17.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11/37 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/62
tal-10 ta' Ottubru 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-proporzjon ta' ingranaġġ
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 456(1)(j) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-proporzjon ta' ingranaġġ ikkalkulat skont l-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jiġi ddivulgat mill-istituzzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2015 'il quddiem u, qabel din id-data, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat li jemenda l-iskopertura u l-miżura kapitali għall-kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ biex jiġi kkoreġut kull nuqqas misjub fuq il-bażi ta' rappurtar minn istituzzjonijiet. |
(2) |
Ġew osservati differenzi fil-proporzjonijiet ta' ingranaġġ irrappurtati msemmija fl-Artikolu 429(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 minħabba interpretazzjoni diverġenti minn istituzzjonijiet tal-innettjar tal-kollateral fil-finanzjament tat-titoli u t-tranżazzjonijiet ta' riakkwist. Dawn id-differenzi fl-interpretazzjoni u fir-rappurtar saru evidenti wara r-rapport analitiku ppubblikat fl-4 ta' Marzu 2014 mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA). |
(3) |
Minħabba li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 irriflettew dawk tal-istandards ta' Basel, is-soluzzjonijiet għan-nuqqasijiet tar-regoli ta' Basel huma tajbin ukoll sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet korrispondenti tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament. |
(4) |
Fl-14 ta' Jannar 2014 il-Kumitat ta' Basel adotta test tar-regoli rivedut dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, b'mod partikolari, b'kejl addizzjonali u arranġamenti ta' nnettjar għal tranżazzjonijiet ta' riakkwist u tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli. L-allinjament tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-kalkolu tal-proporzjoni ta' ingranaġġ mar-regoli miftehma internazzjonalment għandu jindirizza l-interpretazzjonijiet diverġenti minn istituzzjonijiet għall-innettjar tal-kollateral ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u ta' riakkwist u għandu jtejjeb ukoll il-komparabbiltà internazzjonali kif ukoll joħloq kundizzjonijiet ekwi għall-istituzzjonijiet li huma stabbiliti fl-Unjoni u li joperaw internazzjonalment. |
(5) |
L-ikklerjar permezz ta' kontropartijiet ċentrali skont il-mudell prinċipali użat komunement fl-Unjoni joħloq għadd doppju ta' ingranaġġ fil-miżura tal-iskopertura ta' istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar. |
(6) |
L-ikklerjar ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, speċjalment tranżazzjonijiet ta' riakkwist, permezz ta' kontropartijiet ċentrali kwalifikanti (QCCPs) jista' jġib miegħu vantaġġi bħall-innettjar multilaterali u proċessi robusti ta' mmaniġġar tal-kollateral li jsaħħaħ l-istabilità finanzjarja. Il-flus riċevibbli u pagabbli għal tranżazzjonijiet ta' riakkwist u ta' retroriakkwist permezz tal-istess QCCP għandhom għalhekk jitħallew jiġu nnettjati. |
(7) |
It-tranżazzjonijiet ta' riakkwist li jistgħu jiġu terminati fi kwalunkwe jum soġġetti għal perjodu miftiehem ta' notifika ta' teħid lura għandhom jitqiesu ekwivalenti għal maturità espliċita li tkun daqs il-perjodu ta' notifika ta' teħid lura, u l-“istess data tas-saldu finali espliċita” għandha titqies issodisfata sabiex dawn it-tranżazzjonijiet ikunu eliġibbli għall-innettjar ta' flus riċevibbli u pagabbli ta' tranżazzjonijiet ta' riakkwist u tranżazzjonijiet ta' retroriakkwist mal-istess kontroparti. |
(8) |
Il-proporzjon ta' ingranaġġ rivedut għandu jwassal għal miżura aktar eżatta ta' ingranaġġ u għandu jservi bħala restrizzjoni proporzjonata fuq l-akkumulazzjoni ta' ingranaġġ f'istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni. |
(9) |
Rappurtar taż-żmien partikolari tal-proporzjon ta' ingranaġġ fi tmiem il-perjodu ta' rappurtar trimestrali minflok ir-rapportar fuq il-bażi ta' medja ta' tliet xhur jallinja aħjar il-proporzjon ta' ingranaġġ mar-rappurtar tas-solvenza. |
(10) |
L-użu ta' ammonti nozzjonali grossi għall-protezzjoni bil-miktub ta' kreditu maħruġ minn istituzzjoni jirrifletti b'mod aktar xieraq l-ingranaġġ meta mqabbel mal-użu tal-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq għal dawk l-istrumenti. |
(11) |
