21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/617

tal-20 ta' April 2015

li jemenda għall-230 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fl-10 ta' April 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) approva ż-żieda ta' żewġ persuni mal-lista tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet fuq Al Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi għandu japplika għalihom.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat biex jirrifletti dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 l-annotazzjonijiet li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

(a)

“Ali Ben Taher Ben Faleh Ouni Harzi (magħruf ukoll bħala: Abou Zoubair). Data tat-twelid: 9.3.1986. Post tat-twelid: Ariana, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-passaport: W342058 (Passaport Tuneżin, maħruġ fl-14.3.2011, jiskadi fit-13.3.2016). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 08705184 (Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali Tuneżina, maħruġa fl-24.2.2011). Indirizz: (a) 18 Mediterranean Street, Ariana, Tunisia; (b) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm sa Mar. 2015); (c) L-Iraq (post alternattiv possibbli minn Mar. 2015); (d) Il-Libja (kien jinsab hemm qabel). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; tul: 171 ċm; (b) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; (c) Isem missieru huwa Taher Ouni Harzi, isem ommu huwa Borkana Bedairia. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.4.2015.”

(b)

“Tarak Ben Taher Ben Faleh Ouni Harzi (magħruf ukoll bħala: Abou Omar Al Tounisi). Data tat-twelid: 3.5.1982. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-passaport: Z050399 (Passaport Tuneżin, maħruġ fid-9.12.2003, skada fit-8.12.2008). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 04711809 (Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali Tuneżina, maħruġa fit-13.11.2003). Indirizz: (a) 18 Mediterranean Street, Ariana, Tunisia; (b) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm sa Marzu 2015); (c) L-Iraq (post alternattiv possibbli minn Marzu 2015); (d) Il-Libja (kien jinsab hemm qabel). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; tul: 172 ċm; (b) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; (c) Isem missieru huwa Taher Ouni Harzi, isem ommu huwa Borkana Bedairia. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.4.2015.”