|
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 64/8 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/374
tas-6 ta' Marzu 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 (2) jimplimenta ċerti miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/137/PESK. |
|
(2) |
Fis-27 ta' Awwissu 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (“UNSCR”) 2174 (2014) li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri tal-iffriżar tal-assi kif stabbilit fil-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011) u l-paragrafu 23 tal-UNSCR 1973 (2011). |
|
(3) |
Fl-20 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/727/PESK (3) f'konformità mal-UNSCR 2174 (2014) li tippermetti l-elenkar ta' persuni u entitajiet fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK, kif elenkat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. Fid-Deċiżjoni tiegħu (PESK) 2015/382 (4), il-Kunsill iddeċieda li jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-kriterji addizzjonali għal persuni u entitajiet mhux elenkati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet iżda li jissodisfaw l-istess kriterji. |
|
(4) |
Dan it-tibdil jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi implimentat, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 jinbidel b'dan li ġej:
“2. L-Anness III għandu jikkonsisti f'persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi, mhux koperti mill-Anness II:
|
(a) |
li huma involuti jew kompliċi f'ordnijiet, il-kontroll, jew inkella d-direzzjoni tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż billi jkunu involuti jew kompliċi fl-ippjanar, it-tmexxija, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, bi ksur tal-liġi internazzjonali, inklużi l-bumbardamenti mill-ajru, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili, |
|
(b) |
li kisru jew għenu fil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1970 (2011) jew UNSCR 1973 (2011) jew ta' dan ir-Regolament, |
|
(c) |
li huma impenjati fi jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew jostakolaw jew jimminaw it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tagħha, inkluż billi:
|
|
(d) |
jaġixxu għal, jew f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II jew III, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappertjenu lilhom jew li huma kkontrollati minnhom.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
K. GERHARDS
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/727/PESK tal-20 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 301, 21.10.2014, p. 30).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/382 tas-6 ta' Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (Ara paġna 38 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).