Fil-Parti 2, il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X u BOV-Y jinbidlu b'dan li ġej: “
Test ta 'immaġni
Mudell BOV-X
PAJJIŻ:
Ċertifikat veterinarju għall-UE
Parti I: Dettalji tal-kunsinna mibgħuta
I.1. Kunsinnatur
Isem
Indirizz
Tel.
I.2. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat
I.2.a
I.3. Awtorità kompetenti ċentrali
I.4. Awtorità kompetenti lokali
I.5. Destinatarju
Isem
Indirizz
Kodiċi postali
Tel.
I.6.
I.7. Pajjiż tal-oriġini
Kodiċi ISO
I.8. Reġjun tal-oriġini
Kodiċi
I.9. Pajjiż tad-destinazzjoni
Kodiċi ISO
I.10. Reġjun tad-destinazzjoni
Kodiċi
I.11. Post tal-oriġini
Isem Numru tal-approvazzjoni
Indirizz
I.12.
I.13. Post tat-tagħbija
Indirizz Numru tal-approvazzjoni
I.14. Data tat-tluq
I.15. Mezz ta’ transport
Ajruplan Vapur Vagun tal-ferrovija
Vettura tat-triq Oħrajn
Identifikazzjoni
Referenzi dokumentarji
I.16. BIP tad-dħul fl-UE
I.17.
I.18. Deskrizzjoni tal-prodott
I.19. Kodiċi tal-prodott (kodiċi HS):
01.02
I.20. Kwantità
I.21.
I.22. Għadd ta’ imballaġġi
I.23. Numru tas-Siġill/tal-Kontejner
I.24.
I.25. Prodotti ċċertifikati għal:
Tgħammir Tismin
I.26.
I.27. Għall-importazzjoni jew għad-dħul fl-UE
I.28. Identifikazzjoni tal-prodotti
Speċi
(isem xjentifiku)
Razza
Sistema tal-identifikazzjoni
Numru tal-identifikazzjoni
Età
Sess
Test ta 'immaġni
PAJJIŻ
Mudell BOV-X
II. Informazzjoni dwar is-saħħa
II.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
II.1. Attestazzjoni tas-Saħħa Pubblika
Jiena, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika, li l-annimali deskritti f’dan iċ-ċertifikat:
II.1.1. ġejjin minn ażjendi li kienu ħielsa minn kull projbizzjoni uffiċjali minħabba raġunijiet ta’ saħħa, għal dawn l-aħħar 42 jum fil-każ tal-bruċellożi, għal dawn l-aħħar 30 jum fil-każ tal-antraċe u għal dawn l-aħħar sitt xhur fil-każ tar-rabja, u, ma ġewx f’kuntatt ma’ annimali minn ażjendi li ma kinux jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet;
II.1.2. ma rċevewx:
— xi sustanzi stilbeni jew tirostatiċi,
— xi sustanzi estroġeniċi, androġeniċi, ġestaġeniċi jew β-agonisti għal skopijiet li mhumiex trattamenti terapewtiċi jew żootekniċi (kif definit fid-Direttiva 96/22/KE);
II.1.3. fejn jikkonċerna l-enċefalopatija bovina sponġiformi (BSE):
(1) (2) jew [(a) l-annimali huma identifikati b’sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermetti li jiġu ttraċċati lura sal-omm u l-merħla tal-oriġini, u mhumiex annimali bovini esposti kif deskritt fil-punt (4)(b)(iv) tal-Parti I tal-Kapitolu C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(b) jekk kien hemm każijiet indiġeni ta’ BSE fil-pajjiż ikkonċernat, l-annimali twieldu wara d-data meta ġiet infurzata effettivament il-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta’ ruminanti b’laħam u għadam imfarrak u gambali (greaves) derivati minn ruminanti jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta’ BSE jekk twieldu wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf.]
(1) (3) jew [(a) l-annimali huma identifikati b’sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermetti li jiġu ttraċċati lura sal-omm u l-merħla tal-oriġini, u mhumiex annimali bovini esposti kif deskritt fil-punt (4)(b)(iv) tal-Parti II tal-Kapitolu C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(b) l-annimali twieldu wara d-data meta ġiet infurzata effettivament il-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta’ ruminanti b’laħam u għadam imfarrak u gambali (greaves) derivati minn ruminanti jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta’ BSE jekk twieldu wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf.]
