19.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/50


REGOLAMENT (UE) 2015/756 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2015

li jissospendi ċerti konċessjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija

(Kodifikazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1506/98 (3) ġie emendat b'mod sostanzjali diversi drabi (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dak ir-Regolament għandu jiġu kkodifikat.

(2)

Skont il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazjżoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (5), (“il-Ftehim”), ingħataw konċessjonijiet lil dak il-pajjiż rigward ċerti podotti agrikoli.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċazzjoni KE-Turkija (6) tipprovdi għal titjib u konsolidazzjoni tal-preferenzi kummerċjali li għandhom x'jaqsmu mal-importazzjoni ġewwa l-Unjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija u tistabbilixxi serje ta' konċessjonijiet preferenzjali għall-esportazzjonijiettal-Unjoni ta' laħam u annimali ħajjin lejn it-Turkija.

(4)

It-Turkija ilha mill-1996 tapplika projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' annimali ħajjin tal-ispeċje tal-ifrat (kodiċi NM 0102) u restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga (kodiċijiet NM 0201-0202). Dawn il-miżuri, li huma restrizzjonijiet kwantitattivi, huma inkompatibbli mal-Ftehim u jipprevjenu lill-Unjoni milli tibbenefika mill-konċessjonijiet mogħtija lilha taħt id-Deċiżjoni Nru 1/98. Minkejja t-taħdidiet intiżi li jiksbu soluzzjoni nnegozjata mat-Turkija dwar il-problema, għadhom jeżistu restrizzjonijiet kwantitattivi.

(5)

B'riżultat ta' dawk il-miżuri, l-esportazzjonijiet lejn it-Turkija tal-prodotti fil-kwistjoni li joriġinaw fl-Unjoni huma blukkati. Sabiex jiġu protetti l-interessi kummerċjali tal-Unjoni, is-sitwazzjoni għandha tiġi kontrobilanċjata permezz ta' miżuri ekwivalenti. Il-konċessjonijiet stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom għalhekk jiġu sospiżi.

(6)

Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iż-żewġ kwoti tat-tariffa mniżżla fl-Anness I huma sospiżi.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tittermina s-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 1 meta jitneħħew l-ostakli għal esportazzjonijiet preferenzjali mill-Unjoni lejn it-Turkija. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 3(2).

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit bl-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-opinjoni tal-Kumitat għandha tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-Kumitat jiddeċiedi hekk, jew mill-inqas kwart tal-membri tal-Kumitat jitolbu hekk.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 1506/98 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  Opinjoni tal-10 ta' Diċembru 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1506/98 tat-13 ta' Lulju 1998 li jistabbilixxi konċessjoni fil-għamla ta' kwota Komunitarja tat-tariffa għat-Turkija fis-sena 1998 rigward il-ġellewż u li jissospendi konċessjonijiet oħra (ĠU L 200, 16.7.1998, p. 1).

(4)  Ara anness II.

(5)  ĠU 217, 29.12.1964, p. 3687/64.

(6)  Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill dwar it-Trattat ta' Assoċazzjoni KE-Turkija tal-25 ta' Frar 1998 li jirrigwarda r-reġim tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli (ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1).

(7)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(8)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).


ANNESS I

Numru tas-Serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Daqs tal-kwota kull sena jew għal kull perjodu indikat (f'tunnellati)

Rata tad-dazju applikabbli

09.0217

ex 0807 11 00

Dulliegħ, frisk:

14 000

Xejn

mis-16 ta' Ġunju sal-31 ta' Marzu

09.0207

2002 90 31

Tadam imħejji jew ippriservat xorta oħra fil-ħall jew l-aċidu aċetiku, għajr sħiħ jew f'biċċiet, b'kontenut ta' materjal niexef ta' 12 % jew iktar fil-piż

30 000 ta' materjal niexef b'kontenut ta' 28-30 % fil-piż

Xejn

09.0209

2002 90 39

2002 90 91

2002 90 99


ANNESS II

Regolament Imħassar flimkien mal-emenda għalih

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1506/98

(ĠU L 200, 16.7.1998, p. 1)

 

Regolament (UE) Nru 255/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 84, 20.3.2014, p. 57)

Artikolu 3 biss


ANNESS III

Tabella ta' Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1506/98

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 1

Artikolu 3

Artikolu 2

Artikolu 3a

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Anness I

Anness II

Anness I

Anness II

Anness III