|
6.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 2/8 |
Rettifika tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 12 tas-17 ta’ Jannar 2015 )
F’paġna 274, fl-Anness XVII, fit-Taqsima C (Metodu tar-Riskju ta’ Riżerva 1), fil-paragrafu 2, il-punt(e)(ii),
minflok:
“il-varjanza tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(a) f’segment u sena finanzjarja partikulari tkun kwadratika fid-dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti f’segment u sena finanzjarja partikulari;”,
aqra:
“il-varjanza tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(a) f’segment u sena finanzjarja partikulari tkun kwadratika fl-aħjar stima tad-dispożizzjoni għal pretensjonijiet pendenti f’segment u sena finanzjarja partikulari;”.