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni għall-kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ għandu jiġi allinjat mal-kamp ta' applikazzjoni regolatorju ta' konsolidazzjoni użat sabiex jiġu determinati l-proporzjonijiet ta' kapital ponderati għar-riskju. |
(12) |
Il-bidliet introdotti b'dan ir-Regolament għandhom iwasslu għal komparabilità aħjar tal-proporzjon ta' imgranaġġ divulgat minn istituzzjonijiet u għandhom jgħinu sabiex jiġi evitat li l-parteċipanti fis-suq jitqarrqu dwar l-ingranaġġ reali tal-istituzzjonijiet. Għaldaqstant jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun. |
(13) |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu għaldaqstant jiġi emendat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat hekk:
(1) |
L-Artikolu 429 jinbidel hekk: “Artikolu 429 Kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ 1. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-proporzjon ta' ingranaġġ tagħhom skont il-metodoloġija stabbilita fil-paragrafi 2 sa 13. 2. Il-proporzjon ta' ingranaġġ jiġi kkalkulat bħala l-miżura tal-kapital ta' istituzzjoni diviża bil-miżura tal-iskopertura totali ta' din l-istituzzjoni u jiġi espress bħala perċentwal. L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-proporzjon ta' ingranaġġ fid-data ta' referenza tar-rapportar. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżura tal-kapital tkun il-kapital tal-Grad 1. 4. Il-miżura tal-iskopertura totali tkun is-somma tal-valuri tal-iskopertura ta':
5. L-istituzzjonijiet jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-assi, esklużi l-kuntratti elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu, skont il-prinċipji li ġejjin:
6. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu mill-miżura tal-iskopertura stabbilita fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu l-ammonti mnaqqsa mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 36(1)(d). 7. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li istituzzjoni ma tinkludix l-iskoperturi li jistgħu jibbenefikaw mit-trattament stabbilit fl-Artikolu 113(6) fil-miżura tal-iskopertura. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu dan il-permess biss meta l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 113(6) ikunu ssodisfati u meta jkunu taw l-approvazzjoni stipulata fl-Artikolu 113(6). 8. B'deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-flus riċevibbli u pagabbli tat-tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tat-tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet, tat-tranżazzjonijiet ta' saldu twil u tat-tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini mal-istess kontroparti fuq bażi netta biss jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-mekkaniżmu tas-saldu jirriżulta f'ekwivalenti funzjonali ta' saldu nett jekk, fid-data tas-saldu, ir-riżultat nett tal-flussi ta' flus tat-tranżazzjonijiet skont dan il-mekkaniżmu jkun ugwali għal ammont nett uniku taħt saldu nett. 9. L-istituzzjonijiet jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti elenkati fl-Anness II u tad-derivattivi tal-kreditu inklużi dawk barra l-karta tal-bilanċ, skont l-Artikolu 429a. 10. L-istituzzjonijiet jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' entrati barra l-karta tal-bilanċ, esklużi l-kuntratti elenkati fl-Anness II, id-derivattivi tal-kreditu, it-tranżazzjonijiet ta' riakkwist, it-tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet, it-tranżazzjonijiet ta' saldu twil u t-tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini, skont l-Artikolu 111(1). Madankollu, l-istituzzjonijiet ma jnaqqsux il-valur nominali ta' dawk l-oġġetti b'aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu. Skont l-Artikolu 166(9), meta impenn ikun jirreferi għall-estensjoni ta' impenn ieħor, għandu jintuża l-iżgħar miż-żewġ fatturi ta' konverżjoni assoċjat mal-impenn individwali. Il-valur tal-iskopertura ta' entrati b'riskju baxx barra l-karta tal-bilanċ imsemmijin fl-Artikolu 111(1)(d) ikun soġġett għal minimu ta' 10 % tal-valur nominali tagħhom. 11. Istituzzjoni li hija membru tal-ikklerjar ta' QCCP tista' teskludi l-iskoperturi ta' negozju ta' dawn l-oġġetti mill-kalkolu tal-miżura tal-iskopertura, bil-kundizzjoni li dawn l-iskoperturi ta' negozju jiġu kklerjati ma' dak il-QCCP u jissodisfaw, fl-istess ħin, il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 306(1)(c):
