13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/908

tal-11 ta' Ġunju 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati biss fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

Il-Kanada hija mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu l-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti koperti minn dak ir-Regolament għandhom l-awtorizzazzjoni minn ċertu partijiet tat-territorju tiegħu skont il-preżenza tat-tifqigħat tal-HPAI. Din ir-reġjonalizzazzjoni ġiet rikonoxxuta bir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/198 (4), wara t-tifqigħat tal-HPAI fil-Provinċja tal-British Columbia.

(4)

Ftehim bejn l-Unjoni u l-Kanada (5) jistipula li f'każ ta' tifqigħa ta' marda fl-Unjoni jew fil-Kanada (“il-Ftehim”) għandu jintlaħaq malajr rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' reġjonalizzazzjoni.

(5)

Fit-8 ta' April 2015, il-Kanada kkonfermat tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N2 fit-tjur fil-Provinċja ta' Ontario. L-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada ssospendew immedjatament il-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mit-territorju kollu tagħha. Il-Kanada implimentat ukoll politika ta' qerda biex tikkontrolla l-HPAI u tillimita t-tixrid tagħha.

(6)

Wara t-tifqigħa fil-Provinċja ta' Ontario, il-Kanada ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħha u dwar il-miżuri li ħadet għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Kanada, huwa xieraq li wieħed jikkonkludi li l-limitazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti lejn iż-żona affettwata mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat tal-HPAI fil-Provinċji tal-British Columbia u ta' Ontario, għandha tkun biżżejjed biex tkopri r-riskji assoċjati mal-introduzzjoni tal-prodotti fl-Unjoni.

(7)

Il-Kanada rrappurtat ukoll it-tlestija ta' miżuri ta' tindif u ta' diżinfezzjoni wara l-qerda fl-azjendi fejn instabu xi tifqigħat bejn nofs Diċembru 2014 u nofs Frar 2015 fil-Provinċja tal-British Colombia. Għalhekk huwa xieraq li jiġu indikati d-dati meta dawn il-partijiet tat-territorju, li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet veterinarji minħabba dawn it-tifqigħat, jistgħu jitqiesu ħielsa mill-ġdid mill-HPAI u jerġgħu jiġu awtorizzati mill-ġdid l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tat-tjur li joriġinaw minn dawn iż-żoni.

(8)

L-entrata għall-Kanada fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha għalhekk tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika kurrenti f'dak il-pajjiż terz.

(9)

Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/198 tat-6 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 33, 10.2.2015, p. 9).

(5)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji li jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti tal-annimali kif approvat f'isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE (ĠU L 71, 18.3.1999, p. 3).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni għall-Kanada tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data ta' għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“CA — il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

CA-1

Il-pajjiż kollu tal-Kanada bl-esklużjoni taż-żona CA-2

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S1, ST1”

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CA-2

It-territorju tal-Kanada li jikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

CA-2.1

‘Żona Primarja ta' Kontroll’ delimitata minn dawn il-konfini:

fil-Punent, l-Oċean Paċifiku;

fin-Nofsinhar, il-fruntiera mal-Istati Uniti tal-Amerika;

fin-naħa tat-Tramuntana, l-Awtostrada 16:

fin-naħa tal-Lvant, il-fruntiera bejn il-Provinċji tal-British Columbia u Alberta.

WGM

VIII

P2

4.12.2014

9.6.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N, P2

 

 

 

 

 

 

CA-2.2

Iż-żona fil-Provinċja ta' Ontario delimitata minn dawn il-konfini li ġejjin:

minn County Road 119 fejn tiltaqa' ma' County Road 64 u t-25th Line;

in-naħa tat-Tramuntana tat-25th Line fejn tiltaqa' ma' Road 68, meta tieħu it-triq lejn il-Lvant fuq Road 68 safejn terġa' tiltaqa' mat-25th Line u tibqa' sejra lejn it-Tramuntana fuq it-25th Line sa 74 Road;

in-naħa tal-Lvant fuq 74 Road mit-25th line sat-31st line;

fuq it-31st Line minn 74 Road sa 78 Road;

in-naħa tal-Lvant fuq 78 Road mit-31st Line sat-33rd Line;

