|
9.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/878
tat-8 ta' Ġunju 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1352/2014 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2014/932/PESK tagħti effett lir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2140 (2014) tas-26 ta' Frar 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fil-Jemen tipprevedi restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni deżinjati mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 19 tal-UNSCR 2140 (2014). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 (2) jagħti effett lid-Deċiżjoni 2014/932/PESK. |
|
(3) |
Fl-14 ta' April 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 2216 (2015) li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-kriterji ta' deżinjazzjoni u li tipprevedi embargo fuq l-armi lil, jew għal benefiċċju ta', individwi u entitajiet iddeżinjati, u dawk li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom fil-Jemen. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/882 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2014/932/PESK, il-Kunsill iddeċieda li jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-kriterji tad-deżinjazzjonijiet kif xieraq. |
|
(4) |
Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati. |
|
(5) |
Ir-Regolment (UE) Nru 1352/2014 għandu għaldaqstant jiġi aġġornat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1352/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(2) |
Jiżdied l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1a Għandu jkun ipprojbit:
|
|
(3) |
Fl-Artikolu 3(1), jiżdied il-punt li ġej:
. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REIZNIECE-OZOLA
(1) ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 60).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/882 tat-8 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/932/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (Ara paġna 11 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).