osservati normalment, skont l-esperjenza, sabiex jiffaċilitaw ir-rapportar ta' dawk l-okkorrenzi. Madankollu, din il-preżentazzjoni ma tridx tinftiehem li tfisser li l-okkorrenzi ma jridux jiġu rrapportati fil-każ li jokkorru barra mill-kategorija tal-attivitajiet li magħhom huma marbuta fil-lista.

2.1.   Operazzjonijiet tal-ajru

(1)

Telf tal-kontroll mhux intenzjonat.

(2)

Okkorrenza fejn il-pilota tal-glider ma setgħax jirrilaxxa l-kejbil tal-winċ jew il-ħabel tal-aerotow u kellu jagħmel dan billi juża proċeduri tal-emerġenza.

(3)

Kwalunkwe rilaxx tal-kejbil tal-winċ jew tal-ħabel tal-aerotow jekk ir-rilaxx ipperikola jew seta' pperikola l-glider, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(4)

Fil-każ ta' glider bil-magna, ħsara fil-magna matul it-tluq.

(5)

Kwalunkwe titjira li tkun twettqet bi glider li ma kienx ajrunavigabbli, jew li għalih il-preparazzjoni tat-titjira ma kinetx tlestiet, ipperikola jew seta' pperikola l-glider, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

2.2.   Okkorrenzi tekniċi

(1)

Vibrazzjoni severa anormali (pereżempju: “flutter” tal-aileron jew il-kontrollur tat-tlugħ tal-inġenju tal-ajru, jew tal-iskrun).

(2)

Kwalunkwe kontroll tat-titjira li mhux qed jiffunzjona sew jew mitfi.

(3)

Ħsara jew deterjorament sostanzjali fl-istruttura tal-glider.

(4)

Telf ta' kwalunkwe parti tal-istruttura jew l-installazzjoni tal-glider matul it-titjira.

2.3.   Interazzjoni ma' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

(1)

Interazzjoni mas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (pereżempju: forniment ta' servizzi skorretti, komunikazzjonijiet konfliġġenti jew devjazzjoni mill-approvazzjoni) li pperikolaw jew setgħu pperikolaw l-inġenju tal-ajru, il-persuni ta' ġo fih jew kwalunkwe persuna oħra.

(2)

Ksur tar-regoli tal-ispazju tal-ajru.

2.4.   Emerġenzi u sitwazzjonijiet kritiċi oħrajn

(1)

Kwalunkwe okkorrenza li twassal għal sejħa tal-emerġenza.

(2)

Kwalunkwe sitwazzjoni fejn ma tibqax disponibbli żona sikura tal-inżul.

(3)

Nirien, splużjoni, duħħan, jew gassijiet jew dħaħen tossiċi fil-glider.

(4)

Inkapaċitazzjoni tal-pilota li twassal għal inabbiltà li jwettaq kwalunkwe dover.

2.5.   Ambjent estern u meteoroloġija

(1)

Ħabta fuq l-art jew fl-ajru ma' inġenju tal-ajru, fuq terren jew ma' ostaklu (5).

(2)

Kważi ħabta fuq l-art jew fl-ajru ma' inġenju tal-ajru, fuq terren jew ma' ostaklu (5), li tirrikjedi manuvra ta' evitar ta' emerġenza biex tiġi evitata ħabta.

(3)

Interferenza mal-glider minn armi tan-nar, logħob tan-nar, tajri, illuminazzjoni bil-laser, dawl qawwi ħafna, lasers, Sistemi ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod, mudelli ta' inġenji tal-ajru jew mezzi simili.

(4)

Sajjetta li tirriżulta fi ħsara fil-glider.

3.   VETTURI LI HUMA EĦFEF MILL-ARJA (BŻIEŻAQ U BLALEN TAL-ARJA)

Rimarka: Din it-Taqsima hija strutturata f'tali mod li l-okkorrenzi pertinenti huma marbuta mal-kategoriji tal-attivitajiet li matulhom jiġu osservati normalment, skont l-esperjenza, sabiex jiffaċilitaw ir-rapportar ta' dawk l-okkorrenzi. Madankollu, din il-preżentazzjoni ma tridx tinftiehem li tfisser li l-okkorrenzi ma jridux jiġu rrapportati fil-każ li jokkorru barra mill-kategorija tal-attivitajiet li magħhom huma marbuta fil-lista.