(1) (4) jew [(a) l-annimali huma identifikati b’sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermetti li jiġu ttraċċati lura sal-omm u l-merħla tal-oriġini, u mhumiex annimali bovini esposti kif deskritt fil-punt (4)(b)(iv) tal-Parti II tal-Kapitolu C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(b) l-annimali twieldu mill-anqas sentejn wara d-data meta ġiet infurzata effettivament il-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta’ ruminanti b’laħam u għadam imfarrak u gambali (greaves) derivati minn ruminanti jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta’ BSE jekk twieldu wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf].
II.2. Attestazjoni tas-Saħħa tal-Annimali:
Jiena, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika, li l-annimali deskritti hawn fuq jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
II.2.1. ġejjin mit-territorju bil-kodiċi: (5) li, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat:
(1) jew [(a) ilu ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal 24 xahar]
(1) jew [(a) ilu meqjus ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer sa minn (jj/xx/ssss), mingħajr ma kellu każijiet/tifqigħat wara dik id-data, u ġie awtorizzat jesporta dawn l-annimali permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) ----/----, ta’ (jj/xx/ssss)]
(b) ilu ħieles għal 12-il xahar mir-rinderpest, mid-deni Rift valley, il-plewropnewmonja tal-bovini li tittieħed, mill-marda tal-infafet fil-ġilda u l-marda epiżotika emorraġika, u għal 6 xhur mill-istomatite vexxikulari,
(c) fejn matul l-aħħar 12-il xahar, ma sar l-ebda tilqim kontra dan il-mard imsemmi fil-punti (a) u (b) u l-importazzjonijiet ta’ bhejjem domestiċi bid-difer mifrud mlaqqma kontra dan il-mard mhumiex permessi;
(1) jew [(d) ilu ħieles mill-bluetongue għal 24 xahar;]
Parti II: Ċertifikazzjoni
Test ta 'immaġni
PAJJIŻ
Mudell BOV-X
II. Informazzjoni dwar is-saħħa
II.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
(1) (9) jew [(d) ilu ħieles mill-bluetongue għal 24 xahar, u l-annimali rreaġixxew negattivament għal test seroloġiku għad-detezzjoni ta’ antikorpi għall-bluetongue u għall-marda epiżotika emorraġika, liema test sar f’żewġ okkażjonijiet fuq kampjuni tad-demm meħuda fil-bidu tal-perjodu ta’ iżolament/kwarantina u mill-inqas 28 jum wara, fi (jj/xx/ssss) u fi (jj/xx/ssss), fejn t-tieni kampjun għandu jkun ittieħed fil-perjodu ta’ għaxart ijiem qabel l-esportazzjoni;]
(1) jew [(d) ma ilux ħieles mill-bluetongue għal 24 xahar, u l-annimali tlaqqmu b’vaċċin inattivat, mill-inqas 60 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, kontra s-serotip/i tal-bluetongue kollha … (daħħal is-serotip/i) li huma dawk preżenti fil-popolazzjoni tas-sors kif muri permezz ta’ programm ta’ sorveljanza (12) f’żona b’raġġ ta’ 150 km madwar l-ażjenda/i tal-oriġini deskritt(i) fil-kaxxa ta’ referenza I.11., u l-annimali għadhom fil-perjodu ta’ immunità garantita fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin;]
II.2.2. baqgħu fit-territorju deskritt fil-punt II.2.1 minn twelidhom, jew tal-inqas għal dawn l-aħħar sitt xhur qabel ma ntbagħtu lejn l-Unjoni u bla ma ġew f’kuntatt, f’dawn l-aħħar 30 jum, ma’ annimali bid-difer mifruq impurtati;
II.2.3. baqgħu minn twelidhom, jew tal-inqas għall-40 jum qabel ma ntbagħtu fl-ażjenda(i) tal-oriġini deskritta(i) fil-kaxxa ta’ referenza I.11:
(a) f’żona b’raġġ ta’ 150 km jew madwarha, ma kien hemm l-ebda każ/tifqigħa tal-marda epiżotika emorraġika matul is-60 jum ta’ qabel,
(b) f’żona b’raġġ ta’ 10 km, jew madwarha, ma kien hemm l-ebda każ/tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, tar-rinderpest, tad-deni Rift Valley, tal-bluetongue, tal-plewropulmonite bovina li tittieħed, tal-marda tal-infafet fil-ġilda u, tal-istomatite vexxikulari matul l-40 jum ta’ qabel;