it-33rd Line, lejn it-Tramuntana minn 78 Road sa 84 Road;

in-naħa tal-Lvant fuq 84 Road minn 33rd Line sa Highway 59;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Highway 59 minn 84 Road sa Road 78;

in-naħa tal-Lvant fuq Road 78 minn Highway 59 sat-13th Line;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq 13 Line minn 78 Road sa Oxford Road 17;

in-naħa tal-Lvant fuq Oxford road 17 mit-13 line sa Oxford Road 4;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Oxford Road 4 minn Oxford Road 17 sa County Road 15;

in-naħa tal-Lvant fuq County Road 15, taqsam il-Highway 401, minn Oxford Road 4 sa Middletown Line;

in-naħa tan-Nofsinhar ta' Middletown Line, fejn jaqsam il-Highway 403, minn County Road 15 sa Old Stage Road;

in-naħa tal-Punent fuq Old Stage Road minn Middletown Line sa County Road 59;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq County Road 59 minn Old Stage Road sa Curries Road;

in-naħa tal-Punent fuq Curries Road minn County Road 59 sa Cedar Line;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Cedar Line minn Curries Road sa Rivers Road;

in-naħa tal-Lbiċ fuq Rivers Road minn Cedar Line sa Foldens Line;

in-naħa tal-Majjistral fuq Foldens Line minn Rivers Road sa Sweaburg Road;

in-naħa tal-Lbiċ fuq Sweaburg Road minn Foldens Line sa Harris Street;

in-naħa tal-Majjistral fuq Harris Street minn Sweaburg Road sa Highway 401;

in-naħa tal-Punent ta' Highway 401 minn Harris Street sa Ingersoll Street, (County Road 10);

in-naħa tat-Tramuntana ta' Ingersoll Street (County Road 10) minn Highway 401 sa County Road 119;

County Road 119 minn Ingersoll Street (County Road 10) sal-oriġini fejn County Road 119 tiltaqa' ma' 25 Line.

WGM

VIII

P2

8.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N, P2

 

 

 

 

 

 

CA-2.3

Iż-żona fil-Provinċja ta' Ontario delimitata minn dawn il-konfini li ġejjin:

Twnshp Rd 4, in-naħa tal-punent minn fejn taqsam il-Highway 401 sa Blandford Road;

in-naħa tat-Tramuntana fuq Blandford Road minn Twnshp Rd 4 sa Oxford-Waterloo Road;

in-naħa tal-Lvant fuq Oxford-Waterloo Road minn Blandford Road sa Walker Road;

in-naħa tat-Tramuntana fuq Walker Road minn Oxford-Waterloo Road sa Bridge St;

in-naħa tal-Lvant fuq Bridge St minn Walker Road sa Puddicombe Road;

in-naħa tat-Tramuntana fuq Puddicombe Road minn Bridge St sa Bethel Road;

in-naħa tal-Lvant fuq Bethel Road minn Puddicombe road sa Queen Street;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Queen Street minn Bethel Road sa Bridge street;

in-naħa tal-Lvant fuq Bridge Street minn Queen Street sa Trussler Road;

Trussler Road, in-naħa tan-Nofsinhar minn Bridge Street sa Oxford Road 8;

Oxford Road 8, in-naħa tal-Lvant minn Trussler Road sa Northumberland Street;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Northumberland St minn Oxford Road 8, li tkompli bħala Swan Street/Ayr Road sa Brant Waterloo Road;

in-naħa tal-Punent fuq Brant Waterloo Road minn Swan St/Ayr Road sa Trussler Road;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Trussler Road minn Brant Waterloo Road sa Township Road 5;

n-naħa tal-Punent fuq Township Road 5 minn Trussler Road sa Blenheim Road;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Blenheim Road minn Township Road 5 sa Township Road 3;

in-naħa tal-Punent fuq Township Road 3 minn Blenheim Road sa Oxford Road 22;

in-naħa tat-Tramuntana fuq Oxford Road 22 minn Township Road 3 sa Township Road 4;

in-naħa tal-Punent fuq Township Road 4 minn Oxford Road 22 sa Highway 401.

WGM

VIII

P2

18.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2