20.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/273

tad-19 ta' Frar 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 871/2014 fir-rigward ta' tnaqqis mill-kwota tas-sajd għall-2014 tan-Netherlands għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tal-ICES IIa u IV

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 105(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 871/2014 (2) fir-rigward ta' tnaqqis mill-kwota tas-sajd għall-2014 tan-Netherlands għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tal-ICES IIa u IV (“il-kwota għall-2014 tan-Netherlands”) minħabba s-sajd żejjed fis-sena 2013.

(2)

Wara l-pubblikazzjoni ta' dak ir-Regolament, l-awtoritajiet tan-Netherlands skoprew li d-dejta fir-rapporti dwar il-qabdiet li fuqha kien ibbażat it-tnaqqis ma kinetx trażmessa tajjeb, kif ikkoraborat mill-evidenza disponibbli għall-Kummissjoni.

(3)

Abbażi tad-dejta kkoreġuta trażmessa miln-Netherlands fit-12 ta' Diċembru 2014, jidher li ma kienx sar sajd żejjed tal-kwota għall-2013 tan-Netherlands.

(4)

Għaldaqstant, it-tnaqqis mill-kwota għall-2014 tan-Netherlands għandha tiġi kkoreġuta.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 871/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Meta wieħed iqis li t-tnaqqis mill-kwota għall-2014 tan-Netherlands japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 871/2014, dan ir-Regolament għandu japplika retroattivament mill-istess data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 871/2014 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament japplika mid-19 ta' Awwissu 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 871/2014 tat-11 ta' Awwissu 2014 għat-twettiq ta' tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2014 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti (ĠU L 239, 12.8.2014, p. 14).


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 871/2014, titħassar l-entrata li ġejja:

“NL

SRX

2AC4-C

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

180,000

275,430

357,115

129,66

81,685

/

/

/

/

 

81”