20.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/780

tad-19 ta' Mejju 2015

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

L-informazzjoni li tirrigwarda erba' persuni u żewġ entitajiet li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata u għandha ssir entrata speċifika għal entità waħda.

(3)

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif jidhru fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

182.

Amr Armanazi

(magħruf ukoll bħala Amr Muhammad Najib Al-Armanazi, Amr Najib Armanazi, Amrou Al-Armanazy)

Data tat-twelid: 7 ta' Frar 1944

Direttur Ġenerali ta' Syrian Scientific Studies and Research Center (SSRC), responsabbli biex jipprovdi appoġġ lill-armata Sirjana għall-akkwist ta' tagħmir użat għas-sorveljanza u r-repressjoni tad-dimostranti. Responsabbli wkoll għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi mhux konvenzjonali, inklużi armi kimiċi, u l-missili li jintużaw biex jittrasportawhom.

Responabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili; jappoġġa lir-reġim.

23.7.2014

201.

Wael Abdulkarim

(magħruf ukoll bħala Wael Al Karim)

Indirizz: Pangates International Corp Ltd, PO Box Sharjah Airport International Free Zone, l-Emirati Għarab Magħquda

Al Karim for Trade and Industry, PO Box 111, 5797 Damascus, is-Sirja

Direttur Amministrattiv tal-entità ddeżinjata Pangates International Corp Ltd, li taġixxi bħala intermedjarju fil-forniment taż-żejt lir-reġim Sirjan.

Bħala Direttur Amministrattiv ta' Pangates, Wael Abdulkarim jagħti sostenn lir-reġim Sirjan u jibbenefika minnu. Huwa għandu wkoll pożizzjoni għolja fl-entità ddeżinjata Al Karim Group, li hija l-kumpannija prinċipali ta' Pangates.

Bħala riżultat tal-pożizzjonijiet għolja tiegħu f'Pangates u Al Karim Group, huwa wkoll assoċjat ma' dawn l-entitajiet iddeżinjati.

7.3.2015

202.

Ahmad Barqawi

(magħruf ukoll bħala Ahmed Barqawi)

Indirizz: Pangates International Corp Ltd, PO Box Sharjah Airport International Free Zone, l-Emirati Għarab Magħquda

Al Karim for Trade and Industry, PO Box 111, 5797 Damascus, is-Sirja

Manager Ġenerali ta' Pangates International Corp Ltd, li taġixxi bħala intermedjarju fil-forniment taż-żejt lir-reġim Sirjan, u manager ta' Al Karim Group. Kemm Pangates International kif ukoll Al Karim Group ġew iddeżinjati mill-Kunsill.

Bħala Manager Ġenerali ta' Pangates u manager tal-kumpannija prinċipali ta' Pangates, Al Karim Group, Ahmad Barqawi jagħti sostenn lir-reġim Sirjan, u jibbenefika minnu. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu f'Pangates u Al Karim Group, huwa wkoll assoċjat mal-entitajiet iddeżinjati Pangates International u Al Karim Group.

7.3.2015

205.

Samir Hamsho

(magħruf ukoll bħala Samer; Sameer; Hmisho; Hamchu; Hamcho; Hamisho; Hmeisho; Hemasho, Hmicho)

Data tat-twelid: 1 ta' Marzu 1972

Passaport Sirjan Nru N008803455

Passaport Brażiljan Nru YA056959

Indirizz:

Hamsho Building

31 Baghdad Street

Damascus,

is-Sirja

Indirizz:

16 Martello Road

Poole

BH13 7DH

ir-Renju Unit

Indirizz:

290, Qura Al Assad

Damascus,

is-Sirja

Samir Hamsho huwa negozjant Sirjan prominenti li jibbenefika mir-reġim u jagħti sostenn lilu. Huwa l-proprjetarju u l-President ta' Al Buroj u Syria Steel/Hmisho Steel, sussidjarji ta' Hamsho Trading, sussidjarja ta' Hamsho International, li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill.

Maħtur fil-Kamra tal-Kummerċ ta' Homs f'Marzu 2014 mill-Ministru għall-Industrija.

Għalhekk, huwa jipprovdi sostenn lir-reġim Sirjan u jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu mar-reġim.

Huwa wkoll assoċjat mal-entitajiet iddeżinjati Hamso International, Syria Steel SA u Al Buroj Trading.

7.3.2015

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

21.

Centre d'études et de recherches syrien (CERS)

(magħruf ukoll bħala Centre d'Etude et de Recherche Scientifique (CERS); Scientific Studies and Research Center (SSRC); Centre de Recherche de Kaboun)

Barzeh Street,

Po Box 4470,

Damas

Jagħti appoġġ lill-armata Sirjana għall-akkwist ta' materjali li jservu għas-sorveljanza u għar-repressjoni tad-dimostranti.

Hija l-entità governattiva responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi mhux konvenzjonali, inklużi armi kimiċi, u l-missili li jintużaw biex jittrasportawhom.

1.12.2011

55.

Tri-Ocean Trading

George Town, Il-Gżejjer Cayman

Residenti f'35b Corniche El Nile, Cairo, l-Eġittu

Sussidjarja ta' Tri-Ocean Energy li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill. Mal-kumpannija prinċipali tagħha Tri-Ocean Energy, tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim Sirjan billi torganizza vjeġġi bil-moħbi lir-reġim Sirjan. Bħala sussidjarja ta' Tri-Ocean Energy, Tri-Ocean Trading, hija wkoll assoċjata ma' entità ddeżinjata.

23.7.2014

55a.

Tri-Ocean Energy

35b Saray El Maadi Tower, Corniche El Nile, Cairo, l-Eġittu, Kodiċi Postali 11431 P.O.Box 1313 Maadi

Tipprovdi appoġġ lir-reġim Sirjan u tibbenefika mir-reġim billi torganizza vjeġġi bil-moħbi taż-żejt lir-reġim Sirjan.

23.7.2014