|
16.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/595
tal-15 ta' April 2015
dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2016, l-2017 u l-2018 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju multiannwali kkoordinat li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Il-programm tkompla b'konformità ma' Regolamenti konsekuttivi tal-Kummissjoni. L-aktar wieħed riċenti kien ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 400/2014 (3). |
|
(2) |
Hemm bejn 30 u 40 oġġett tal-ikel li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta fl-Unjoni. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta' tliet snin, il-pestiċidi f'dawk il-prodotti tal-ikel għandhom jiġu ssorveljati tul sensiela ta' ċikli ta' tliet snin biex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati. |
|
(3) |
Fuq il-bażi ta' distribuzzjoni ta' probabbiltà binomjali, jista' jiġi kkalkulat li l-analiżi ta' 654 kampjun tippermetti, b'ċertezza ta' aktar minn 99 %, id-detezzjoni ta' kampjun li jkun fih ammont ta' residwi tal-pestiċidi ogħla mil-limitu ta' determinazzjoni (LOD), bil-kundizzjoni li mhux anqas minn 1 % tal-prodotti jkun fihom livelli ta' residwi ogħla minn dak il-limitu (4). Il-ġbir ta' dawn il-kampjuni għandu jitqassam fost l-Istati Membri skont l-għadd tal-popolazzjoni, b'minimu ta' 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena. |
|
(4) |
Ir-riżultati analitiċi mill-programmi uffiċjali ta' kontroll tal-Unjoni preċedenti tqiesu biex jiġi żgurat li l-firxa ta' pestiċidi koperti mill-programm ta' kontroll tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati. |
|
(5) |
Gwida dwar il-proċeduri ta' kontroll analitiku tal-kwalità u ta' validazzjoni tal-analiżijiet tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf, “Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed” tinsab ippubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni (5). |
|
(6) |
Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti jew prodotti li jirriżultaw minn proċessi ta' degradazzjoni jew ta' reazzjoni, dawk il-komposti għandhom jiġu rrappurtati separatament sakemm jiġu mkejla b'mod individwali. |
|
(7) |
L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel laħqu qbil dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni, bħad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) (6), (7) għas-sottomissjoni tar-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, li huma relatati mat-tressiq tal-informazzjoni mill-Istati Membri. |
|
(8) |
Għall-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni għandha tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (8), li tinkorpora l-metodi tat-teħid ta' kampjuni rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jiġi evalwat jekk il-livelli massimi ta' residwi għall-ikel tat-trabi, stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (9) u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (10) humiex qed jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-metodi ta' residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta' analiżi tagħhom billi jagħmlu użu mis-servizzi ta' laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalidati meħtieġa. |
|
(11) |
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena. |
|
(12) |
Biex jiġi evitat li jkun hemm konfużjoni minħabba koinċidenza bejn programmi multiannwali konsekuttivi, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 400/2014 għandu jitħassar fl-interess taċ-ċertezza legali. Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni li jittieħdu fl-2015. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Matul is-snin 2016, 2017 u 2018, l-Istati Membri għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinamenti ta' prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.
L-għadd ta' kampjuni ta' kull prodott, fosthom oġġetti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, u prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandu jkun dak stipulat fl-Anness II.
Artikolu 2
1. Il-lott li minnu għandhom jittieħdu l-kampjuni għandu jintgħażel b'mod aleatorju.
Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni u l-għadd ta' unitajiet għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 2002/63/KE.
2. Il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi stabbiliti fl-Anness I, skont id-definizzjonijiet tar-residwi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.
3. Għall-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, il-kampjuni jridu jiġu vvalutati fuq il-prodotti kif jiġu proposti lesti għall-konsum, jew wara li jiġu rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, filwaqt li jitqiesu l-limiti massimi ta' residwu (MRLs) stipulati fid-Direttivi 2006/125/KE u 2006/141/KE. F'każijiet meta dawn l-oġġetti tal-ikel ikunu ta' tip li jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f'forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati fir-rigward tal-prodott mhux rikostitwit kif jinbiegħ.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2016, fl-2017 u fl-2018 sal-31 ta' Awwissu tal-2017, l-2018 u l-2019 rispettivament. Ir-riżultati għandhom jintbagħtu skont id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD).
Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva, metabolit u/jew prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew minn reazzjoni), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni sħiħa tar-residwi. Barra minn hekk, ir-riżultati ta' kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwi għandhom jintbagħtu separatament, sakemm dawn jiġu mkejla fuq bażi individwali.
Artikolu 4
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2014 huwa mħassar.
Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni li jiġu ttestjati fl-2015.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta' Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta' kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 400/2014 tat-22 ta' April 2014 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2015, l-2016 u l-2017 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 119, 23.4.2014, p. 44).
(4) Codex Alimentarius, Pesticide Residues in Food, Ruma, 1993, ISBN 92-5-103271-8; Vol. 2, p. 372.
(5) L-aktar verżjoni riċenti tad-dokument Nru SANCO/12571/2013 http://ec.europa.eu/food/plant/plant_protection_products/guidance_documents/docs/qualcontrol_en.pdf.
(6) Deskrizzjoni Standard tal-kampjuni għall-ikel u l-għalf (EFSA Journal 2010; 8(1): 1457).
(7) L-użu tad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni tal-EFSA għar-rappurtar ta' dejta dwar il-kontroll marbut mar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 (EFSA Journal 2014; 12(1): 3545).
(8) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).
(9) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).
(10) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar. (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).
ANNESS I
PARTI A
Prodotti ta' oriġini mill-pjanti li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2016, fl-2017 u fl-2018
|
2016 |
2017 |
2018 |
|
(c) |
(a) |
(b) |
|
Tuffieħ (1) |
Fażola fil-miżwed (friska jew iffriżata) (1) |
Brunġiel (1) |
|
Kaboċċa kkapoċċata (1) |
Karrotti (1) |
Banana (1) |
|
Kurrat (1) |
Ħjar (1) |
Brokkoli (1) |
|
Ħass (1) |
Larinġ (1) |
Għeneb għall-ikel (1) |
|
Ħawħ, inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili (1) |
Mandolin (1) |
Meraq tal-larinġ |
|
Ħbub tas-segala (2) |
Lanġas (1) |
Fażola mingħajr miżwed (friska jew iffriżata) (1) |
|
Frawli (1) |
Patata (1) |
Bżar (ħelu) (1) |
|
Tadam (1) |
Ħbub tar-ross |
Ħbub tal-qamħ (2) |
|
Inbid (aħmar jew abjad) magħmul mill-għeneb. (Jekk l-ebda fattur speċifiku tal-ipproċessar għall-inbid ma jkun disponibbli, jista' jiġi applikat fattur ta' inadempjenza ta' 1. L-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw il-fatturi ta' pproċessar tal-inbid użati fir-“Rapport ta' Sinteżi Nazzjonali”). |
Spinaċi (1) |
Żejt taż-żebbuġa verġni. (Jekk l-ebda fattur speċifiku ta' pproċessar għaż-żejt ma jkun disponibbli, jista' jiġi applikat fattur standard ta' 5 għal sustanzi li jinħallu fix-xaħam, filwaqt li titqies ir-rendita standard tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ta' 20 % tal-ħsad taż-żebbuġ; għal sustanzi li jinħallu f'sustanzi mhux xaħmin, jista' jintuża fattur standard ta' pproċessar għaż-żejt ta' 1. L-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw il-fatturi ta' pproċessar użati fir-“Rapport ta' Sinteżi Nazzjonali”). |
PARTI B
Prodotti mill-annimali li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2016, fl-2017 u fl-2018.