12. Meta istituzzjoni li tkun membru tal-ikklerjar ta' QCCP tiggarantixxi lil QCCP il-prestazzjoni ta' klijent li jidħol direttament fi tranżazzjonijiet derivattivi mal-QCCP, hija tinkludi l-iskopertura li tirriżulta mill-garanzija bħala skopertura derivattiva lill-klijent skont l-Artikolu 429a fil-miżura tal-iskopertura. 13. Meta l-prinċipji tal-kontabbiltà nazzjonali aċċettati b'mod ġenerali jirrikonoxxu assi fiduċjarji fuq il-karta tal-bilanċ, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 86/635/KEE, dawk l-assi jistgħu jiġu esklużi mill-miżura tal-proporzjon ta' ingranaġġ tal-iskopertura totali sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji ta' nonrikonoxximent stipulati fl-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 39, kif applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, u, fejn applikabbli, il-kriterji għan-nuqqas ta' konsolidazzjoni stipulati fl-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 10, kif applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002. 14. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li istituzzjoni teskludi skoperturi mill-miżura ta' skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(2) |
Jiddaħħlu dawn l-Artikoli 429a u 429b: “Artikolu 429a Valur tal-iskopertura tad-derivattivi 1. L-istituzzjonijiet jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti elenkati fl-Anness II u tad-derivattivi ta' kreditu, inklużi dawk barra l-karta tal-bilanċ, skont il-metodu stabbilit fl-Artikolu 274. L-istituzzjonijiet japplikaw l-Artikolu 299(2)(a) għad-determinazzjoni tal-iskopertura ta' kreditu futur potenzjali għad-derivattivi tal-kreditu. Meta tiġi determinata l-iskopertura għall-kreditu futur potenzjali tad-derivattivi tal-kreditu, l-istituzzjonijiet japplikaw il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 299(2)(a) għad-derivattivi tal-kreditu kollha tagħhom, mhux biss dawk assenjati għall-portafoll tan-negozjar. Fid-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura, l-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu kont tal-effetti tal-kuntratti għan-novazzjoni u ftehimiet oħra ta' netting skont l-Artikolu 295. In-netting bejn il-prodotti (Cross-Product Netting) ma japplikax. Madankollu, l-istituzzjonijiet jistgħu jinnettjaw fi ħdan il-kategorija ta' prodott imsemmija fil-punt (25) (c) tal-Artikolu 272 u d-derivattivi tal-kreditu meta jkunu soġġetti għal ftehim kuntrattwali ta' netting bejn il-prodotti msemmi fl-Artikolu 295(c). 2. Meta d-dispożizzjoni ta' kollateral relatat ma' kuntratti tad-derivattivi tnaqqas l-ammont ta' assi skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, l-istituzzjonijiet ireġġgħu lura dan it-tnaqqis. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-marġini ta' varjazzjoni riċevuti fi flus kontanti mill-kontroparti mill-porzjon tal-kost tas-sostituzzjoni attwali tal-valur tal-iskopertura safejn, skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, il-marġini ta' varjazzjoni ma jkunx diġà ġie rikonoxxut bħala tnaqqis tal-valur tal-iskopertura u meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, meta l-kuntratt tad-derivattivi jkun soġġett għal ftehim prinċipali ta' netting kwalifikanti, il-munita tas-saldu tfisser kull munita ta' saldu speċifikata fil-kuntratt tad-derivattivi, il-ftehim prinċipali ta' netting kwalifikanti li jirregola jew l-anness ta' appoġġ ta' kreditu għall-ftehim prinċipali ta' netting kwalifikanti. Meta skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli istituzzjoni tirrikonoxxi l-marġini ta' varjazzjoni mħallsa fi flus kontani lill-kontroparti bħala ass riċevibbli, hija tista' teskludi lil dak l-assi mill-miżura tal-iskopertura sakemm il-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (e) jkunu ssodisfati. 4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, japplika dan li ġej:
5. Barra mit-trattament stabbilit fil-paragrafu 1, għad-derivattivi ta' kreditu bil-miktub l-istituzzjonijiet jinkludu, fil-valur tal-iskopertura, l-ammonti nozzjonali effettivi rreferenzjati mid-derivattivi ta' kreditu bil-miktub imnaqqsa bi kwalunkwe bidla negattiva ta' valur ġust li ġiet inkorporata fil-kapital tal-Grad 1 fir-rigward tad-derivattivi tal-kreditu bil-miktub. Il-valur tal-iskopertura li tirriżulta tista' titnaqqas iżjed bl-ammont nozzjonali effettiv ta' derivattivi tal-kreditu mixtrija fuq l-istess isem ta' referenza sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
