|
9.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/28
tas-17 ta' Diċembru 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 2, 3 u 8 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 16, 24 u 38
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008. |
|
(2) |
Fit-12 ta' Diċembru 2013, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) ippubblika l-“Annual Improvements to International Financial Reporting Standards 2010-2012 Cycle” (it-titjib annwali), fil-qafas tal-proċess tat-titjib regolari tiegħu li għandu l-għan li jirrazzjonalizza u jiċċara l-istandards. L-għan tat-titjib annwali huwa li jiġu indirizzati kwistjonijiet mhux urġenti, iżda neċessarji, diskussi mill-IASB waqt iċ-ċiklu tal-proġett li beda fl-2010 f'oqsma ta' inkonsistenza fl-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju jew fejn tkun meħtieġa kjarifika tat-test. L-emendi fl-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 8 u fl-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 16, 24 u 38 huma kjarifiki jew korrezzjonijiet tal-istandards rispettivi. L-emendi fl-IFRS 2 u fl-IFRS 3, jinvolvu tibdiliet fir-rekwiżiti eżistenti jew gwida addizzjonali għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti. |
|
(3) |
L-emendi fl-IFRS 3 jimplikaw, bħala konsegwenza emendi fl-IAS Nru 37 u IAS Nru 39 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. |
|
(4) |
Dawk l-emendi fl-istandards eżistenti fihom xi referenzi għall-IFRS 9, li fil-preżent ma jistax jiġi applikat peress li l-IFRS 9 ma ġiex adottat mill-Unjoni. Għalhekk kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tinqra bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: rikonoxximent u kejl. |
|
(5) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta' Esperti tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rapportar Finanzjarju tikkonferma li t-titjib jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
L-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-azzjonijiet huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
|
(b) |
L-IFRS 3 Kombinamenti ta' Negozji huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
|
(c) |
L-IFRS 8 Segmenti operatorji huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
|
(d) |
L-IAS 16 Proprjetà, impjant u tagħmir huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
|
(e) |
L-IAS 24 Divulgazzjonijiet dwar partijiet relatati huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
|
(f) |
L-IAS 38 Assi intanġibbli huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
|
(g) |
L-IAS 37 Provvedimenti, obbligazzjonijiet kontinġenti u assi kontinġenti u 39 Strumenti finanzjarji: rikonoxximent u kejl huma emendati skont l-emendi fl-IFRS 3 kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
2. Kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament tinqra bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: rikonoxximent u kejl.
Artikolu 2
Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1(1), mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda mill-1 ta’ Frar 2015 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1)
ANNESS
Titjib Annwali għall-IFRSs Ċiklu 2010-2012 (1)
Emenda għall-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma
Il-paragrafi 15 u 19 ġew emendati u żdied il-paragrafu 63B.
Tranżazzjonijiet li fihom jiġu rċevuti servizzi
…
|
15 |
Jekk l-istrumenti azzjonarji mogħtija ma jsirux vestiti sakemm il-kontroparti tlesti perjodu speċifikat ta' servizz, l-entità għandha tippreżumi li s-servizzi li jridu jitwettqu mill-kontroparti bħala korrispettiv għal dawk l-istrumenti azzjonarji se jiġu rċevuti fil-futur, matul il-perjodu tal-vestiment. L-entità għandha tikkontabilizza dawk is-servizzi hekk kif jiġu mwettqa mill-parti l-oħra matul il-perjodu tal-vestiment, b'żieda korrispondenti fl-ekwità. Pereżempju:
|
Trattament ta' kundizzjonijiet tal-vestiment
|
19 |
Għotja ta' strumenti azzjonarji tista' ssir fuq kundizzjoni li tissodisfa kundizzjonijiet speċifiċi tal-vestiment. Pereżempju, għotja ta' ishma jew opzjonijiet fuq l-ishma lil impjegat tipikament issir fuq kundizzjoni li l-impjegat jibqa' fl-impjieg mal-entità għal perjodu speċifiku ta' żmien. Jista' jkun hemm kundizzjonijiet ta' prestazzjoni li jridu jiġu ssodisfati, bħal pereżempju li l-entità tikseb tkabbir speċifiku fil-profitt jew żieda speċifika fil-prezz tal-ishma tal-entità. Kundizzjonijiet ta' vestiment, ħlief il-kundizzjonijiet tas-suq, m'għandhomx jitqiesu meta jiġi stmat il-valur ġust tal-ishma jew tal-opzjonijiet fuq l-ishma fid-data tal-kejl. Minflok, il-kundizzjonijiet tal-vestiment għandhom jiġu kkunsidrati billi jiġi aġġustat in-numru ta' strumenti azzjonarji inkluż fil-kejl tal-ammont tat-tranżazzjoni biex, finalment, l-ammont rikonoxxut għal oġġetti jew servizzi rċevuti bħala korrispettiv għall-istrumenti azzjonarji mogħtija jkun ibbażat fuq in-numru ta' strumenti azzjonarji li eventwalment jiġu vestiti. Għalhekk, fuq bażi kumulattiva, l-ebda ammont mhu rikonoxxut għal oġġetti jew servizzi rċevuti jekk l-istrumenti azzjonarji mogħtija ma jiġux vestiti minħabba n-nuqqas li tiġi ssodisfata kundizzjoni ta' vestiment, eż. il-kontroparti tonqos milli ttemm perjodu speċifikat ta' servizz, jew kundizzjoni ta' prestazzjoni ma tiġix issodisfata, suġġett għar-rekwiżiti tal-paragrafu 21.
