15.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/47
tal-14 ta' Jannar 2015
dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 21564) bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional products Ltd., rappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. Z.o.o)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 21564). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikularitajiet u d-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 21564) bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib, li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-15 ta' Ġunju 2012 (2) u d-9 ta' Ottubru 2013 (3) li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta minn Bacillus licheniformis (DSM 21564) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Barra minn hekk, l-Awtorità nnutat li tul l-ewwel nofs tal-perjodu tat-treddigħ, l-addittiv żied b'mod sinifikanti r-rendiment tal-ħalib. Hija kkunsidrat li din il-konklużjoni ma tistax, madankollu, tiġi magħmula għall-perjodu kollu tat-treddigħ. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 21564) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Jannar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2013; 11(10):3434.
(3) EFSA Journal 2012; 10(7):2777.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||
Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità. |
|||||||||||||||||||
4a21 |
DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o |
alfa-amilażi EC 3.2.1.1 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' alfa-amilażi prodotta mill-Bacillus licheniformis (DSM 21564) li għandha attività minima ta':
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva alfa-amilażi EC 3.2.1.1 prodott mill-Bacillus licheniformis (DSM 21564). Metodu analitiku (2) Id-determinazzjoni tal-alfa-amilażi: Il-metodu kolorimetriku bbażat fuq il-kwantifikazzjoni ta-frammenti mogħtija ż-żebgħa prodotti bl-azzjoni tal-alfa-amilażi fuq subtrati tal-lamtu aħmar. |
Baqar tal-ħalib |
— |
300 KNU |
— |
|
l-4 ta' Frar 2025 |
(1) 1 KNU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 6 mikromoli p-nitrofenol, 1,86 mM etiliden-G7-p-nitrofenil-maltoeptasidf'pH 7,0 u 37 °C.
(2) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.