II.2.4. mhumiex annimali li se jinqatlu skont programm nazzjonali għall-eradikazzjoni ta’ mard, u lanqas ma tlaqqmu kontra l-mard imsemmi fil-punt II.2.1.,(a) u (b);
II.2.5. ġejjin minn merħliet li mhumiex ristretti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha x’taqsam mal-eradikazzjoni tat-tuberkolożi, il-bruċellożi u l-lewkożi enzootika bovina;
II.2.6. ġejjin minn merħliet rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi (6) (6b);
u (1) (7) jew [ġejjin minn reġjun li huwa magħruf bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi (6);]
(1) jew [ġew soġġetti għal test intradermali tat-tuberkulina (8) li sar b’riżultati negattivi fl-aħħar 30 jum qabel ma ntbagħtu lejn l-Unjoni;]
(1) jew [għandhom inqas minn sitt ġimgħat;]
II.2.7. ma ġewx imlaqqma kontra l-bruċellożi u ġejjin minn merħliet rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (6);
u (1) (7) jew [ġejjin minn reġjun li huwa rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi (6),]
(1) jew [ġew soġġetti għal tal-inqas test wieħed għall-bruċellożi bovina (8) li sar fuq kampjuni li ttieħdu fl-aħħar 30 jum qabel ma ntbagħtu lejn l-Unjoni,]
(1) jew [għandhom inqas minn 12-il xahar,]
(1) jew [huma annimali maskili kkastrati ta’ kwalunkwe età,]
(1) jew [II.2.8. ġejjin minn merħliet inklużi f’sistema uffiċjali għall-kontroll tal-lewkożi enzootika bovina, u li fihom ma kien hemm l-ebda evidenza klinika jew b’riżultat ta’ test tal-laboratorju ta’ din il-marda matul is-sentejn li għaddew,]
(1) jew [II.2.8. ġejjin minn merħliet rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina (6) (6a),]
u (1) (7) jew [ġejjin minn reġjun li huwa rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enzootika bovina (6);]
(1) jew [ġew soġġetti għal test individwali għal-lewkożi enzootika bovina (8) li sar b’riżultat negattiv fuq kampjuni li ttieħdu fl-aħħar 30 jum qabel ma ntbagħtu lejn l-Unjoni;]
(1) jew [għandhom inqas minn 12-il xahar,]
II.2.9. Dawn huma/kienu (1) mibgħuta mill-ażjenda(i) tagħhom tal-oriġini, mingħajr ma għaddew minn ebda suq:
Test ta 'immaġni
PAJJIŻ
Mudell BOV-X
II. Informazzjoni dwar is-saħħa
II.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
(1) jew [direttament lejn l-Unjoni,]
(1) jew [lejn iċ-ċentru ta’ raggruppament awtorizzat uffiċjalment deskritt fil-kaxxa ta’ referenza I.13 li jinsab fit-territorju deskritt fil-punt II.2.1,]
u, sakemm intbagħtu lejn l-Unjoni:
(a) ma ġewx f’kuntatt ma’ annimali oħra bid-difer mifruq li mhumiex konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa kif deskritt f’dan iċ-ċertifikat,
(b) ma kienu fl-ebda post fejn fih, jew madwaru, f’raġġ ta’ 10 km, matul it-30 jum ta’ qabel, kien hemm każ/tifqigħa ta’ kwalunkwe marda msemmija fil-punt II.2.1.;
II.2.10. kwalunkwe vettura tat-trasport jew kontejner li tgħabbew fiha, tnaddfu u ġew iddiżinfettati qabel it-tagħbija b’diżinfettant awtorizzat uffiċjalment;
II.2.11. ġew eżaminati minn veterinarju uffiċjali fi żmien 24 siegħa mit-tagħbija u ma wrew l-ebda sinjal kliniku ta’ mard;
II.2.12. tgħabbew għad-dispaċċ lejn l-Unjoni fil- (jj/xx/ssss) (10) fil-mezzi tat-trasport, deskritti fil-kaxxa ta’ referenza I.15 aktar ‘il fuq, li tnaddfu u kienu diżinfettati qabel it-tagħbija b’diżinfettant awtorizzat uffiċjalment u li huma mibnija b’tali mod li l-feċi, l-urina, l-imfierex jew l-għalf ma jistgħux inixxu jew jaqgħu barra mill-vettura jew mill-kontejner waqt it-trasport.
II.3. Attestazzjoni tat-trasport tal-annimali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika, li l-annimali deskritti aktar ‘il fuq ġew ittrattati qabel u waqt it-tagħbija skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, b’mod partikolari fejn jikkonċerna l-ilma u l-għalf, u huma f’kundizzjoni tajba għat-trasport maħsub.
