14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/769

tat-12 ta' Mejju 2015

li jemenda għall-231 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-30 ta' April 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi sitt persuni mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għal Strumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” jitħassru:

(a)

“Riadh Ben Belkassem Ben Mohamed Al-Jelassi. Indirizz: l-Italja. Data tat-twelid: 15.12.1970. Post tat-twelid: Al- Mohamedia, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: L276046 (Passaport Tuneżin, maħruġ fl-1.7.1996 li skada fit-30.6.2001). Informazzjoni oħra: (a) Isem l-omm huwa Reem Al-Askari, (b) Membru tal-Grupp ta' Ġellieda Tuneżin. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.9.2002.”

(b)

“Samir Abd El Latif El Sayed Kishk (magħruf ukoll bħala Samir Abdellatif el Sayed Keshk). Data tat-twelid: 14.5.1955. Post tat-twelid: Gharbia, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Informazzjoni oħra: Iddeportat mill-Italja lejn l-Eġittu fit-2.7.2003. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 3.9.2002.”

(c)

“Al-Azhar Ben Mohammed Ben El-Abed Al-Tlili (magħruf ukoll bħala Lazar Ben Mohammed Tlili). Indirizz: Via Carlo Porta 97, Legnano, l-Italja. Data tat-twelid: 26.3.1969. Post tat-twelid: Feriana, Al-Kasrain, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: M351140 (Passaport Tuneżin li skada fis-16.6.2005). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: TLLLHR69C26Z352G; (b) Meħlus mill-ħabs fl-Italja fil-15.1.2007 (c) Isem l-omm huwa Essayda Bint Salih Al-Tlili. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.9.2002.”

(d)

“Faouzi Ben Mohamed Ben Ahmed Al-Jendoubi (magħruf ukoll bħala (a) Jendoubi Faouzi, (b) Said, (c) Samir). Data tat-twelid: 30.1.1966. Post tat-twelid: (a) Tunis, it-Tuneżija; (b) il-Marokk. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: K459698 (Passaport Tuneżin, maħruġ fis-6.3.1999, li skada fil-5.3.2004). Informazzjoni oħra: (a) Isem l-omm huwa Um Hani al-Tujani; (b) Inammissibbli fiż-żona Schengen; (c) Irrappurtat mhux traċċabbli mill-awtoritajiet Taljani minn Ġunju 2002. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.6.2003.”

(e)

“Ahmed Hosni Rarrbo (magħruf ukoll bħala (a) Rarrbo Abdallah, (b) Rarrbo Abdullah, (c) Rarrbo Ahmed Hosni). Indirizz: l-Alġerija. Data tat-twelid: 12.9.1974. Post tat-twelid: (a) Bologhine, l-Alġerija; (b) Franza. Nazzjonalità: Alġerina. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.”

(f)

“Najib Ben Mohamed Ben Salem Al-Waz (magħruf ukoll bħala (a) Ouaz Najib, (b) Ouaz Nagib). Indirizz: Via Tovaglie 26, Bologna, l-Italja. Data tat-twelid: 12.4.1960. Post tat-twelid: Al Haka'imah, Governorat ta' Mahdia, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: K815205 (Passaport Tuneżin, maħruġ fis-17.9.1994, li skada fis-16.9.1999). Informazzjoni oħra: (a) Isem l-omm huwa Salihah Amir; (b) Inammissibbli fiż-żona Schengen. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.”