26.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/302
tal-25 ta' Frar 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 (2), l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea implimentat proċess ta' ġestjoni tat-tibdil għad-dokumenti tekniċi msemmija fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. Minħabba f'hekk, fis-6 ta' Diċembru 2013 l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ressqet rakkomandazzjoni biex jiġi aġġornat l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 454/2011 sabiex ikun jirreferi għad-dokumenti tekniċi kif emendati skont il-proċess ta' ġestjoni tat-tibdil. |
(2) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 454/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 454/2011 jinbidel bl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(2) ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11.
ANNESS
“ANNEX III
Lista tad-dokumenti tekniċi msemmija f'din l-Ispeċifikazzjoni Teknika ta' Interoperabbiltà (TSI)
Referenza |
Tikketta |
B.1. (V1.2) |
Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju tad-dejta tariffarja maħsuba għall-bejgħ internazzjonali jew barrani — biljetti NRT |
B.2. (V1.2) |
Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju tad-dejta tariffarja maħsuba għall-bejgħ internazzjonali jew barrani — Biljetti ta' Prenotazzjoni Integrata (IRT) |
B.3. (V1.2) |
Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju tad-dejta tariffarja maħsuba għall-bejgħ internazzjonali jew barrani — Offerti speċjali |
B.4. (V1.2) |
Gwida ta' implimentazzjoni għall-messaġġi EDIFACT li jkopru skambju tad-dejta skedarja |
B.5. (V1.2) |
Prenotazzjoni elettronika ta' sits/sodod u produzzjoni elettronika tad-dokumenti tal-ivvjaġġar — Skambju ta' messaġġi |
B.6. (V1.2) |
Prenotazzjoni elettronika ta' sits/sodod u produzzjoni elettronika tad-dokumenti tat-trasport (standards RCT2) |
B.7. (V1.2) |
Biljett Ferrovjarju Internazzjonali li jiġi stampat id-dar |
B.8. (V1.2) |
Kodifikazzjoni numerika standard għal impriżi ferrovjarji, amministraturi tal-infrastruttura u kumpaniji oħra involuti fil-ktajjen tat-trasport ferrovjarju |
B.9. (V1.2) |
Kodifikazzjoni numerika standard tal-postijiet |
B.10 (V1.2) |
Prenotazzjoni elettronika ta' assistenza għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa — Skambju ta' messaġġi |
B.30. (V1.2) |
Skema — katalgu bil-messaġġi/settijiet tad-dejta għall-komunikazzjoni RU/IM tat-TSI tal-Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Passiġġieri (TAP) |
B.50. (V1.0) |
Gwida tal-Applikazzjoni tal-Iskedi |
B.51. (V1.0) |
Gwida tal-Applikazzjoni tat-Tariffi |
B.52. (V1.0) |
Gwida tal-Applikazzjoni tal-Prenotazzjonijiet |
B.53. (V1.0) |
Twettiq Dirett tal-Gwida tal-Applikazzjoni |
B.54. (V1.0) |
Twettiq Indirett tal-Gwida tal-Applikazzjoni |
B.55. (V1.0) |
Gwida tal-Applikazzjoni għall-Assistenza għall-PMR |
B.56. (V1.0) |
Gwida tal-Applikazzjoni għall-Komunikazzjoni RU/IM” |