(1) (11) [II.4. Rekwiżiti Speċifiċi
II.4.1. Skont informazzjoni uffiċjali, ma ġiet irreġistrata l-ebda evidenza klinika jew patoloġika tar-rinotrakeite bovina infettiva (IBR) fl-ażjenda tal-oriġini msemmija fil-kaxxa ta’ referenza I.11, għall-aħħar 12-il xahar;
II.4.2. l-annimali msemmija fil-kaxxa ta’ referenza I.28:
(a) kienu iżolati fl-akkomodazzjoni approvata mill-awtorità kompetenti għall-aħħar 30 jum immedjatament qabel ma ntbagħtu għall-esportazzjoni,
(b) kienu soġġetti għal test seroloġiku għall-IBR fuq sera li ttieħdu mill-inqas 21 jum wara li ġew iżolati, b’riżultati negattivi, u l-annimali kollha fl-iżolament ukoll irriżultaw negattivi għal dan it-test
(c) ma tlaqqmux kontra l-IBR.]
Noti
Dan iċ-ċertifikat huwa maħsub għal annimali bovini ħajjin (inkluż l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għat-tnissil u/jew għall-produzzjoni.
Wara l-importazzjoni l-annimali għandhom jittieħdu mingħajr dewmien lejn l-ażjenda tad-destinazzjoni fejn għandhom jibqgħu għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel ċaqliq ieħor barra mill-ażjenda, ħlief f’każ li jintbagħtu lejn biċċerija.
Parti I:
— Kaxxa ta’ referenza I.8: Ipprovdi l-kodiċi tat-territorju kif jidher fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.
— Kaxxa ta’ referenza I.13: Iċ-ċentru ta’ raggruppament, jekk ikun hemm, għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tiegħu, kif stabbilit fil-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.
— Kaxxa ta’ referenza I.15.: Għandu jingħata in-numru tar-reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u trakkijiet), in-numru tat-titjira (ajruplan) jew l-isem (tal-vapur). Fil-każ ta’ ħatt u tagħbija mill-ġdid, il-kunsinnatur għandu jinforma lill-BIP bid-dħul fl-Unjoni.
Test ta 'immaġni
PAJJIŻ
Mudell BOV-X
II. Informazzjoni dwar is-saħħa
II.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
— Kaxxa ta’ referenza I.23.: Fil-każ ta’ kontejners jew kaxxi, għandu jiġi inkluż in-numru tal-kontejner u n-numru tas-siġill (fejn applikabbli).
— Kaxxa ta’ referenza I.28.: Is-sistema ta’ identifikazzjoni: L-annimali għandu jkollhom:
Numru individwali li jippermetti t-traċċar tal-ażjenda tal-oriġini tagħhom. Speċifika s-sistema tal-identifikazzjoni (bħalma huma lametta, tatwaġġi, marka, ċippa, transponder).
Lametta mal-widnejn li tinkludi l-kodiċi ISO tal-pajjiż esportatur. In-numru individwali jrid jippermetti li jiġi traċċat il-post tal-oriġini tagħhom.
Speċijiet: Agħżel minn fost “Bos”, “Bison” u “Bubalus” skont il-każ.
Età: Data tat-twelid (jj/xx/ssss).
Sess: (M = maskil, F = femminili, C = imsewwi)
Razza: agħżel razza pura, razza mħallta.
Parti II:
(1) Żomm kif xieraq.
(2) Jekk l-annimali twieldu u trabbew kontinwament f’pajjiż jew f’reġjun ikkategorizzat biss skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li għandu riskju negliġibbli ta’ BSE u li huwa elenkat b’dan il-mod fid-Deċiżjoni 2007/453/KE.
(3) Jekk il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini jkun ikkategorizzat biss skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li għandu riskju kkontrollat ta’ BSE u li huwa elenkat b’dan il-mod fid-Deċiżjoni 2007/453/KE.
(4) Jekk il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini ma jkunx ikkategorizzat skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 biss jew ġie kkategorizzat bħala pajjiż jew reġjun li għandu riskju mhux determinat ta’ BSE u li huwa elenkat b’dan il-mod fid-Deċiżjoni 2007/453/KE.
(5) Il-kodiċi tat-territorju kif jidher fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.
(6) Reġjuni u merħliet li huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi/mill-bruċellożi kif stabbilit fl-Anness A tad-Direttiva 64/432/KEE; u reġjuni u merħliet ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina kif stabbilit fil-Kapitolu I tal-Anness D tad-Direttiva 64/432/KEE.
