|
2.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/8 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/851
tas-27 ta' Marzu 2015
li jemenda l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(3), 7(3) u 20(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar 2015 biż-żona tal-art li tneħħewlha l-mini u li reġgħet bdiet tintuża għal attivitajiet agrikoli fl-2014, l-għadd ta' intitolamenti għall-pagament disponibbli lill-bdiewa fil-31 ta' Diċembru 2014 u l-ammont li baqa' ma ntefaqx fir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini f'dik l-istess data. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-ammont li għandu jiżdied biex il-limiti massimi nazzjonali stipulati għall-Kroazja fl-Anness II ta' dak ir-Regolament għandu jiġi kkalkolat mill-Kummissjoni abbażi tad-data nnotifikata mill-Kroazja f'konformità mal- Artikolu 20(1) ta' dak ir-Regolament u l-istima tal-pagament dirett medju għal kull ettaru fil-Kroazja għas-sena kkonċernata. |
|
(3) |
Il-medja ta' pagamenti diretti għal kull ettaru għall-2015 għandha tkun ikkalkulata billi jiġi diviż il-limitu massimu nazzjonali għall-Kroazja fl-2015, titnaqqas b'ammont li ma ntefaqx f'riżerva speċjali għat-tneħħija tal-mini fil-31 ta' Diċembru 2014, bl-għadd ta' intitolamenti għall-pagament disponibbli lill-bdiewa fl-istess data. L-ammont li għandu jiżdied mal-limitu massimu nazzjonali għall-2015 u għas-snin ta' wara jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-iskeda ta' żidiet inkrementali msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u jirrifletti li n-notifika tal-31 ta' Jannar 2015 tilħaq l-ammonti massimi ta' kull sena stabbiliti fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament għas-sena kalendarja 2015 'il quddiem. |
|
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 20(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Anness VI għal dak ir-Regolament għandu jiġi adattat sabiex fl-2014 jitqiesu l-konsegwenzi tal-użu tal-art għal attivitajiet agrikoli wara li tneħħewlha l-mini, kif innotifikat mill-Kroazja. |
|
(5) |
Għalhekk l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Peress li dan ir-Regolament huwa essenzjali għall-adozzjoni bla xkiel u f'waqtha tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) u 53(7) tar- Regolament (UE) Nru 1307/2013, huwa xieraq li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
L-Annessi II, III u VI tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS II Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-Anness III jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS III Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 7
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
L-Anness VI jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS VI Dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Kroazja msemmijin fl-Artikoli 10 u 19
|
|||||||||||||||||||||||||
(*1) Għall-Kroazja, il-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun ta' EUR 344 340 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 382 600 000.”
(*2) Għall-Kroazja, il-limitu nett għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun ta' EUR 344 340 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 382 600 000.”