7.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 31/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/186
tas-6 ta' Frar 2015
li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għall-arseniku, il-fluworu, iċ-ċomb, il-merkurju, l-endosulfan u ż-żerriegħa tal-Ambrosja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/32/KE tistipula li l-użu ta' prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali li fihom livelli ta' sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stabbiliti fl-Anness I ta' dik id-Direttiva, huwa pprojbit. |
(2) |
Dejta ġdida li ġiet provduta turi li l-livelli massimi preżenti tal-arseniku, tal-fluworu u taċ-ċomb ma jistgħux jintlaħqu f'arzell kalkaruż tal-baħar. Għaldaqstant huwa xieraq li jiżdiedu l-livelli massimi għall-arseniku, il-fluworu u ċ-ċomb f'arzell kalkaruż tal-baħar, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' arzell kalkaruż tal-baħar għan-nutrizzjoni tal-annimali filwaqt li jinżamm livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa pubblika u tal-annimali. |
(3) |
L-industrija tal-ikel tal-annimali domestiċi tuża ħafna koprodotti u prodotti sekondarji tal-industrija tal-ikel bħala materja prima biex tipproduċi ikel għall-annimali domestiċi li joffri dieta bilanċjata għall-klieb u l-qtates li tissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' amminoaċidi, karboidrati, proteini, minerali, mikroelementi u vitamini. Il-livelli massimi attwali ta' merkurju għal dawn il-koprodotti u prodotti sekondarji maħsuba għall-għalf tal-annimali huma aktar stretti mil-livell massimu ta' merkurju applikabbli għal-laħam tal-muskoli tal-ħut maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għaldaqstant hemm nuqqas fil-provvista ta' koprodotti u prodotti sekondarji bħal dawn konformi mal-livell massimu ta' merkurju għall-użu fl-ikel tal-annimali domestiċi, li jirriżulta fil-ħtieġa li jintuża ħut ta' daqs żgħir b'livell aktar baxx ta' merkurju għall-produzzjoni ta' ikel għall-annimali domestiċi, li jmur kontra l-prinċipji tas-sajd sostenibbli. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqas il-livell massimu ta' merkurju għall-ħut, annimali oħra akkwatiċi u prodotti derivati minnhom maħsuba għall-produzzjoni ta' għalf kompost għall-klieb, qtates, ħut ornamentali u annimali pilużi, filwaqt li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-annimali. |
(4) |
Valutazzjoni ta' dejta reċenti dwar il-preżenza tal-endosulfan f'materjali tal-għalf indikat li l-livelli massimi għal-livell ta' endosulfan fi żrieragħ taż-żejt u qamħirrum u prodotti dderivati minnhom jistgħu jitnaqqsu. |
(5) |
Nota f'qiegħ il-paġna dwar il-preżenza taż-żrieragħ tal-Ambrosja f'materjali tal-għalf ġiet mħassra bi żball mill-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1275/2013 (2). L-esperjenza wriet li jeħtieġ jissaħħu ċerti dispożizzjonijiet tan-nota f'qiegħ il-paġna sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żrieragħ tal-Ambrosja fl-ambjent. Għaldaqstant huwa xieraq li n-nota f'qiegħ il-paġna ta' dak l-Anness terġa' tiddaħħal. |
(6) |
Għalhekk id-Direttiva 2002/32/KE għandha tiġi emendata kif xieraq. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.
(2) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1275/2013 tas-6 ta' Diċembru 2013 li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għall-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nitriti, iż-żejt tal-mustarda volatili u impuritajiet botaniċi perikolużi (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 86).
ANNESS
Emendi għall-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE
L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fir-Ringiela 1 tat-Taqsima I, Arseniku jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
Ir-ringiela 3 tat-Taqsima I, Fluworu, ir-ringiela 4 tat-Taqsima I, Ċomb, u r-ringiela 5 tat-Taqsima I, Merkurju, jinbidlu b'dan li ġej:
|
(3) |
In-nota tal-aħħar 13 li ġejja hija miżjuda fl-aħħar tat-taqsima I:
|
(4) |
Ir-ringiela 6 tat-Taqsima I, Endosulfan tinbidel b'dan li ġej:
|
(5) |
Taqsima VI: Impuritajiet Botaniċi Perikolużi tinbidel b'dan li ġej: “IT-TAQSIMA VI: IMPURITAJIET BOTANIĊI PERIKOLUŻI
|
(1) Kemm-il darba wieħed ikun jista' jiddetermina dan permezz tal-mikroskopija analitika.
(2) Inkluż ukoll il-frak tal-qoxra taż-żerriegħa.
(3) F'każ li tingħata evidenza inekwivoka li l-granuli u ż-żrieragħ huma maħsuba għat-tħin jew għas-sħiq, ma hemmx il-ħtieġa li l-granuli u ż-żrieragħ li fihom livelli mhux konformi ta' żrieragħ Ambrosia spp. jitnaddfu qabel it-tħin jew is-sħiq sakemm:
— |
il-konsenja tkun ittrasportata fit-totalità tagħha lejn l-impjant tat-tħin jew tas-sħiq, u l-impjant tat-tħin jew tas-sħiq ikun informat minn qabel dwar il-preżenza ta' livell għoli ta' żrieragħ ta' Ambrosia spp. sabiex jittieħdu miżuri ta' prevenzjoni oħra biex jiġi evitat it-tixrid fl-ambjent, u |
— |
jingħataw provi sodi tal-miżuri ta' prevenzjoni li ttieħdu sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żrieragħ tal-Ambrosia spp fl-ambjent waqt it-trasport lejn l-impjant tas-sħiq jew tat-tħin, u |
— |
l-awtorità kompetenti taqbel mat-trasport, wara li jkun żgurat li l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq huma ssodisfati. |
F'każ li dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, il-konsenja għandha titnaddaf qabel kull trasportazzjoni fl-UE u t-tnaqqija għandha tinqered adegwatament.”