(6a) Għall-merħliet uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina biss rikonoxxuti bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti kif stabbilit fil-Kapitolu I tal-Anness D tad-Direttiva 64/432/KEE għall-iskop tal-esportazzjonijiet lejn l-UE ta’ annimali ħajjin skont iċ-ċertifikat mudell BOV-X mit-territorju li, fil-kolonna 6 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, jidher bl-entrata “IVb” fir-rigward tal-lewkożi enzootika bovina.
(6b) Għal territorju li għandu l-entrata “XII” fil-kolonna 6 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 biss li jindika li meħliet bovini ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi huma rikonoxxuti abbażi ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE għal finijiet ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju BOV-X.
(7) Għal territorju li, fil-kolonna 6 tat-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, jidher biss bl-entrata “II”, fir-rigward tat-tuberkulożi, “III”, fir-rigward tal-bruċellożi, u/jew “IVa” fir-rigward tal-lewkożi enzootika bovina.
(8) It-testijiet li saru skont il-protokolli li, għall-mard ikkonċernat, huma deskritti fil-Parti 6 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.
(9) Garanziji supplimentari li għandhom jiġu ppreżentati meta meħtieġ fil-kolonna 5 ‘SG’ tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, bl-entrata “A”.
Testijiet għall-bluetongue u għall-marda epiżotika emorraġika skont il-Parti 6 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.
(10) Data tat-tagħbija. Ma għandhomx ikunu permessi l-importazzjonijiet ta’ dawn l-annimali meta l-annimali jkunu tgħabbew jew qabel id-data tal-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-pajjiż terz, it-territorju msemmi fil-Kaxxi I.7 u I.8 jew parti minnu, jew matul perjodu fejn ġew adottati miżuri restrittivi mill-Unjoni kontra l-importazzjonijiet ta’ dawn l-annimali minn dan il-pajjiż terz, it-territorju jew parti minnu.
(11) Meta meħtieġ mill-Istat Membru tal-UE tad-destinazzjoni jew mill-Iżvizzera, skont id-Deċiżjoni 2004/558/KE u skont il-Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).
(12) Programm ta’ sorveljanza kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37.)
Test ta 'immaġni
PAJJIŻ
Mudell BOV-X
II. Informazzjoni dwar is-saħħa
II.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
Veterinarju uffiċjali
Isem (f’ittri kbar): Kwalifika u titolu:
Data: Firma:
Timbru:
Test ta 'immaġni
Mudell BOV-Y
PAJJIŻ:
Ċertifikat veterinarju għall-UE
Parti I: Dettalji tal-kunsinna mibgħuta
I.1. Kunsinnatur
Isem
Indirizz
Tel.
I.2. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat
I.2.a
I.3. Awtorità kompetenti ċentrali
I.4. Awtorità kompetenti lokali
I.5. Destinatarju
Isem
Indirizz
Kodiċi postali
Tel.
I.6.
I.7. Pajjiż tal-oriġini
Kodiċi ISO
I.8. Reġjun tal-oriġini
Kodiċi
I.9. Pajjiż tad-destinazzjoni
Kodiċi ISO
I.10. Reġjun tad-destinazzjoni
Kodiċi
I.11. Post tal-oriġini
Isem Numru tal-approvazzjoni
Indirizz
I.12.
I.13. Post tat-tagħbija
Indirizz Numru tal-approvazzjoni
I.14. Data tat-tluq
I.15. Mezz ta’ transport
Ajruplan Vapur Vagun tal-ferrovija
Vettura tat-triq Oħrajn
Identifikazzjoni
Referenzi dokumentarji
I.16. BIP tad-dħul fl-UE
I.17.
I.18. Deskrizzjoni tal-prodott
I.19. Kodiċi tal-prodott (kodiċi HS):
01.02
I.20. Kwantità
I.21.
I.22. Għadd ta’ imballaġġi
I.23. Numru tas-Siġill/tal-Kontejner
I.24.
I.25. Prodotti ċċertifikati għal:
Qatla
I.26.
