4.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60/31 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/342
tat-2 ta' Marzu 2015
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istat ta' Idaho u dak ta' California
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman, (1) u b'mod partikolari l-frażi ta' introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati biss fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (highly pathogenic avian influenza — HPAI). |
(3) |
L-Istati Uniti huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għal ċerti partijiet mit-territorju tiegħu għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, skont fejn jirriżultaw it-tifqigħat tal-HPAI. Din ir-reġjonalizzazzjoni ġiet rikonoxxuta bir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/243 (4), wara t-tifqigħat tal-HPAI fl-Istati ta' Oregon u ta' Washington. |
(4) |
Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (5) jipprevedi li jintlaħaq malajr ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ ta' tifqigħat ta' marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”). |
(5) |
Fit-23 ta' Jannar 2015 l-Istati Uniti kkonfermaw il-preżenza tas-sottotip H5N2 tal-HPAI f'qatgħa ta' pollam domestiku fl-Istat ta' Idaho fl-20 ta' Jannar 2015 u l-preżenza tas-sottotip H5N8 tal-HPAI fl-Istat ta' California. L-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti immedjatament issospendew il-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni minn dawk l-Istati u minn parti mill-Istat ta' Oregon, li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet veterinarji fir-rigward tat-tifqigħat ġodda. L-Istati Uniti implimentaw ukoll politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha. |
(6) |
Wara t-tifqigħat fl-Istati ta' Idaho u ta' California, l-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Istati Uniti, xieraq li tiġi estiża l-projbizzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti biex jiġu koperti dawk il-partijiet tal-Istati ta' Idaho, ta' Californai u ta' Oregon, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat attwali. L-entrata għall-Istati Uniti fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha għalhekk tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika f'dak il-pajjiż terz. |
(7) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 tat-13 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 5).
(5) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fin-negozju ta' annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, kif approvat f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).
ANNESS
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerika tinbidel b'dan li ġej:
Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju |
Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Status tas-sorveljanza tal-influwenza avjarja |
Status tat-tilqim tal-influwenza avjarja |
Status tal-kontroll tas-salmonella (7) |
||
Mudell(i) |
Garanziji addizzjonali |
Data tal-għeluq (1) |
Data tal-ftuħ (2) |
|||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
6 A |
6 B |
7 |
8 |
9 |
“US — L-Istati Uniti |
US-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
|||
US-1 |
Iż-żona tal-Istati Uniti, minbarra t-territorju US-2 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA |
|
N |
|
|
A |
|
S3, ST1” |
|
WGM |
Iż-żona VIII |
|
|
|
|
|
|
|||
POU, RAT |
|
N |
|
|
|
|
|
|||
US-2 |
Iż-żona tal-Istati Uniti li tikkorrispondi għal: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Istat ta' Washington |
WGM |
Iż-żona VIII |
P2 |
19.12.2014 |
|
|
|
|
||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
||||
L-Istat ta' Oregon Il-Kontea ta' Douglas |
WGM |
Iż-żona VIII |
P2 |
19.12.2014 |
|
|
|
|
||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
||||
L-Istat ta' Oregon Il-Kontea ta' Malheur |
WGM |
Iż-żona VIII |
P2 |
20.1.2015 |
|
|
|
|
||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
||||
L-istat ta' Idaho: Il-Kontea ta' Canyon Il-Kontea ta' Payette |
WGM |
Iż-żona VIII |
P2 |
20.1.2015 |
|
|
|
|
||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
||||
L-Istat ta' California: Il-Kontea ta' Stanislaus Il-Kontea ta' Tuolumne |
WGM |
Iż-żona VIII |
P2 |
23.1.2015 |
|
|
|
|
||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|