11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/68


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/608 tal-14 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjonijiet tal-Ukraina u l-Iżrael fil-lista ta' pajjiżi terzi, l-approvazzjoni tal-programm ta' kontroll tal-Ukraina għas-Salmonella fit-tiġieġ li jbidu, ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja dwar il-marda ta' Newcastle u r-rekwiżiti tal-iproċessar ta' prodotti tal-bajd

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 101 tat-18 ta' April 2015 )

F'paġna 4, fl-Artikolu 2:

minflok:

“Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.”

aqra:

“L-Annessi I u III għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.”