|
24.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/639
tat-23 ta' April 2015
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tad-diossidu tas-silikon (E 551) fil-kopolimeru ta' trapjant ta' alkoħol poliviniliku-polietilenglikol (E 1209)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, f'enżimi tal-ikel, f'aromatizzanti, f'nutrijenti u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Dawn il-listi jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni inkella wara talba. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 685/2014 (3) jawtorizza l-użu tal-kopolimeru ta' trapjant ta' alkoħol poliviniliku-polietilenglikol (kopolimeru ta' trapjant PVA-PEG) (E1209) fis-supplimenti tal-ikel f'forma solida. |
|
(4) |
Bil-għan li jittejjeb il-fluss tal-proprjetajiet tal-polimeru fi trab, id-diossidu tas-silikon (E 551) jintuża fil-kopolimeru ta' trapjant PVA-PEG. L-ammont ta' diossidu tas-silikon li mistenni jgħaddi fl-ikel finali permezz tal-użu tal-kopolimeru ta' trapjant PVA-PEG huwa ta' 300-500 mg/kg. F'dan il-livell id-diossidu tas-silikon m'għandu l-ebda funzjoni teknoloġika fis-suppliment tal-ikel. |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ivvalutat is-sigurtà tal-kopolimeru ta' trapjant PVA-PEG meta jintuża bħala addittiv tal-ikel u kkonkludiet li l-użu tiegħu f'supplimenti tal-ikel bħala rita ta' kisi mhuwiex ta' tħassib għas-sigurtà għall-użi proposti (4). Il-valutazzjoni tas-sikurezza inkludiet wkoll l-użu speċifikat tad-diossidu tas-silikon f'kopolimeru ta' trapjant PVA-PEG. |
|
(6) |
Huwa għalhekk xieraq li jiġi awtorizzat l-użu tad-diossidu tas-silikon fil-kopolimeru ta' trapjant PVA-PEG. |
|
(7) |
Il-Parti 2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1333/2008 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 2 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hi emendata kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta' l-ikel, l-enżimi ta' l-ikel u l-aromatizzanti ta' l-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 685/2014 tal- 20 ta' Ġunju 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-kopolimeru ta' trapjant ta' alkoħol poliviniliku-polietilenglikol fis-supplimenti tal-ikel solidu (ĠU L 182, 21.6.2014, p. 23)
(4) EFSA Journal 2013; 11(8):3303.
ANNESS
Fil-Parti 2 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, l-annotazzjoni li ġejja qed tiddaħħal wara t-tielet annotazzjoni għall-addittiv tal-ikel E 551:
|
“E 551 |
Diossidu tas-silikon |
5 000 mg/kg fil-preparazzjoni |
E1209 kopolimeru ta' trapjant ta' alkoħol poliviniliku-polietilenglikol” |