I.27. Għall-importazzjoni jew għad-dħul fl-UE
I.28. Identifikazzjoni tal-prodotti
Speċi
(isem xjentifiku)
Razza
Sistema ta’ identifikazzjoni
Numru tal-identifikazzjoni
Età
Sess
Test ta 'immaġni
PAJJIŻ
Mudell BOV-Y
II. Informazzjoni dwar is-saħħa
II.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
II.1. Attestazzjoni tas-Saħħa Pubblika
Jiena, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika, li l-annimali deskritti f’dan iċ-ċertifikat:
II.1.1. ġejjin minn ażjendi li kienu ħielsa minn kwalunkwe projbizzjoni uffiċjali minħabba raġunijiet ta’ saħħa, għall-aħħar 42 jum fil-każ tal-bruċellożi, għall-aħħar 30 jum fil-każ tal-antraċe u għall-aħħar sitt xhur fil-każ tar-rabja, u, ma ġewx f’kuntatt ma’ annimali minn irziezet li ma kinux jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet;
II.1.2. ma rċevewx:
— xi sustanzi stilbeni jew tirostatiċi,
— sustanzi oestroġeniċi, androġeniċi, ġestaġeniċi jew β-agonisti għal skopijiet li mhumiex trattamenti terapewtiċi jew żootekniċi (kif iddefiniti fid-Direttiva 96/22/KE);
II.1.3. fejn jikkonċerna l-enċefalopatija bovina sponġiformi (BSE):
(1) (2) jew [(a) l-annimali huma identifikati b’sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermetti li jiġu ntraċċati lura għall-omm u l-merħla tal-oriġini, u mhumiex annimali bovini esposti kif deskritt fil-punt (4)(b)(iv) tal-Parti I tal-Kapitolu C, tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(b) jekk kien hemm każijiet indiġeni ta’ BSE fil-pajjiż ikkonċernat, l-annimali twieldu wara d-data minn meta l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta’ ruminanti b’laħam u għadam imfarrak u gambali (greaves) derivati minn ruminanti bdiet tiġi infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta’ BSE jekk twieldu wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf.]
(1) (3) jew [(a) l-annimali huma identifikati b’sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermetti li jiġu ntraċċati lura għall-omm u l-merħla tal-oriġini, u mhumiex annimali bovini esposti kif deskritt fil-punt (4)(b)(iv) tal-Parti I tal-Kapitolu C, tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(b) l-annimali twieldu wara d-data minn meta l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta’ ruminanti b’laħam u għadam imfarrak u gambali derivati minn ruminanti bdiet tiġi infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta’ BSE jekk twieldu wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf.]
(1) (4) jew [(a) l-annimali huma identifikati b’sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermetti li jiġu ttraċċati lura sal-omm u l-merħla tal-oriġini, u mhumiex annimali bovini esposti kif deskritt fil-punt (4)(b)(iv) tal-Parti II tal-Kapitolu C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(b) l-annimali twieldu mill-inqas sentejn wara d-data minn meta l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta’ ruminanti b’laħam u għadam imfarrak u gambal ġej minn ruminanti bdiet tiġi infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta’ BSE jekk twieldu wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf].
II.2. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa tal-Annimali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika, li l-annimali deskritti hawn fuq jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
II.2.1. ġejjin mit-territorju bil-kodiċi: (5) li, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat:
(1) jew [(a) ilu ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal 24 xahar]
(1) jew [(a) ilu meqjus ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer sa minn (jj/xx/ssss), mingħajr ma kellu każijiet/tifqigħat wara dik id-data, u ġie awtorizzat jesporta dawn l-annimali permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) ----/----, ta’ (jj/xx/ssss)]
(b) ilu ħieles għal 12-il xahar mir-rinderpest, mid-deni Rift valley, il-plewropnewmonja tal-bovini li tittieħed, mill-marda tal-infafet fil-ġilda u l-marda epiżotika emorraġika, u għal 6 xhur mill-istomatite vexxikulari,
(c) fejn matul l-aħħar 12-il xahar, ma sar l-ebda tilqim kontra dan il-mard imsemmi fil-punti (a) u (b) u l-importazzjonijiet ta’ bhejjem domestiċi bid-difer mifrud mlaqqma kontra dan il-mard mhumiex permessi;
