|
4.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 28/40 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/167
tat-3 ta' Frar 2015
li jemenda għall-225 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-23 ta' Jannar 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) approva ż-żieda ta' erba' entitajiet mal-lista tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet fuq Al-Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi japplika għalihom. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
|
(a) |
“Ashraf Muhammad Yusuf 'Uthman 'Abd Al-Salam (alias (a) Ashraf Muhammad Yusif 'Uthman 'Abd-al-Salam; (b) Ashraf Muhammad Yusuf 'Abd-al-Salam; (c) Ashraf Muhammad Yusif 'Abd al-Salam; (d) Khattab; (e) Ibn al-Khattab). Data tat-twelid: 1984. Post tat-twelid: l-Iraq. Nazzjonalità: Ġordanjan. Nru tal-Passaport: (a) K048787 (passaport Ġordanjan); (b) 486298 (passaport Ġordanjan). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 28440000526 (karta tal-identità tal-Qatar). Indirizz: ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm sa Diċembru 2014). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.1.2015.” |
|
(b) |
“Ibrahim 'Isa Hajji Muhammad Al-Bakr (alias (a) Ibrahim 'Issa Haji Muhammad al-Bakar; (b) Ibrahim 'Isa Haji al-Bakr; (c) Ibrahim Issa Hijji Mohd Albaker; (d) Ibrahim Issa Hijji Muhammad al-Baker; (e) Ibrahim 'Issa al-Bakar; (f) Ibrahim al-Bakr; (g) Abu-Khalil). Data tat-twelid: 12.7.1977. Post tat-twelid: il-Qatar. Nazzjonalità: Qatari. Nru tal-Passaport: 01016646 (passaport tal-Qatar). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.1.2015.” |
|
(c) |
“Tarkhan Tayumurazovich Batirashvili (alias (a) Tarkhan Tayumurazovich Batyrashvili; (b) Tarkhan Batirashvili; (c) Omar Shishani; (d) Umar Shishani; (e) Abu Umar al-Shishani; (f) Omar al-Shishani; (g) Chechen Omar; (h) Omar the Chechen; (i) Omer the Chechen; (j) Umar the Chechen; (k) Abu Umar; (l) Abu Hudhayfah). Data tat-twelid: (a) 11.1.1986; (b) 1982. Post tat-twelid: Akhmeta, Villaġġ Birkiani, il-Ġeorġja. Nazzjonalità: Ġeorġjan. Nru tal-Passaport: 09AL14455 (passaport Ġeorġjan, jiskadi s-26.6.2019). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 08001007864 (karta tal-identità Ġeorġjana). Indirizz: ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm sa Diċembru 2014). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.1.2015.” |
|
(d) |
“'Abd Al-Malik Muhammad Yusuf 'Uthman 'Abd Al-Salam (alias (a) 'Abd al-Malik Muhammad Yusif 'Abd-al-Salam; (b) 'Umar al-Qatari; (c) 'Umar al-Tayyar). Data tat-twelid: 13.7.1989. Nazzjonalità: Ġordanjan. Nru tal-Passaport: K475336 (passaport Ġordanjna, maħruġ fil-31.8.2009 u jiskadi fit-30.8.2014). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 28940000602 (karta tal-identità tal-Qatar). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.1.2015.” |