Meta l-ammont nozzjonali ta' derivattivi ta' kreditu bil-miktub ma jitnaqqasx b'ammont nozzjonali ta' derivattivi ta' kreditu mixtrija, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-iskopertura futura potenzjali individwali ta' dik id-derivattiva ta' kreditu bil-miktub mill-iskopertura futura potenzjali totali ddeterminata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, flimkien mal-Artikolu 274(2) jew l-Artikolu 299(2)(a) kif applikabbli. F'każ li l-iskopertura ta' kreditu futura potenzjali tiġi ddeterminata flimkien mal-Artikolu 298(1)(c)(ii), il-PCEgross jista' jitnaqqas mill-iskopertura futura potenzjali individwali ta' derivattivi ta' kreditu bil-miktub bl-ebda aġġustament tal-NGR. 6. L-istituzzjonijiet ma jnaqqsux l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu bil-miktub meta dawn jixtru protezzjoni ta' kreditu permezz ta' swap tar-redditu totali u jirreġistraw il-pagamenti netti riċevuti bħala introjtu nett, iżda ma jirreġistraw l-ebda deterjorazzjoni ta' tpaċija fil-valur tad-derivattiva ta' kreditu bil-miktub riflessa f'kapital tal-Grad 1. 7. F'każ ta' derivattivi ta' kreditu mixtrija fuq grupp ta' entitajiet referenzjarji, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu tnaqqis skont il-paragrafu 5 fuq derivattivi ta' kreditu bil-miktub fuq ismijiet ta' referenza individwali biss jekk il-protezzjoni mixtrija tkun ekwivalenti ekonomikament għax-xiri tal-protezzjoni separatament fuq kull isem individwali fil-grupp. Jekk istituzzjoni tixtri derivattiva ta' kreditu fuq grupp ta' ismijiet ta' referenza, hija tista' tirrikonoxxi biss tnaqqis fuq grupp ta' derivattivi ta' kreditu bil-miktub meta l-grupp ta' entitajiet referenzjarji u l-livell ta' subordinazzjoni fiż-żewġ tranżazzjonijiet jkunu identiċi. 8. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 275 sabiex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti elenkati fil-punti 1 u 2 tal-Anness II biss jekk dawn jużaw ukoll dak il-metodu sabiex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk il-kuntratti bl-iskop li jintlaħqu r-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92. Meta l-istituzzjonijiet japplikaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 275, huma ma jnaqqsux il-miżura tal-iskopertura mill-ammont tal-marġini ta' varjazzjoni riċevut fi flus kontanti. Artikolu 429b Żieda ta' riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal tanżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' komoditajiet, tranżazzjonijiet ta' saldu twil u tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini 1. Barra mill-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' komoditajiet, tranżazzjonijiet ta' saldu twil u tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini inklużi dawk barra l-karta tal-bilanċ skont l-Artikolu 429(5), l-istituzzjonijiet jinkludu żieda fil-miżura tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti ddeterminata skont il-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li ma jkunux soġġetti għal ftehim prinċipali ta' netting li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 206, iż-żieda (Ei*) tkun iddeterminata fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni skont din il-formula:
meta:
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li jkunu soġġetti għal ftehim prinċipali ta' netting li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 206, iż-żieda għal dawk it-tranżazzjonijiet (Ei*) tkun iddeterminata fuq bażi ta' ftehim bi ftehim skont din il-formula:
meta:
4. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 222, soġġett għal minimu ta' 20 % bil-piż tar-riskju applikabbli, biex jiddeterminaw ż-żieda fuq it-tranżazzjonijiet ta' riakkwist, it-tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' komoditajiet, it-tranżazzjonijiet ta' saldu twil u t-tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini inklużi dawk barra l-karta tal-bilanċ. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw dan il-metodu biss meta huma wkoll jużawh sabiex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawn it-tranżazzjonijiet bl-iskop li jintlaħqu r-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92. 5. Meta tinkiseb il-kontabilità tal-bejgħ għal tranżazzjoni ta' riakkwist skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli tagħha, l-istituzzjoni treġġa' lura l-entrati ta' kontabbiltà kollha relatati mal-bejgħ. 6. Meta l-istituzzjoni taġixxi bħala aġent bejn żewġ partijiet fi tranżazzjonijiet ta' riakkwist, jew tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' komoditajiet, tranżazzjonijiet ta' saldu twil u tranżazzjonijiet mutwanti b'marġini inklużi dawk barra l-karta tal-bilanċ, japplikaw dawn li ġejjin:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, l-10 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO