|
25.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 159/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/981
tat-23 ta' Ġunju 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Sabiex ikun żgurat biżżejjed forniment bla waqfien ta' ċerti prodotti li m'hemmx biżżejjed produzzjoni tagħhom fl-Unjoni u sabiex jiġi evitat kull tfixkil fis-suq ta' ċertu prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 (1). Il-prodotti li ma jaqbżux il-limiti tal-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b'rati ta' dazju żero jew imnaqqsa. Minħabba r-raġunijiet indikati, għal seba' prodotti addizzjonali, hemm bżonn li b'effett mill-1 ta' Lulju 2015 jinfetħu kwoti tariffarji b'rati ta' dazju żero għal volum xieraq. |
|
(2) |
F'ċerti każijiet għandhom jiġu adattati l-kwoti tariffarji awtonomi eżistenti tal-Unjoni. Għal żewġ prodotti, hemm bżonn li tiġi emendata d-deskrizzjoni tal-prodott għall-finijiet ta' kjarifika u biex jitqiesu l-iżviluppi riċenti tal-prodotti. Għal sitt prodotti oħra, jeħtieġ li jiżdiedu l-volumi tal-kwota billi tali żieda tkun fl-interess tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. |
|
(3) |
Fir-rigward ta' żewġ prodotti, għandhom jingħalqu l-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni b'effett mill-1 ta' Lulju 2015 u kkonvertiti f'sospensjonijiet tariffarji awtonomi, għaliex m'hemmx iżjed il-ħtieġa li jkun limitat il-volum tal-importazzjonijiet. |
|
(4) |
Għandu jiġi ċċarat li kwalunkwe taħlita, preparazzjoni jew prodott magħmulin minn komponenti differenti li fihom prodotti soġġetti għall-kwoti tariffarji awtonomi mhumiex koperti bl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013. |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1388/2013 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(6) |
Ladarba l-emendi skont dan ir-Regolament għandhom isiru effettivi mill-1 ta' Lulju 2015, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1388/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 1 1. Għall-prodotti elenkati fl-Anness, huma b'dan miftuħa kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni li fi ħdanhom se jkunu sospiżi dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għall-perjodi, bir-rati tad-dazju, u sal-volumi indikati fih. 2. Il-paragrafu 1 ma japplikax għal taħlitiet, preparazzjonijiet u prodotti magħmulin minn komponenti differenti li fihom prodotti elenkati fl-Anness.”. |
|
(2) |
L-Anness huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
dawn ir-ringieli għall-kwoti tat-tariffi għall-ordnijiet bin-numri 09.2683, 09.2684, 09.2688, 09.2854, 09.2685, 09.2686, u 09.2687 jiddaħħlu skont l-ordni tal-kodiċi tan-NM indikati fit-tieni kolonna tat-tabella:
|
|
(2) |
ir-ringieli għall-kwoti tat-tariffi għall-ordnijiet bin-numri 09.2664, 09.2972, 09.2665, 09.2645, 09.2834, 09.2835, 09.2629, u 09.2763 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:
|
|
(3) |
jitħassru r-ringieli għall-kwoti tat-tariffi għall-ordnijiet bin-numri 09.2677 u 09.2678. |
(1) Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għall-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).”
(2) Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għall-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
(3) Ir-rata ta' dazju speċifiku hija applikabbli.”