(1) jew [(d) ilu ħieles mill-bluetongue għal 24 xahar;]
Parti II: Ċertifikazzjoni
Test ta 'immaġni
PAJJIŻ
Mudell BOV-Y
II. Informazzjoni dwar is-saħħa
II.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
(1) jew [(d) ma ilux ħieles mill-bluetongue għal 24 xahar, u l-annimali tlaqqmu b’vaċċin inattivat, mill-inqas 60 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, kontra s-serotip/i tal-bluetongue kollha … (daħħal is-serotip/i) li huma dawk preżenti fil-popolazzjoni tas-sors kif muri permezz ta’ programm ta’ sorveljanza (9) f’żona b’raġġ ta’ 150 km madwar l-ażjenda/i tal-oriġini deskritt(i) fil-kaxxa ta’ referenza I.11., u l-annimali għadhom fil-perjodu ta’ immunità garantita fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin;]
II.2.2. dawn baqgħu fit-territorju deskritt fil-punt II.2.1 minn twelidhom, jew għal mill-inqas dawn l-aħħar tliet xhur qabel ma ntbagħtu lejn l-Unjoni u bla ma ġewx f’kuntatt, ma’ annimali bid-difer mifruq impurtati fl-aħħar 30 jum;
II.2.3. baqgħu minn twelidhom jew mill-inqas għal 40 jum qabel ma ntbagħtu, fl-azjenda/i deskritta(i) fil-kaxxa ta’ referenza I.11:
(a) fejn fih/om u madwaru/hom, f’żona b’raġġ ta’ 150 km, ma kien hemm l-ebda każ/tifqigħa tal-marda epiżotika emorraġika matul is-60 jum ta’ qabel, u
(b) f’żona b’raġġ ta’ 10 km, jew madwarha, ma kien hemm l-ebda każ/tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, tar-rinderpest, tad-deni Rift Valley, tal-bluetongue, tal-plewropulmonite bovina li tittieħed, tal-marda tal-infafet fil-ġilda u, tal-istomatite vexxikulari matul l-40 jum ta’ qabel;
II.2.4. mhumiex annimali li se jinqatlu skont programm nazzjonali għall-eradikazzjoni ta’ mard, u lanqas ma tlaqqmu kontra l-mard imsemmi fil-punt II.2.1.(a) u (b);
II.2.5. ġejjin minn merħliet:
(a) inklużi f’sistema uffiċjali għall-kontroll tal-lewkożi enzootika bovina, u
(b) li mhumiex ristretti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fejn għandha x’taqsam l-eradikazzjoni tat-tuberkulożi u tal-bruċellożi, u
(c) li huma magħrufa bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi; (6) (6a)
II.2.6. ma tlaqqmux kontra l-bruċellożi u:
(1) jew [ġejjin minn merħliet li huma magħrufa uffiċjalment bħala ħielsa mill-bruċellożi;] (6)
(1) jew [huma annimali maskili kkastrati ta’ kwalunkwe età;]
II.2.7. huma mmarkati individwalment fuq mill-inqas żewġ postijiet fuq il-warrani tagħhom biex juru li dawn huma esklussivament maħsuba għall-qtil immedjat; (7)
II.2.8. huma/kienu (1) mibgħuta mill-ażjenda(i) tagħhom tal-oriġini, mingħajr ma għaddew minn ebda suq:
(1) jew [direttament lejn l-Unjoni,]
(1) jew [lejn iċ-ċentru ta’ raggruppament awtorizzat uffiċjalment deskritt fil-kaxxa ta’ referenza I.13 li jinsab fit-territorju deskritt fil-punt II.2.1]
u, sakemm intbagħtu lejn l-Unjoni:
(a) ma ġewx f’kuntatt ma’ annimali oħra bid-difer mifruq li mhumiex konformi mal-istess rekwiżiti tas-saħħa kif deskritti f’dan iċ-ċertifikat, u
(b) ma kienu fl-ebda post fejn fih, jew madwaru f’raġġ ta’ 10 km, matul it-30 jum ta’ qabel, kien hemm każ/tifqigħa ta’ xi marda msemmija fil-punt II.2.1.;
II.2.9. kull vettura tat-trasport jew kontejner li tgħabbew fiha, tnaddfu u ġew iddiżinfettati qabel it-tagħbija b’diżinfettant awtorizzat uffiċjalment;
II.2.10. ġew eżaminati minn veterinarju uffiċjali fi żmien 24 siegħa mit-tagħbija u ma wrew l-ebda sinjal kliniku ta’ mard;
II.2.11. tgħabbew għad-dispaċċ lejn l-Unjoni fil- (jj/xx/ssss) (8) fil-mezzi tat-trasport deskritti fil-kaxxa ta’ referenza I.15 aktar ‘il fuq, li tnaddfu u kienu diżinfettati qabel it-tagħbija b’diżinfettant awtorizzat uffiċjalment u li huma mibnija b’tali mod li l-feċi, l-urina, l-imfierex jew l-għalf ma jkunux jistgħu jnixxu jew jaqgħu barra mill-vettura jew mill-kontejner waqt it-trasport.
Test ta 'immaġni
PAJJIŻ
Mudell BOV-Y
II. Informazzjoni dwar is-saħħa
II.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
II.3. Attestazzjoni tat-trasport tal-annimali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, b’dan niċċertifika, li l-annimali deskritti aktar ‘il fuq ġew ittrattati qabel u waqt it-tagħbija skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, b’mod partikolari fejn jikkonċerna l-ilma u l-għalf, u huma f’kundizzjoni tajba għat-trasport maħsub.