… |
DATA EFFETTIVA
…
|
63 B |
Titjib Annwali għaċ-Ċiklu tal-IFRSs 2010-2012, maħruġ f'Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 15 u 19. Fl-Appendiċi A, id-definizzjonijiet ta'“kundizzjonijiet tal-vestiment” u “kundizzjonijiet tas-suq” ġew emendati u żdiedu d-definizzjonijiet ta' “kundizzjoni ta' prestazzjoni” u “kundizzjoni tas-servizz”. Entità għandha tapplika prospettivament dik l-emenda għal tranżazzjonijiet ta' pagamenti bbażati fuq l-ishma li d-data tal-għotja għaliha hija l-1 ta' Lulju 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
Fl-Appendiċi A, id-definizzjonijiet ta'“kundizzjoni tas-suq” u “kundizzjonijiet tal-vestiment” huma emendati u huma miżjuda d-definizzjonijiet ta' “kundizzjoni ta' prestazzjoni” u “kundizzjoni tas-servizz”.
Appendiċi A
Termini definiti
Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS.
|
… |
|
||||||||||||
|
kundizzjoni tas-suq |
Kundizzjoni ta' prestazzjoni li l-prezz ta' eżerċizzju, vestiment jew eżerċitibilità ta' strument azzjonarju jiddependi minnu u li huwa relatat mal-prezz tas-suq (jew il-valur) tal-istrumenti azzjonarji ta' entità (jew l-istrumenti azzjonarji ta' entità oħra tal-istess grupp), bħal:
Kundizzjoni tas-suq teħtieġ li l-kontroparti tlesti perjodu speċifikat ta' servizz (jiġifieri kundizzjoni ta' servizz); ir-rekwiżit tas-servizz jista' jkun espliċitu jew impliċitu. |
||||||||||||
|
… |
|
||||||||||||
|
kundizzjoni tal-prestazzjoni |
Kundizzjoni ta' vestiment li titlob li:
Il-perjodu ta' ksib tal-mira/i tal-prestazzjoni:
Mira tal-prestazzjoni hija definita b'referenza għal:
Mira ta' prestazzjoni tista' tirrelata jew mal-prestazzjoni tal-entità bħala waħda sħiħa jew għal xi parti mill-entità (jew parti mill-grupp), bħal diviżjoni jew impjegat individwali. |
||||||||||||
|
… |
|
||||||||||||
|
kundizzjoni tas-servizz |
Kundizzjoni tal-vestiment li teħtieġ li l-kontroparti tlesti perjodu speċifikat ta' servizz li matulu jitwettqu servizzi għall-entità. Jekk il-kontroparti, irrispettivament mir-raġuni, tieqaf tipprovdi servizz matul il-perjodu tal-vestiment, hija tkun naqset milli tissodisfa l-kundizzjoni. Kundizzjoni ta' servizz ma tirrikjedix li tintlaħaq mira tal-prestazzjoni. |
||||||||||||
|
… |
|
||||||||||||
|
kundizzjonijiet tal-vestiment |
Kundizzjoni li tiddetermina jekk l-entità tirċevix servizzi li jintitolaw il-kontroparti biex tirċievi flus kontanti, assi oħrajn jew strumenti azzjonarji tal-entità, taħt arranġament ta' ħlas ibbażat fuq l-ishma. Kundizzjoni ta' vestiment hija jew kundizzjoni ta' servizz jew kundizzjoni ta' prestazzjoni. |
Emenda għal IFRS 3 Kombinamenti ta' Operazzjonijiet
Il-paragrafi 40 u 58 huma emendati u huma miżjuda l-paragrafi 641 u l-paragrafu 67A u l-intestatura relatata tiegħu.
