25.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/57 |
REGOLAMENT (UE) 2015/938 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Ġunju 2015
dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja
(Kodifikazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2), tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1692/73 (2), ġie emendat kemm-il darba (3) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Fl-14 ta' Mejju 1973 ġie iffirmat fi Brussell ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (4) (“il-Ftehim”). |
(3) |
Huwa meħtieġ li jkun hemm regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-klawsoli ta' salvagwardja u tal-miżuri kawtelatorji previsti fl-Artikoli 22 sa 27 tal-Ftehim. |
(4) |
Biex jiġu implimentati l-klawżoli ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim jeħtieġ li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(5) |
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li għandhom japplikaw minnufih, f'każijiet debitament ġustifikati marbuta mas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet għall-esportazzjoni li jkollhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, jekk ikun meħtieġ minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirreferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (“il-Ftehim”) bl-iskop li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24, 24a u 26 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk il-miżuri f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri jekk tiddeċiedi li tirreferi kwistjoni lill-Kumitat Konġunt.
Artikolu 2
1. Fil-każ ta' xi prattika li tista' tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Unjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 23 tal-Ftehim, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' xi Stat Membru, għandha tiddeċiedi jekk dik il-prattika hix kompatibbli mal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament.
2. Fil-każ ta' prattika li tista' twassal biex jiġu applikati fil-konfront tal- Unjoni l-miżuri ta' salvagwardja fuq il-bażi tal-Artikolu 23 tal-Ftehim, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, għandha tiddeċiedi jekk il-prattika hix kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim. Meta meħtieġ, għandha tifformola rakkomandazzjonijiet xierqa.
Artikolu 3
Fil-każ ta' prattika li tista' tiġġustifika li l-Unjoni tapplika l-miżuri previsti fl-Artikolu 25 tal-Ftehim, il-proċeduri stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (6) u bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (7) għandhom ikunu applikabbli.
Artikolu 4
1. Fejn minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali ikun meħtieġ li tittieħed azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet għall-esportazzjoni li jkollhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri previsti fil-punt (e) tal-Artikolu 27(3) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament, jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament.
2. Fejn il-Kummissjoni tintalab tieħu azzjoni minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwar dik it-talba fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol wara li tkun irċevietha.
Artikolu 5
Il-Kummissjoni hija responsabbli għan-notifika tal-Kumitat Konġunt mill-Unjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 27(2) tal-Ftehim.
Artikolu 6
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit bl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
Artikolu 7
Il-Kummissjoni għandha tinkludi tagħrif dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
Artikolu 8
Ir-Regolament (KEE) Nru 1692/73 huwa mħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness II.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta' Ġunju 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2015.
(2) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1692/73 tal-25 ta' Ġunju 1973 dwar il-miżuri ta' salvagward previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (ĠU L 171, 27.6.1973, p. 103).
(3) Ara l-Anness I.
(4) ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.
(5) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(6) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal- Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93).
(7) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).
(8) Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16).
ANNESS I
Ir-Regolament imħassar flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1692/73 |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 641/90 |
|
Ir-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Il-punt 3 biss tal-Anness |
ANNESS II
Tabella ta' Korrelazzjoni
Ir-Regolament (KEE) Nru 1692/73 |
Dan ir-Regolament |
Artikoli 1 sa 4 |
Artikoli 1 sa 4 |
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 8 |
— |
Artikolu 9 |
— |
Anness I |
— |
Anness II |