13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/907

tal-10 ta' Ġunju 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Welsh Beef (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tar-Renju Unit għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Welsh Beef”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2066/2002 (2), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 97/2011 (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ntbagħtitilha l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni dwar din l-emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Welsh Beef” (IĠP) ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'dan hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2066/2002 tal-21 ta' Novembru 2002 li jżid l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 għad-daħla ta' ċerti ismijiet fir-Reġistru ta' għażliet protetti ta' oriġini u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti pprovduti għalihom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u għażliet ta' oriġini għal prodotti agrikoli u alimenti (Carne de Bovino Cruzado dos Lameiros do Barroso, Pruneaux d'Agen — Pruneaux d'Agen mi-cuits, Carciofo romanesco del Lazio, Aktinidio Pierias, Milo Kastorias, Welsh Beef) (ĠU L 318, 22.11.2002, p. 4).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 97/2011 tat-3 ta' Frar 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Welsh Beef (IĠP)] (ĠU L 30, 4.2.2011, p. 27).

(4)  ĠU C 29, 29.1.2015, p. 13.