Korrispettiv kontinġenti
…
|
40 |
L-akkwirent għandu jikklassifika obbligazzjoni biex jitħallas korrispettiv kontinġenti li jissodisfa d-definizzjoni ta' strument finanzjarju bħala obbligazzjoni finanzjarja jew bħala ekwità fuq il-bażi tad-definizzjonijiet ta' strument azzjonarju u ta' obbligazzjoni finanzjarja fil-paragrafu 11 tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni. L-akkwirent għandu jikklassifika bħala assi d-dritt għar-ritorn ta' ħlas ittrasferit qabel jekk ċerti kundizzjonijiet speċifikati jiġu ssodisfati. Il-paragrafu 58 jagħti gwida dwar il-kontabilità sussegwenti għal korrispettiv kontinġenti.
… |
Korrispettiv kontinġenti
|
58 |
Xi bidliet fil-valur ġust tal-korrispettiv kontinġenti li l-akkwirent jirrikonoxxi wara d-data tal-akkwiżizzjoni jistgħu jkunu r-riżultat ta' informazzjoni addizzjonali li l-akkwirent ikun kiseb wara dik id-data dwar fatti u ċirkostanzi li kienu jeżistu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Dawk il-bidliet huma aġġustamenti tal-perjodu tal-kejl skont il-paragrafi 45–49. Madankollu, bidliet li jirriżultaw minn avvenimenti wara d-data tal-akkwiżizzjoni, bħall-ilħuq ta' mira dwar qligħ, l-ilħuq ta' prezz speċifikat tal-ishma jew l-ilħuq ta' pass importanti fi proġett ta' riċerka u żvilupp, mhumiex aġġustamenti tal-perjodu tal-kejl. L-akkwirent għandu jikkontabilizza l-bidliet fil-valur ġust ta' korrispettiv kontinġenti li ma jkunux aġġustamenti tal-perjodu tal-kejl skont kif ġej:
… |
Data effettiva
…
|
64I |
Titjib Annwali għaċ-Ċiklu tal-IFRSs 2010-2012, maħruġ f'Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 40 u 58 u żied il-paragrafu 67A u l-intestatura relatata tiegħu. Entità għandha tapplika dik l-emenda prospettivament għal kombinament ta' operazzjonijiet li d-data tal-akkwiżizzjoni tiegħu hija l-1 ta' Lulju 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Entità tista' tapplika l-emenda iktar kmieni sakemm l-IFRS 9 u l-IAS 37 (it-tnejn li huma kif emendati mit-Titjib Annwali għaċ-Ciklu tal-IFRSs 2010-2012) ikunu ġew applikati. Jekk entità tapplika dik l-emenda aktar kmieni, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.
… |
REFERENZA GĦALL-LFRS 9
|
67 A |
Jekk entità tapplika dan l-Istandard iżda għadha ma tapplikax l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinftiehem bħala referenza għall-IAS 39. |
Emendi konsekwenzjali għal IFRSs oħrajn li jirriżultaw mill-emenda għall-IFRS 3
Emenda għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji (maħruġa f'Novembru 2009)
Il-paragrafu 5.4.4 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 8.1.4.
Investimenti fi strumenti azzjonarji
|
5.4.4 |
Mar-rikonoxximent inizjali, entità tista' tagħmel elezzjoni irrevokabbli biex tippreżenta f'bidliet sussegwenti oħrajn għad-dħul komprensiv fil-valur ġust ta' investiment fi strument azzjonarju fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan IFRS u li ma jinżammx għan-negozjar u lanqas mhu korrispettiv kontinġenti ta' akkwirent f'kombinament ta' operazzjonijiet li l-IFRS 3 Kombinamenti ta' Operazzjonijiet japplika għalih.
