12.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/404
tal-11 ta' Marzu 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estenzjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutamid, kaptan, dimetoat, dimetomorf, etoprofos, fipronil, folpet, formetanat, glufosinat, metjokarb, metribużin, fosmet, pirimifos-metil u propamokarb
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod parikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(2) |
L-approvazzjonijiet tas-sustanzi kaptan, dimetoat, dimetomorf, etoprofos, fipronil, folpet, formetanat, glufosinat, metjokarb, metirbużin, fosmet, primifos-metil u propamokarb se jiskadu fit-30 ta' Settembru 2017 u l-approvazzjoni tas-sustanza attiva beflubutamid se tiskadi fit-30 ta' Novembru 2017. Għalhekk, tressqu l-applikazzjonijiet biex jiġġeddu l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi. Billi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3) japplikaw għal dawk is-sustanzi attivi, jeħtieġ li l-applikanti jingħataw żmien biżżejjed biex ilestu l-proċedura tat-tiġdid skont dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi x'aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk jeħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi. |
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, f'każijiet fejn qabel ma jgħaddu 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament, ma jitressaqx dossier supplimentari skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, il-Kummissjoni tistabbilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data bħal dik ta' qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data minn hemm 'il quddiem. |
(5) |
Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, f'każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex sodisfatti, il-Kummissjoni tistabbilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data bħal ta' qabel dan ir-Regolament, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament, sakemm ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza attiva, skont liema data tiġi l-aħħar. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
ANNESS
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:
(1) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 145, kaptan, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”; |
(2) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 146, folpet, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”; |
(3) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 147, formetanat, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”; |
(4) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 148, metjokarb, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”; |
(5) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 149, dimetoat, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”; |
(6) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 150, dimetomorf, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”; |
(7) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 151, glufosinat, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”; |
(8) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 152, metribużin, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”; |
(9) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 153, fosmet, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”; |
(10) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 154, propamokarb, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”; |
(11) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 155, etoprofos, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”; |
(12) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 156, perimifos-metil, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”; |
(13) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 157, fipronil, id-data tat-“30 ta' Settembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”; |
(14) |
Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 158, beflubutamid, id-data tat-“30 ta' Novembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2018”; |