27.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/109

tas-26 ta' Jannar 2015

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta' April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005.

(2)

Fl-20 ta' Novembru 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit f'konformità mar-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Côte d'Ivoire ħassar persuna waħda mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri stabbiliti fil-paragrafi 9 u 12 ta' dik ir-Riżoluzzjoni.

(3)

Il-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 560/2005 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Jannar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. DŪKLAVS


(1)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1.


ANNESS

L-entrata fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għall-persuna li ġejja hija mħassra:

Alcide DJÉDJÉ