20.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/458

tad-19 ta' Marzu 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 657/2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tat-twaqqif ta' skemi ta' kampjuni Ewropej

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta' Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu flimkien mal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni ta' statistika Ewropea għal terminu qasir dwar iċ-ċiklu kummerċjali.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 657/2007 (2) jistabbilixxi regoli u kundizzjonijiet li japplikaw għat-trażmissjoni ta' dejta mill-Istati Membri li jipparteċipaw fl-iskemi ta' kampjuni Ewropej għall-istatistika ta' terminu qasir. Dawn ir-regoli jippermettu l-adattament tal-iskemi ta' kampjuni Ewropej għall-bidliet tas-sena bażi.

(3)

Il-ponderazzjonijiet għall-produzzjoni tal-aggregati Ewropej tal-indikaturi kollha ta' terminu qasir ġew aġġornati fl-2013. Din il-bidla tas-sena bażi wasslet għal eżami tal-intestaturi għall-attività tan-NACE u l-prodotti tas-CPA magħżula għall-Istati Membri individwali li jipparteċipaw fl-iskemi ta' kampjuni Ewropej. L-għażla tal-intestaturi għall-attività tan-NACE u l-prodotti tas-CPA kellha tiġi adattata sabiex tirrifletti l-bidliet li saru f'dawn l-aħħar snin rigward l-intestaturi individwali għall-attività tan-NACE u l-prodotti tas-CPA.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 657/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 657/2007 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 657/2007 tal-14 ta' Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tat-twaqqif ta' skemi ta' kampjuni Ewropej (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 7).


ANNESS

L-ewwel perjodu ta' referenza għall-intestaturi l-ġodda msemmija fit-tabelli li ġejjin ma għandux ikun aktar tard minn Jannar 2015, b'effett mill-introduzzjoni tas-sena bażi 2015 u qabel tmiem l-2018.

312   PREZZIJIET TA' PRODUZZJONI FIS-SUQ MHUX DOMESTIKU

Stat Membru

Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dejta fl-iskemi ta' kampjuni Ewropej (NACE Rev. 2)

Il-Belġju

10, 11, 13, 16, 17, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 32, 35

L-Irlanda

10, 11, 18, 20, 21, 26, 28, 32

Ċipru

10, 21

Malta

26

Il-Finlandja

10, 16, 17, 19, 20, 22, 24, 25, 26, 27, 28

Is-Slovenja

21, 22, 25, 27, 28, 29


340   PREZZIJIET TA' IMPORTAZZJONI

Stat Membru

Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dejta fl-iskemi ta' kampjuni Ewropej (CPA)

Il-Belġju

05.10, 06.10, 06.20, 07.10, 07.20, 08.99, 10.20, 14.13, 14.14, 15.20, 17.12, 19.20, 20.13, 20.14, 20.15, 20.16, 20.59, 21.10, 21.20, 22.11, 24.10, 24.42, 24.44, 26.11, 26.20, 26.30, 26.40, 26.51, 28.11, 28.13, 28.23, 28.29, 28.92, 29.10, 29.32, 31.09, 32.12, 32.50

L-Irlanda

06.10, 06.20, 19.20, 20.14, 21.10, 21.20, 26.20, 32.50

Ċipru

19.20

Il-Lussemburgu

26.20, 26.30

Malta

19.20, 26.11

L-Awstrija

06.10, 21.10, 21.20, 24.41, 26.20, 26.30, 29.10, 29.32

Il-Portugall

06.10, 19.20, 29.10

Il-Finlandja

06.10, 06.20, 07.20, 19.20, 21.20, 26.20, 26.30, 29.10

Is-Slovenja

19.20, 29.10