20.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/274
tad-19 ta' Frar 2015
li jemenda għas-266-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
(2) |
Fl-10 ta' Frar 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) approva ż-żieda ta' persuna mal-lista tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet fuq Al-Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi japplika għalihom. |
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat biex jirrifletti dan. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija Strumenti
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
“Denis Mamadou Gerhard Cuspert (magħruf ukoll bħala Abu Talha al-Almani). Data tat-twelid: 18.10.1975. Post tat-twelid: Berlin, il-Ġermanja. Nazzjonalità: Ġermaniża. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 2550439611 (Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali Ġermaniża, maħruġa fid-Distrett Friedrichshain-Kreuzberg ta' Berlin, il-Ġermanja, maħruġ fit- 22.4.2010, jiskadi fil-21.4.2020). Indirizz: Karl-Marx-Str. 210, 12055 Berlin, Germany. Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed; Tul: 178 ċm. Tpinġijiet: BROKEN DREAMS f'ittri (fuq wara) u l-pajsaġġ tal-Afrika (fuq il-lemin tal-parti ta' fuq tad-driegħ); (b) Isem il-missier: Richard Luc-Giffard; (c) Isem l-omm: Sigrid Cuspert; (d) Jinsab fiż-żona tas-Sirja u t-Turkija (minn Jannar 2015). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.2.2015.”