5.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/712
tat-28 ta' April 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 103/2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 953/2013 (2) emenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 u ssostitwixxa l-kodiċijiet NM 8528 59 10, 8528 59 40 u 8528 59 80 permezz tal-kodiċijiet NM 8528 59 20, 8528 59 31, 8528 59 39 u 8528 59 70. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 103/2012 (3) dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti, adottat sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jagħmel referenza għall-kodiċi NM li ma għadhiex teżisti. Għalhekk din għandha tiġi emendata, sabiex tqis il-kodiċi NM xierqa fis-seħħ. |
(3) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ressaqx opinjoni fil-limitu taż-żmien li ġie stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 103/2012 hu sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 953/2013 tas-26 ta' Settembru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 263, 5.10.2013, p. 4).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 103/2012 tas-7 ta' Frar 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 36, 9.2.2012, p. 17).
ANNESS
“ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM) |
Raġunijiet |
||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||
Pannell ta' skrin modulari mhux armat (hekk imsejjaħ ‘ħajt LED’), li jikkonsisti minn ħafna moduli fil-forma ta' madum, b'kull maduma jkollha daqs bejn wieħed u ieħor ta' 38 × 38 × 9 cm. Kull maduma fiha dijodji li jarmu d-dawl (LEDs) aħmar, aħdar u ikħal u riżoluzzjoni ta' 16 × 16-il pixel, bid-daqs ta' kull tikka jkun 24 mm, luminożità ta' 2 000 cd/m2 u frekwenza ta' ripetizzjoni ta' aktar minn 300 Hz. Ikunu jinkludu wkoll iċ-ċirkwiti elettroniċi tat-tħaddim. Il-pannell jiġi ppreżentat flimkien ma' sistema ta' pproċessar li tinkludi:
Is-sinjal ipproċessat jintbagħat mill-proċessur tas-sinjal lil distributur tad-dejta bl-użu ta' kejbils tal-fibra ottika. Id-distributur tad-dejta min-naħa tiegħu jibgħat id-dejta lid-diversi madumiet tal-pannell tal-iskrin. L-iskrin huwa ppreżentat bħala adattat għal avvenimenti sportivi jew ta' divertiment, fis-sinjal ta' reklamar, eċċ., iżda mhux adattat għal wiri mill-qrib. |
8528 59 39 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 8528 , 8528 59 u 8528 59 39 . Billi l-pannell tal-iskrin huwa kapaċi juri l-vidjo ma jistax jitqies bħala apparat elettriku għal skopijiet ta' senjalar bl-użu ta' indikazzjoni viżwali. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8531 bħala pannell tal-iskrin ta' indikazzjoni hija għalhekk eskluża. Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, bħad-daqs tal-iskrin, l-istandards tat-televiżjoni appoġġjat (CVBS) u l-modalità ta' vidjo, id-daqs ta' kull tikka li mhux adattat għall-wiri mill-qrib u l-luminożità qawwija, l-użu maħsub tal-pannell tal-iskrin hu għal avvenimenti sportivi jew ta' divertiment, fis-sinjal ta' reklamar, eċċ. Għaldaqstant, ma jitqiesx li hu ta' tip użat biss jew prinċipalment f'sistema awtomatika tal-ipproċessar tad-dejta tal-intestatura 8471 Il-klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 8528 51 00 hija għaldaqstant eskluża wkoll. Minħabba li l-pannell tal-iskrin huwa kapaċi juri sinjali minn magna awtomatika għall-ipproċessar tad-dejta (ADP — automatic data-processing) f'livell suffiċjenti għall-użu prattiku mal-magna ADP, dan jitqies li kapaċi juri sinjali minn magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta b'livell aċċettabbli ta' funzjonalità. Għaldaqstant għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8528 59 39 bħala displays oħrajn tal-kulur forma ta' pannelli tal-iskrin ċatti li jistgħu juru sinjali minn magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta b'livell aċċettabbli ta' funzjonalità.” |