12.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/896

tal-11 ta' Ġunju 2015

li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-livelli massimi ta' residwu għat-Trichoderma polysporum ir-razza IMI 206039, it-Trichoderma asperellum (qabel T. harzianum) ir-razez ICC012, T25 u TV1, it-Trichoderma atroviride (qabel T. harzianum) ir-razez IMI 206040 u T11, it-Trichoderma harzianum ir-razez T-22 u ITEM 908, it-Trichoderma gamsii (qabel T. viride) ir-razza ICC080, it-Trichoderma asperellum (ir-razza T34), it-Trichoderma atroviride r-razza I-1237, il-ġeranjol, it-timol, is-sukrożju, is-sulfat ferriku (Sulfat (III) tal-ħadid), is-sulfat ferruż (Sulfat (II) tal-ħadid) u l-aċidu foliku f'ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Għat-Trichoderma polysporum ir-razza IMI 206039, it-Trichoderma asperellum (qabel T. harzianum) ir-razez ICC012, T25 u TV1, it-Trichoderma atroviride (qabel T. harzianum) ir-razez IMI 206040 u T11, it-Trichoderma harzianum ir-razez T-22 u ITEM 908, it-Trichoderma gamsii (qabel T. viride) ir-razza ICC080, it-Trichoderma asperellum (ir-razza T34), it-Trichoderma atroviride r-razza I-1237, is-sukrożju, il-ġeranjol u t-timol, ma ġew stabbiliti l-ebda MRLs speċifiċi u s-sustanzi ma ġewx inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, għalhekk japplika l-valur prestabbilit ta' 0,01 mg/kg stabbilit fl-Artikolu 18(1)(b) ta' dak ir-Regolament. Is-sulfat ferriku (Sulfat (III) tal-ħadid), is-sulfat ferruż (Sulfat (II) tal-ħadid) u l-aċidu foliku huma inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Fir-rigward tat-Trichoderma polysporum ir-razza IMI 206039 (2), it-Trichoderma asperellum (qabel T. harzianum) ir-razez ICC012, T25 u TV1 (3), it-Trichoderma atroviride (qabel T. harzianum) ir-razez IMI 206040 u T11 (4), it-Trichoderma harzianum ir-razez T-22 u ITEM 908 (5), it-Trichoderma gamsii (qabel T. viride) ir-razza ICC080 (6), it-Trichoderma asperellum (ir-razza T34) (7), u t-Trichoderma atroviride r-razza I-1237 (8) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tad-dieta għall-konsumaturi peress li xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u hemm bżonn ta' analiżi ulterjuri mill-maniġers tar-riskji. Din l-analiżi ulterjuri kienet riflessa fir-rapporti ta' analiżi korrispondenti (9) li kkonkludew li dawn is-sustanzi mhumiex patoġeniċi għall-bniedem u mhux mistennija jipproduċu tossini li huma ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem. Fid-dawl ta' dawn il-konklużjonijiet, il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' dawn is-sustanzi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha.

(3)

Għat-timol (10), l-Awtorità ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tad-dieta għall-konsumaturi peress li xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 568/2013 (11) is-sustanza tkun approvata jekk tiġi preżentata informazzjoni ta' konferma. It-timol jokkorri fil-pjanti b'mod naturali. Fid-dawl ta' dan, jitqies xieraq li din is-sustanza tiġi inkluża temporanjament fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 sakemm tiġi ppreżentata l-opinjoni motivata tal-Awtorità skont l-Artikolu 12(1).

(4)

Għall-ġeranjol (12), l-Awtorità ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tad-dieta għall-konsumaturi peress li xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 570/2013 (13) is-sustanza tkun approvata jekk tiġi preżentata informazzjoni ta' konferma. Il-ġeranjol jokkorri fil-pjanti b'mod naturali. Fid-dawl ta' dan, jitqies xieraq li din is-sustanza tiġi inkluża temporanjament fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 sakemm tiġi ppreżentata l-opinjoni motivata tal-Awtorità skont l-Artikolu 12(1).

(5)

Is-sukrożju huwa approvat bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). Fid-dawl tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 916/2014 (15), il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' din is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha.

