14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/231
tal-11 ta' Frar 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 720/2014 dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata u li jipprevedi l-kwantitajiet addizzjonali li għandhom jiġu allokati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2014 (2) stabbilixxa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet ta' drittijiet tal-importazzjoni li ġew applikati għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 (3) għaċ-ċanga ffriżata. |
(2) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 720/2014, ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni dwar żball amministrattiv li wassal għan-notifika ta' kwantità ogħla mill-kwantità li attwalment tkun saret l-applikazzjoni għaliha. B'kunsiderazzjoni tal-kwantità li attwalment tkun tressqet applikazzjoni għaliha u li tirriżulta f'żieda tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni u tad-drittijiet tal-importazzjoni li għandhom jiġu allokati lill-operaturi kollha kkonċernati. |
(3) |
Għaldaqstant ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 720/2014 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali lill-operaturi. |
(5) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġu allokati d-drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali kemm jista' jkun malajr, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 720/2014, “27,09851 %” hija sostitwita bi “28,237983 %”.
Artikolu 2
Sa mhux aktar tard mid-9 ta' Marzu 2015, l-Istati Membri għandhom jallokaw id-drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali li jirriżultaw mill-emendi magħmula mill-Artikolu 1 (“drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali”) għal operaturi li applikaw għal, u li ġew allokati lilhom, drittijiet tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għall-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni mill-1 ta' Lulju 2014 sal-30 ta' Ġunju 2015.
Id-drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali li għandhom jiġu allokati lil dawk l-operaturi għandhom jammontaw għal 1,139473 % tal-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-kummissjoni (UE) Nru 720/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 65).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta' Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni għal-laħam iffriżat tal-annimali bovini koperti mill-kodiċi tan-NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 3).