26.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1001

tal-25 ta' Ġunju 2015

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008 (2) persuna waħda u tmien entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, imniżżlin fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(3)

Barra minn hekk, l-entrati li jikkonċernaw sitt entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, imniżżlin fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, għandhom jiġu emendati.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008 tal-25 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ara paġna 19 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

1.

L-entrati li jirrigwardaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

I.

Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran

A.   PERSUNI

5.

Mahmood JANNATIAN

B.   ENTITAJIET

160.

CF Sharp and Company Private Limited

III.

Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

B.   ENTITAJIET

60.

Bright-Nord GmbH und Co. KG

63.

Cosy-East GmbH und Co. KG

86.

Great-West GmbH und Co. KG

87.

Happy-Süd GmbH und Co. KG

127.

NHL Basic Ltd.

128.

NHL Nordland GmbH

132.

Prosper Basic GmbH

2.

L-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet elenkati hawn taħt, imniżżlin fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

I.

Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.

B.   ENTITAJIET

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

76.

Iran Marine Industrial Company (SADRA)

Sadra Building No. 3, Shafagh St., Poonak Khavari Blvd., Shahrak Ghods, P.O. Box 14669-56491, Tehran, Iran

Effettivament ikkontrollata minn Sepanir Oil & Gas Energy Engineering Company, indikata mill-UE bħala kumpannija tal-IRGC. Tipprovdi appoġġ lill-Gvern tal-Iran permezz tal-involviment tagħha fis-settur tal-enerġija Iranjan inkluż fil-kamp tal-gass South Pars.

23.5.2011

77.

Shahid Beheshti University

Daneshju Blvd., Yaman St., Chamran Blvd., P.O. Box 19839-63113, Tehran, Iran

Shahid Beheshti University hija entità pubblika li taqa' taħt is-superviżjoni tal-Ministeru għax-Xjenza, ir-Riċerka u t-Teknoloġija. Twettaq riċerka xjentifika fir-rigward tal-iżvilupp ta' armamenti nukleari.

23.5.2011

132.

Naftiran Intertrade Company (magħrufa bħala. Naftiran Trade Company) (NICO)

5th Floor, Petropars Building, No. 35 Farhang Boulevard, Snadat Abad Avenue, Tehran, Iran Tel. +98 21 22372486; +98 21 22374681; +98 21 22374678;Fax +98 21 22374678; +98 21 22372481 E-Mail: info@naftiran.com

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC)

16.10.2012

154.

First Islamic Investment Bank

Fergħa: 19 A-31-3 A, Level 31 Business Suite, Wisma UOA, Jalan Pinang 50450, Kuala Lumpur; Kuala Lumpur; Wilayah Persekutuan; 50450 Tel. 603-21620361/2/3/4, +6087417049/417050, +622157948110

Fergħa: Unit 13 (C), Main Office Tower, Financial Park Labuan Complex, Jalan Merdeka, 87000 Federal Territory of Labuan, Malaysia; Labuan F.T; 87000

Relazzjonijiet mal-Investituri: Menara Prima 17 th floor Jalan Lingkar, Mega Kuningan Blok 6.2 Jakarta 12950 — Indonesia; South Jakarta; Jakarta; 12950

First Islamic Investment Bank (FIIB) qed jagħti appoġġ finanzjarju u loġistiku lill-Gvern tal-Iran. FIIB ntuża minn Babak Zanjani biex jittrasferixxi ammont sinifikanti ta' ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt f'isem il-Gvern tal-Iran.

22.12.2012

157.

HK Intertrade Company Ltd (HK Intertrade)

HK Intertrade Company, 21st Floor, Tai Yau Building, 181 Johnston Road, Wanchai, Hong Kong

HK Intertrade hija kompletament proprjetà ta' u kkontrollata minn National Iranian Oil Company, entità indikata u proprjetà tal-Istat li tipprovdi appoġġ lill-Gvern tal-Iran. Barra minn hekk, HK Intertrade ipprovdiet appoġġ loġistiku u finanzjarju lill-Gvern tal-Iran billi iffaċilitat it-trasferiment ta' flus relatat maż-żejt f'isem il-Gvern tal-Iran.

22.12.2012

158.

Petro Suisse

Petro Suisse Avenue De la Tour- Halimand 6, 1009 Pully, Svizzera

Petro Suisse, kumpannija involuta fis-settur taż-żejt u tal-gass Iranjan, hija 100 % proprjetà tan-NIOC (National Iranian Oil Company) li hija entità indikata li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. Petro Suisse hija wkoll assoċjata ma' Naftiran Intertrade Co (NICO) li hija indikata bħala sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

22.12.2012