(6)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sulfat ferriku (sulfat (III) tal-ħadid) mhuwiex sustanza attiva. Għalhekk, din is-sustanza ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Fid-dawl ta' dan, jitqies xieraq li din is-sustanza titħassar mill-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/442/KE (16) tipprevedi n-nuqqas ta' inklużjoni tal-aċidu foliku mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (17). Peress li l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ma japplikax għall-aċidu foliku, huwa xieraq li titħassar l-entrata tal-aċidu foliku min-nota ta' qiegħ il-paġna 1 li tirreferi għal din id-dispożizzjoni.

(8)

Skont id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), is-sulfat ferruż (sulfat II tal-ħadid) u l-aċidu foliku huma supplimenti tal-ikel. Is-sutanzi l-oħra mniżżla fl-Anness IV huma addittiv tal-ikel jew aromatizzanti. Fid-dawl ta' dan, jitqies xieraq li jiġi mmodifikat it-test tan-nota ta' qiegħ il-paġna 2 biex jirreferi b'mod usa' għal leġiżlazzjoni oħra speċifika dwar l-ikel u l-għalf.

(9)

Abbażi tal-konklużjoni tal-Awtorità u b'kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-Artikolu 5(1) u tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(10)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Trichoderma polysporum strain IMI 206039”. EFSA Journal 2013;11(1):3035. [38 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2013.3035.

(3)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Trichoderma asperellum strains ICC012, T25 and TV1”. EFSA Journal 2013;11(1):3036. [61 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2013.3036.

(4)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Trichoderma atroviride strains IMI-206040 and T11”. EFSA Journal 2013;11(1):3056. [29 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2013.3056.

(5)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2013. “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Trichoderma harzianum Rifai strains T-22 and ITEM-908”. EFSA Journal 2013;11(10):3055, [47 pp.], doi:10.2903/j.efsa.2013.3055.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Trichoderma gamsii ICC080”. EFSA Journal 2013;11(1):3062. [29 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2013.3062.

(7)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Trichoderma asperellum strain T34”. EFSA Journal 2012;10(5):2666. [37 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2666.

(8)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance [Trichoderma atroviride strain I-1237]”. EFSA Journal 2012;10(10):2706. [33 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2706.

(9)  

Rapport ta' analiżi għas-sustanza attiva Trichoderma polysporum IMI 206039. Verżjoni finali magħmula mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Lulju 2008 fid-dawl tal-inklużjoni tat-Trichoderma polysporum IMI 206039 fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. SANCO/1867/08 — rev. 6, il-11 ta' Lulju 2014.

Rapport ta' analiżi għas-sustanza attiva Trichoderma asperellum (qabel T. harzianum) ICC012. Verżjoni finali magħmula mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Lulju 2008 fid-dawl tal-inklużjoni tat-Trichoderma asperellum (qabel T. harzianum) ICC012 fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. SANCO/1842/08 — rev. 5, il-11 ta' Lulju 2014

Rapport ta' analiżi għas-sustanzi attivi Trichoderma gamsii ICC080 (qabel Trichoderma viride r-razza ICC080), Trichoderma asperellum T25* (qabel Trichoderma viride r-razza T-25) u Trichoderma asperellum TV1 (qabel Trichoderma viride r-razza TV1). Verżjoni finali magħmula mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Lulju 2008 fid-dawl tal-inklużjoni tat-Trichoderma gamsii ICC080 (qabel Trichoderma viride r-razza ICC080), it-Trichoderma asperellum T25* (qabel Trichoderma viride r-razza T-25) u t-Trichoderma asperellum TV1 (qabel Trichoderma viride r-razza TV1) fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. SANCO/1868/08 — rev. 6, il-11 ta' Lulju 2014.

Rapport ta' analiżi għas-sustanza attiva Trichoderma atroviride IMI 206040 (qabel T. harzianum IMI 206040). Verżjoni finali magħmula mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Lulju 2008 fid-dawl tal-inklużjoni tat-Trichoderma atroviride IMI 206040 (qabel T. harzianum IMI 206040) fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. SANCO/1866/08 — rev. 6, il-11 ta' Lulju 2014.

