|
13.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/36 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/418
tat-12 ta' Marzu 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat kienet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (3) skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 (4). Mindu d-Direttiva Nru 91/414/KEE nbidlet bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din is-sustanza qed titqies li ġiet approvata skont dak ir-Regolament u hija elenkata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, fit-18 ta' Diċembru 2013 ippreżentat lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni għas-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat (6). L-Awtorità wasslet l-opinjoni tagħha lin-notifikatur dwar is-sustanza Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat. L-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni u l-opinjoni tal-Awtorità ġew analizzati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, u ġew iffinalizzati fit-12 ta' Diċembru 2014 fil-format ta' rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għas-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat. |
|
(4) |
Ġie kkonfermat li s-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat għandha titqies approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa meħtieġ li jiġu emendati l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat. B'mod partikolari, jixraq li tintalab iktar informazzjoni ta' konferma. |
|
(6) |
Għalhekk, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(6) Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il-aċetat. EFSA Journal (2014); 12(12):3526. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.
ANNESS
Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ir-ringiela 258 dwar is-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat għandha tinbidel b'dan li ġej:
|
Numru |
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||
|
“258 |
Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat Nru tal-CAS 78617-58-0 CIPAC: 974 |
Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat |
≥ 75 % |
fl-1 ta' Settembru 2009. |
fil-31 ta' Awwissu 2019. |
PARTI A L-użijiet bħala attirant biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat (SANCO/2649/2008) u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, meta xieraq, miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju. In-notifikatur għandu jressaq informazzjoni ta' konferma dwar:
In-notifikatur għandu jressaq quddiem il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Awtorità l-informazzjoni stabbilita fil-punt (1) sat-30 ta' Ġunju 2015 u l-informazzjoni stabbilita fil-punti (2), (3) u (4) tal-31 ta' Diċembru 2016.” |