Noti
Dan iċ-ċertifikat maħsub għal annimali bovini ħajjin (inkluż l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għal qtil immedjat
Wara l-importazzjoni, l-annimali għandhom jittieħdu mingħajr dewmien lejn il-biċċerija tad-destinazzjoni biex hemmhekk jinqatlu fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol.
Parti I:
— Kaxxa ta’ referenza I.8: Ipprovdi l-kodiċi tat-territorju kif jidher fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.
— Kaxxa ta’ referenza I.13: Iċ-ċentru ta’ raggruppament, jekk ikun hemm, għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tiegħu, kif stabbilit fil-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.
— Kaxxa ta’ referenza I.15: Għandu jingħata n-numru tar-reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u trakkijiet), in-numru tat-titjira (ajruplan) jew l-isem (tal-vapur). Fil-każ ta’ ħatt u tagħbija mill-ġdid, il-kunsinnatur għandu jinforma lill-BIP bid-dħul fl-Unjoni.
— Kaxxa ta’ referenza I.23: Fil-każ ta’ kontejners jew kaxex, għandu jiġi inkluż in-numru tal-kontejner u n-numru tas-siġill (fejn applikabbli).
— Kaxxa ta’ referenza I.28: Is-sistema ta’ identifikazzjoni: l-annimali għandu jkollhom:
Numru individwali li jippermetti t-traċċar tal-ażjenda tal-oriġini tagħhom. Speċifika s-sistema tal-identifikazzjoni (bħalma huma lametta, tatwaġġi, marka, ċippa, transponder).
Lametta mal-widnejn li tinkludi l-kodiċi ISO tal-pajjiż esportatur. In-numru individwali jrid jippermetti li jiġi traċċat il-post tal-oriġini tagħhom.
Speċijiet: Agħżel minn fost “Bos”, “Bison” u “Bubalus” skont il-każ.
Età: Data tat-twelid (jj/xx/ssss).
Sess: (M = maskil, F = femminili, C = imsewwi)
Parti II:
(1) Żomm kif xieraq.
(2) Jekk l-annimali twieldu u trabbew kontinwament f’pajjiż jew f’reġjun ikkategorizzat biss skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li għandu riskju negliġibbli ta’ BSE u li huwa elenkat b’dan il-mod fid-Deċiżjoni 2007/453/KE.
(3) Jekk il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini jkun ikkategorizzat biss skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li għandu riskju kkontrollat ta’ BSE u li huwa elenkat b’dan il-mod fid-Deċiżjoni 2007/453/KE.
(4) Biss jekk il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini ma jkunx ikkategorizzat skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jew ġie kkategorizzat bħala pajjiż jew reġjun li għandu riskju mhux determinat ta’ BSE u li huwa elenkat b’dan il-mod fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE.
(5) Il-kodiċi tat-territorju kif jidher fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.
(6) Reġjuni u merħliet li huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi/mill-bruċellożi kif stabbilit fl-Anness A tad-Direttiva 64/432/KEE.
(6a) Biss għal territorju li jkollu l-entrata “XII” fil-kolonna 6 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jindika li jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi tal-merħliet bovini huma rikonoxxuti abbażi ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE għal finijiet ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju BOV-Y.
(7) Din il-marka għandu jkollha l-forma ta’ “L” bi 13 cm fuq in-naħa tax-xellug u 7 cm fuq in-naħa t’isfel b’1 cm ta’ ħxuna fiż-żewġ linji. Din għandha tkun applikata bl-użu tat-teknika magħrufa bħala ‘freeze-branding’.
(8) Data tat-tagħbija. L-importazzjonijiet ta’ dawn l-annimali ma għandhomx jiġu permessi meta l-annimali jkunu tgħabbew jew qabel id-data tal-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-pajjiż terz, it-territorju msemmi fil-Kaxxi I.7 u I.8 jew parti minnu, jew matul perjodu fejn ġew adottati miżuri restrittivi mill-Unjoni kontra l-importazzjonijiet ta’ dawn l-annimali minn dan il-pajjiż terz, it-territorju jew parti minnu.
(9) Programm ta’ sorveljanza kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37.)
Test ta 'immaġni
PAJJIŻ
Mudell BOV-Y
II. Informazzjoni dwar is-saħħa
II.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
Veterinarju uffiċjali
Isem (f’ittri kbar): Kwalifika u titolu:
Data: Firma:
Timbru:
” |