Rapport ta' analiżi għas-sustanza attiva Trichoderma atroviride (qabel T. harzianum) T-11. Verżjoni finali magħmula mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Lulju 2008 fid-dawl tal-inklużjoni tat-Trichoderma atroviride (formerly T. harzianum) T-11 fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. SANCO/1841/08 — rev. 6, il-11 ta' Lulju 2014.

Rapport ta' analiżi għas-sustanza attiva Trichoderma harzianum T-22. Verżjoni finali magħmula mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Lulju 2008 fid-dawl tal-inklużjoni tat-Trichoderma harzianum T-22 fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. SANCO/1839/08 — rev. 5, il-11 ta' Lulju 2014.

Rapport ta' analiżi għas-sustanza attiva Trichoderma harzianum ITEM 908. Verżjoni finali magħmula mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Lulju 2008 fid-dawl tal-inklużjoni tat-Trichoderma harzianum ITEM 908 fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. SANCO/1840/08 — rev. 6, il-11 ta' Lulju 2014.

Rapport ta' analiżi għas-sustanza attiva Trichoderma asperellum T34. Verżjoni finali magħmula mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Novembru 2012 fid-dawl tal-inklużjoni tat-Trichoderma asperellum T34 fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. SANCO/12614/2012 — rev. 4, l-20 ta' Novembru 2012.

Rapport ta' analiżi għas-sustanza attiva Trichoderma atroviride r-razza I-1237. Verżjoni finali magħmula mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Novembru 2012 fid-dawl tal-inklużjoni tat-Trichoderma atroviride r-razza I-1237 fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. SANCO/12620/2012 — rev. 4, l-20 ta' Novembru 2012.

(10)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance thymol”. EFSA Journal 2012;10(11):2916. [43 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2916.

(11)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 568/2013 tat-18 ta' Ġunju 2013 li japprova s-sustanza attiva timol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 167, 19.6.2013, p. 33).

(12)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance geraniol”. EFSA Journal 2012;10(11):2915. [44 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2915.

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 570/2013 tas-17 ta' Ġunju 2013 li japprova s-sustanza attiva ġeranjol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 168, 20.6.2013, p. 18).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(15)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 916/2014 tat-22 ta' Awwissu 2014 li japprova s-sustanza bażika sukrożju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 251, 23.8.2014, p. 16).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/442/KE tal-21 ta' Ġunju 2007 li tikkonċerna n-nuqqas ta' inklużjoni ta' ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (ĠU L 166, 28.6.2007, p. 16).

(17)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(18)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).


ANNESS

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-test tan-nota ta' qiegħ il-paġna 2 jinbidel b'dan li ġej:

“(2)

Is-sustanzi inklużi fl-Anness IV mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni speċifika oħra dwar l-ikel u l-għalf, pereżempju dwar l-addittiv tal-ikel, is-suppliment tal-ikel, l-aromatizzanti, eċċ.”;

(2)

jiddaħħlu f'ordni alfabetika l-entrati “Trichoderma polysporum ir-razza IMI 206039”, “Trichoderma asperellum (qabel T. harzianum) ir-razez ICC012, T25 u TV1”, “Trichoderma atroviride (qabel T. harzianum) ir-razez IMI 206040 u T11”, “Trichoderma harzianum ir-razez T-22 u ITEM 908”, “Trichoderma gamsii (qabel T. viride) ir-razza ICC080”, “Trichoderma asperellum (ir-razza T34)”, “Trichoderma atroviride r-razza I-1237”, “sukrożju”, “ġeranjol (1) (2)” u “timol (1) (2)”;

(3)

titħassar l-entrata “Sulfat ferriku (Sulfat (III) tal-ħadid)”;

(4)

ir-referenza għan-nota ta' qiegħ il-paġna 1 wara l-entrata “Aċidu foliku” tinbidel bir-referenza għan-nota ta' qiegħ il-paġna 2;

(5)

tiżdied referenza għan-nota ta' qiegħ il-paġna 2 wara l-entrata “Sulfat ferruż (Sulfat II tal-ħadid)”.