|
2016 |
2017 |
2018 |
|
(e) |
(f) |
(d) |
|
Ħalib tal-baqar |
Grass tat-tjur |
Butir |
|
Xaħam tal-majjal |
Fwied (annimali bovini u ruminanti oħra, ħnieżer u tjur) |
Bajd tat-tiġieġ |
PARTI C
Kombinament ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti ta' oriġini mill-pjanti
|
|
2016 |
2017 |
2018 |
Kummenti |
|
2-Fenilfenol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Abamektina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Aċefat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Aċetamiprid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Akrinatrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Aldikarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Aldrina u dieldrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ażinfos-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ażoksistrobina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Bifentrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Bifenil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Bitertanol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Boskalid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Jon tal-bromur |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħass u t-tadam fl-2016 biss; fuq il-ħbub tar-ross fl-2017; fuq il-bżar ħelu fl-2018 |
|
Bromopropilat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Bupirimat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Buprofeżin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Kaptan |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Karbaril |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Karbendażim u benomil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Karbofuran |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klorantraniliprol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klorfenapir |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klormekwat |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tas-segala, it-tadam u l-inbid fl-2016 biss; fuq iz-zunnarija, il-lanġas u l-ħbub tar-ross fl-2017; fuq il-brunġiel, l-għeneb għall-ikel u l-ħbub tal-qamħ fl-2018 |
|
Klorotalonil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klorprofam |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klorpirifos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klorpirifos-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Klofenteżina |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali. |
|
Klotijanidin |
(c) |
(a) |
(b) |
Ara wkoll it-tijametoksam |
|
Ċiflutrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ċimoksanil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ċipermetrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ċiprokonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ċiprodinil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Deltametrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Diażinon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Diklorvos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Dikloran |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Dikofol |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali |
|
Dietofenkarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Difenokonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Diflubenżuron |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Dimetoat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Dimetomorf |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali |
|
Dinikonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Difenilammina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ditijanon |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq it-tuffieħ u l-ħawħ fl-2016 biss; fuq il-lanġas u l-ħbub tar-ross fl-2017; fuq l-għeneb għall-ikel fl-2018 |
|
Ditijokarbamati |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati, għajr il-brokkoli, il-kaboċċi kkapoċċat, il-meraq tal-larinġ u ż-żejt taż-żebbuġa |
|
Dodina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Endosulfan |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
EPN |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Epoksikonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Etefon |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tas-segala, it-tadam u l-inbid fl-2016 biss; fuq il-larinġ, il-mandolin u l-ħbub tar-ross fl-2017; fil-meraq tal-larinġ, il-bżar ħelu, il-ħbub tal-qamħ u l-għeneb għall-ikel fl-2018 |
|
Etijon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Etirimol |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali |
|
Etofenproks |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Famoksadon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenamidon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenamifos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenarimol |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali |
|
Fenażakin |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali |
|
Fenbukonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Ossidu tal-fenbutatin |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq it-tuffieħ, it-tadam u l-inbid fl-2016 biss; fuq il-larinġ, il-mandolin u l-lanġas fl-2017; fuq il-brunġiel, il-bżar ħelu u l-għeneb għall-ikel fl-2018 |
|
Feneżammid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenitrotijon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenossikarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenpropatrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenpropidina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenpropimorf |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenpirossimat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fentijon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fenvalerat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fipronil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fludioksonil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Flufenoksuron |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fluwopiram |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Flukinkonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Flusilażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Flutriafol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Folpet |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Formetanat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fostijażat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Glifosat |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tas-segala fl-2016 biss; fuq il-ħbub tar-ross fl-2017; fuq il-ħbub tal-qamħ fl-2018 |
|
Eżakonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Eżitijażoks |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali |
|
Imażalil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Imidakloprid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Indoksakarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Iprodion |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Iprovalikarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Isokarbofos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Isoprotijolan |
|
(a) |
|
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tar-ross fl-2017 biss. Mhux rilevanti għall-komoditajiet li għandhom jiġu analizzati fl-2016 u fl-2018 |
|
Kreżoksim-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Lambda-ċjalotrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Linuron |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Lufenuron |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Malatijon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Mandipropammid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Mepanipirim |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Mepikwat |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tas-segala u t-tadam fl-2016 biss; fuq il-lanġas u l-ħbub tar-ross fl-2017; fuq il-ħbub tal-qamħ fl-2018 |
|
Metalassil u metalassil-M |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Metamidofos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Metidatijon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Metijokarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Metomil u tijodikarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Metoksifenożid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Monokrotofos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Miklobutanil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Oksadiksil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Oksamil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Oksidemeton-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Paklobutrażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Paratijon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Paratijon-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Penkonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Penċikuron |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Pendimetalin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Permetrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Fosmet |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Pirimikarb |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Pirimifos-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Proċimidon |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Profenofos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Propamokarb |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq it-tuffieħ, fuq il-kaboċċa kkapoċċata, fuq il-ħass, fuq it-tadam u fl-inbid fl-2016 biss; fuq il-fażola fil-miżwed, fuq iz-zunnarija, fuq il-ħjar, fuq il-larinġ, fuq il-mandolin, fuq il-patata, fuq l-ispinaċi u fuq il-frawli fl-2017; fuq il-brunġiel, fuq il-brokkoli, fuq il-piżelli mingħajr miżwed u fuq il-bżar ħelu fl-2018 |
|
Proparġit |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Propikonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Propiżammid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Pimetrożina |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-kaboċċa kkapoċċata, fuq il-ħass, fuq il-frawli u fuq it-tadam fl-2016 biss; fuq il-ħjar fl-2017; fuq il-brunġiel u fuq il-bżar ħelu fl-2018 |
|
Piraklostrobina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Piridaben |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Pirimetanil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Piriproksifen |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Kinoksifen |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Spinosad |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Spirodiklofen |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Spiromesifen |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Spiroksammina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tau-Fluvalinat |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tebukonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tebufenożid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tebufenpirad |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali |
|
Teflubenżuron |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Teflutrina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Terbutilażina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tetrakonażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tetradifon |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali |
|
Tijabendażol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tijakloprid |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tijametoksam |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tijofanat-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tolklofos-metil |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Tolilfluwanid |
(c) |
(a) |
(b) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali |
|
Triadimefon u triadimenol |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Triażofos |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Trifloksistrobina |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Triflumuron |
(c) |
(a) |
(b) |
|
|
Vinklożolin |
(c) |
(a) |
(b) |
|
PARTI D
Kombinazzjonijiet ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali
|
|
2016 |
2017 |
2018 |
Kummenti |
|
Aldrina u dieldrina |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Bifentrina |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Klordan |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Klorpirifos |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Klorpirifos-metil |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Ċipermetrina |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
DDT |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Deltametrina |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Diażinon |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Endosulfan |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Famoksadon |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Fenvalerat |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Ettaklor |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Eżaklorobenżen |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Eżaklorċikloeżan (HCH, Isomeru Alfa) |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Eżaklorċikloeżan (HCH, Isomeru Beta) |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Indoksakarb |
(e) |
|
(d) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-ħalib fl-2016 biss; fil-butir fl-2018 |
|
Lindan |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Metoksiklor |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Paratijon |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Permetrina |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Pirimifos-metil |
(e) |
(f) |
(d) |
|
|
Spinosad |
|
(f) |
|
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-fwied fl-2017 biss |
(1) Għandhom jiġu analizzati prodotti mhux ipproċessati (inkluż prodotti ffriżati).
(2) Jekk l-ebda kampjun suffiċjenti ta' ħbub tas-segala jew tal-qamħ ma jkun disponibbli, jistgħu jiġu analizzati wkoll id-dqiq tas-segala jew tal-qamħ, bil-kundizzjoni li jiġi rrappurtat fattur ta' pproċessar. Jekk l-ebda fattur speċifiku ta' pproċessar għad-dqiq tas-segala jew tal-qamħ ma jkun disponibbli, jista' jiġi applikat fattur standard ta' 1.
ANNESS II
L-għadd ta' kampjuni msemmija fl-Artikolu 1
|
(1) |
L-għadd ta' kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull komodità u li għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I minn kull Stat Membru huwa stabbilit fit-tabella fil-punt (5). |
|
(2) |
Barra mill-kampjuni meħtieġa skont it-tabella fil-punt (5), fl-2016 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar għajr formuli tat-trabi, formuli ta' prosegwiment u ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali.
Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2017 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment għat-trabi. Barra mill-kampjuni meħtieġa skont l-istess tabella, fl-2018 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali. |
|
(3) |
Skont it-tabella fil-punt (5), il-kampuni minn komoditajiet li joriġinaw mill-biedja organika, fejn ikunu disponibbli, għandhom jittieħdu b'mod li hu proporzjonat mas-sehem tas-suq ta' dawk il-komoditajiet f'kull Stat Membru, b'minimu ta' 1. |
|
(4) |
L-Istati Membri li jużaw metodi ta' analiżi ta' residwi multipli jistgħu jużaw metodi ta' skrinjar kwalitattiv fuq sa 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati skont it-tabella fil-punt (5). Meta Stat Membru juża metodi ta' skrinjar kwalitattiv, għandu janalizza l-bqija tal-kampjuni permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli.
Jekk ir-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu ta' mmirar li jintuża s-soltu biex jikkwantifikaw is-sejbiet. |
|
(5) |
Għadd ta' kampjuni għal kull Stat Membru:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) L-għadd minimu ta' kampjuni għal kull metodu ta' analiżi ta' residwu uniku applikat.
(*2) L-għadd minimu ta' kampjuni għal kull metodu ta' analiżi ta' residwi multipli applikat.