3.1.   Operazzjonijiet tal-ajru

(1)

Kwalunkwe titjira li tkun twettqet b'vettura li hija eħfef mill-arja li ma kinetx ajrunavigabbli, jew li għaliha l-preparazzjoni tat-titjira ma kinetx tlestiet, li pperikolat jew setgħat ipperikolat l-vettura li hija eħfef mill-arja, il-persuni ta' ġo fiha jew kwalunkwe persuna oħra.

(2)

Tifi permanenti mhux intenzjonat tad-dawl tal-pilota.

3.2.   Okkorrenzi tekniċi

(1)

Ħsara fi kwalunkwe mill-partijiet jew kontrolli li ġejjin: it-tubu minn fejn jimtela ċ-ċilindru tal-fjuwil, il-pakkett tat-taljola, il-linja tal-kontroll, il-ħabel tas-sikurezza, tnixxija tas-siġill tal-valv fuq il-berner, tnixxija tas-siġill tal-valv fuq iċ-ċilindru tal-fjuwil, il-karabiner, ħsara fil-linja tal-fjuwil, il-valv tal-gass tat-tlugħ, il-pakkett jew il-ballonet, il-blower, il-valv tar-rilaxx tal-pressjoni (bużżieqa tal-gass), winċ (bżieżaq tal-gass marbutin flimkien).

(2)

Tnixxija sinifikanti jew telf tal-gass tat-tlugħ (pereżempju: porożità, valvi tal-gass tat-tlugħ li ma tpoġġewx).

3.3.   Interazzjoni ma' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

(1)

Interazzjoni mas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (pereżempju: forniment ta' servizzi skorretti, komunikazzjonijiet konfliġġenti jew devjazzjoni mill-approvazzjoni) li pperikolaw jew setgħu pperikolaw il-vettura li hija eħfef mill-arja, il-persuni ta' ġo fiha jew kwalunkwe persuna oħra.

(2)

Ksur tar-regoli tal-ispazju tal-ajru.

3.4.   Emerġenzi u sitwazzjonijiet kritiċi oħrajn

(1)

Kwalunkwe okkorrenza li twassal għal sejħa tal-emerġenza.

(2)

Nirien, splużjoni, duħħan jew dħaħen tossiċi fil-vettura li hija eħfef mill-arja (lil hinn mill-operat normali tal-berner).

(3)

Il-persuni li jinsabu fil-vettura li hija eħfef mill-arja mormija mill-qoffa jew il-gondla.

(4)

Inkapaċitazzjoni tal-pilota li twassal għal inabbiltà li jwettaq kwalunkwe dover.

(5)

Tlugħ jew tkaxkir mhux intenzjonati tal-ekwipaġġ tal-art, li jwassal għal fatalità jew korriment ta' persuna.

3.5.   Ambjent estern u meteoroloġija

(1)

Ħabta jew kważi ħabta fuq l-art jew fl-ajru, ma' inġenju tal-ajru, fuq terren jew ma' ostaklu (6) li pperikolaw jew setgħu pperikolaw il-vettura li hija eħfef mill-arja, il-persuni ta' ġo fiha jew kwalunkwe persuna oħra.

(2)

Interferenza mal-vettura li hija eħfef mill-arja minn armi tan-nar, logħob tan-nar, tajri, illuminazzjoni bil-laser, dawl qawwi ħafna, lasers, Sistemi ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod, mudelli ta' inġenji tal-ajru jew mezzi simili.

(3)

Sejba mhux mistennija ta' kundizzjonijiet avversi tat-temp li pperikolaw jew setgħu pperikolaw il-vettura li hija eħfef mill-arja, il-persuni ta' ġo fiha jew kwalunkwe persuna oħra.


(1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1).

(3)  Din l-entrata tapplika biss għal operazzjonijiet kummerċjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(i) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(4)  L-ostaklu jinkludi vettura.

(5)  L-ostaklu jinkludi vettura.

(6)  L-ostaklu jinkludi vettura.