|
9.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/35 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/562
tat-8 ta' April 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f'emerġenza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-finijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi rekwiżiti bażiċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 fir-rigward tal-istallazzjoni ta' sistemi avvanzati għall-ibbrejkjar f'emerġenza (AEBS). Huwa neċessarju li wieħed jistabbilixxi l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għal tali approvazzjoni tat-tip. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi obbligu ġenerali għal vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 li se jkunu mgħammra b'AEBS. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 (3) jistabbilixxi l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-AEBS, u jistipula l-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti f'żewġ stadji. Bħala parti mill-ewwel stadju, sa mill-1 ta' Novembru 2013, ċerti tipi ta' vetturi ġodda kellhom jiġu soġġetti għall-approvazzjoni ta' livell 1. Bħala parti mit-tieni stadju, dawk it-tipi ta' vetturi, flimkien ma' ċerti tipi ta' vetturi oħra li ma kinux ġew suġġetti għal-livell ta' approvazzjoni 1, se jkollhom jiksbu l-livell ta' approvazzjoni 2, li jinvolvi konformità ma' rekwiżiti oħra aktar estensivi. Ir-Regolament (UE) Nru 347/2012 jistipula wkoll li l-livell ta' approvazzjoni 2 jiġi implimentat mill-1 ta' Novembru 2016 għal tipi ġodda ta' vetturi. |
|
(5) |
Il-perjodu ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-livell ta' approvazzjoni 2 ġie stabbilit biex jiġi żgurat li hemm biżżejjed żmien ta' adattament sabiex tinkiseb aktar esperjenza b'sistemi AEBS u biex ikunu jistgħu jseħħu aktar żviluppi tekniċi f'dan il-qasam. Barra minn hekk, il-perjodu ta' żmien kien intiż sabiex jippermetti lill-Kummissjoni tqis ir-rekwiżiti internazzjonali armonizzati ta' prestazzjoni u tal-ittestjar li l-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) kellha tadotta rigward it-tipi ta' vetturi tal-kategoriji koperti bir-Regolament tan-NU Nru 131 rigward l-AEBS. |
|
(6) |
Għaldaqstant kien previst li, mhux aktar tard minn sentejn qabel id-data tal-implimentazzjoni tal-livell ta' approvazzjoni 2, il-Kummissjoni għandha tadotta l-kriterji tal-ittestjar tat-twissija u tal-attivazzjoni tal-ibbrejkjar għal tipi ta' vetturi tal-kategorija M2 u tal-kategorija N2 b'massa grossa tal-vettura li ma taqbiżx it-8 tunnellati, filwaqt li jitqiesu aktar żviluppi fil-livell tal-NU/KEE dwar din il-kwistjoni. |
|
(7) |
L-NU/KEE speċifikat il-valur tal-veloċità tal-mira applikabbli fix-xenarju tal-mira mobbli fil-livell ta' approvazzjoni 2 għall-ittestjar ta' tipi ta' vetturi tal-kategorija M2 u tal-kategorija N2 b'massa massima li ma taqbiżx it-8 tunnellati. Il-valuri tal-veloċità tal-mira ġew stabbiliti b'mod konservattiv, biex jippermettu li tinkiseb aktar esperjenza b'sistemi AEBS u biex ikunu jistgħu jsiru aktar żviluppi tekniċi f'dan il-qasam għat-tipi ta' vetturi inkwistjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 347/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 tas-16 ta' April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f'emerġenza (ĠU L 109, 21.4.2012, p. 1).
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 347/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt 2.4.2.1 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Il-punt 2.4.2.2 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
L-aħħar sentenza fil-punti 2.5.2.1. u 2.5.2.2. hija mħassra. |
|
(4) |
L-appendiċi 2 jinbidel b'dan li ġej: “Appendiċi 2 Il-livell ta' approvazzjoni 2: rekwiżiti għat-test tat-twissija u tal-attivazzjoni — valuri suċċess/falliment
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Vetturi tal-kategorija M3 b'sistema ta' bbrejkjar idrawlika huma suġġetti għar-rekwiżiti tar-ringiela 2.
(2) Vetturi b'sistema ta' bbrejkjar pnewmatika huma suġġetti għar-rekwiżiti tar-ringiela 1.
(3) Il-valuri għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur tal-vettura fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip (ara l-Anness I, il-Parti 2, Addendum, il-punt 4.4).
(4) Il-manifatturi ta' kategoriji ta' vetturi koperti bir-ringiela 2 jistgħu jagħżlu li jiksbu l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-valuri speċifikati fir-ringiela1; f'dan il-każ għandha tintwera l-konformità mal-valuri kollha speċifikati fir-ringiela 1.
(5) Il-valuri għall-veloċità tal-mira fiċ-ċellula H2 għandhom jiġu reveduti qabel l-1 ta' Novembru 2021.”