15.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/27 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/52
tal-14 ta' Jannar 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 rigward l-Istat Membru relatur għas-sustanza attiva mekoprop-P
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 (2) jassenja l-evalwazzjoni ta' kull sustanza attiva lil Stat Membru relatur u lil Stat Membru korelatur. Fuq talba tal-applikant, u bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati jitqies li hemm ħtieġa li jinbidel l-Istat Membru relatur għall-mekoprop-P filwaqt li jinżamm il-bilanċ rigward id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u l-ħidma fost l-Istati Membri. L-evalwazzjoni għall-finijiet tal-proċeduri tat-tiġdid għall-mekoprop-P minn issa 'l quddiem għandhom jiġu assenjati lir-Renju Unit. |
(2) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 għandu jiġi emendat kif ġej: |
(3) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012, l-entrata għas-sustanza attiva mekoprop-P tinbidel b'dan li ġej:
Sustanza attiva |
Stat Membru Relatur |
Stat Membru korelatur |
“Mekoprop-P |
UK |
IE” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Jannar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 tas-26 ta' Lulju 2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta' tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi sal-31 ta' Diċembru 2018 l-aktar tard (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 5).