… |
8.1 DATA EFFETTIVA
…
|
8.1.4 |
Titjib Annwali għaċ-Ċiklu tal-IFRSs 2010-2012, maħruġ f'Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 5.4.4 bħala emenda konsegwenzjali derivata mill-emenda għall-IFRS 3. Entità tapplika dik l-emenda prospettivament għall-kombinamenti ta' operazzjonijiet li l-emenda għall-IFRS 3 tapplika għaliha. |
Emenda għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji (maħruġa f'Ottubru 2010)
Il-paragrafi 4.2.1 u 5.7.5 huma emendati u jiżdied il-paragrafu 7.1.4.
4.2 Klassifikazzjoni ta' obbligazzjonijiet finanzjarji
|
4.2.1 |
Entità għandha tikklassifika l-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha bħala mkejla sussegwentement b'kost amortizzat bl-użu ta' metodu tal-imgħax effettiv, ħlief għal:
… |
Investimenti fi strumenti azzjonarji
|
5.7.5 |
Mar-rikonoxximent inizjali, entità tista' tagħmel elezzjoni irrevokabbli biex tippreżenta f'bidliet sussegwenti oħrajn għad-dħul komprensiv fil-valur ġust ta' investiment fi strument azzjonarju fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan IFRS u li ma jinżammx għan-negozjar u lanqas mhu korrispettiv kontinġenti ta' akkwirent f'kombinament ta' operazzjonijiet li l-IFRS 3 japplika għalih.
… |
7.1 DATA EFFETTIVA
…
|
7.1.4 |
Titjib Annwali għaċ-Ċiklu tal-IFRSs 2010-2012, maħruġ f'Diċembru 2013, emenda l-paragrafi 4.2.1 u 5.7.5 bħala emenda konsegwenzjali derivata mill-emenda għall-IFRS 3. Entità tapplika dik l-emenda prospettivament għall-kombinamenti ta' operazzjonijiet li l-emenda għall-IFRS 3 tapplika għaliha. |
Emenda għal IAS 37 Dispożizzjonijiet, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti
Il-paragrafu 5 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 99
KAMP TA' APPLIKAZZJONI
…
|
5 |
Meta Standard ieħor jittratta tip speċifiku ta' provvediment, obbligazzjoni kontinġenti jew assi kontinġenti, entità tapplika dak l-Istandard minflok dan l-Istandard. Pereżempju, xi tipi ta' provvedimenti huma indirizzati fl-Istandards dwar:
… |
DATA EFFETTIVA
…
|
99 |
Titjib Annwali għaċ-Ċiklu tal-IFRSs 2010-2012, maħruġ f'Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 5 bħala emenda konsegwenzjali derivata mill-emenda għall-IFRS 3. Entità tapplika dik l-emenda prospettivament għall-kombinamenti ta' operazzjonijiet li l-emenda għall-IFRS 3 tapplika għaliha. |
Emenda għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl (2)
Il-paragrafu 9 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 108F.
Definizzjonijiet
…
|
9 |
It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:
… |
Definizzjonijiet ta' erba' kategoriji ta' strumenti finanzjarji
Assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja b'valur ġust mgħoddi bħala profitt jew telf huwa assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li jissodisfa waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin.
|
(a) |
… |
|
(aa) |
Huwa korrispettiv kontinġenti f'kombinament ta' operazzjonijiet li l-IFRS 3 Kombinamenti ta' Operazzjonijiet japplika għalih. |
|
(b) |
… |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
…
|
108F |
Titjib Annwali għaċ-Ċiklu tal-IFRSs 2010-2012, maħruġ f'Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 9 bħala emenda konsegwenzjali derivata mill-emenda għall-IFRS 3. Entità tapplika dik l-emenda prospettivament għall-kombinamenti ta' operazzjonijiet li l-emenda għall-IFRS 3 tapplika għaliha. |
Emendi għal IFRS 8 Segmenti Operatorji
Il-paragrafi 22 u 28 huma emendati u jiżdied il-paragrafu 36C.
Informazzjoni ġenerali
|
22 |
Entità għandha tiżvela l-informazzjoni ġenerali li ġejja:
… |
Rikonċiljazzjonijiet
|
28 |
Entità għandha tipprovdi rikonċiljazzjonijiet għal dan kollu li ġej:
|
TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA
…
|
36C |
Titjib Annwali għaċ-Ċiklu tal-IFRSs 2010-2012, maħruġ f'Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 22 u 28. Entità tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Lulju 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dawk l-emendi għal perjodu aktar kmieni, hija għandha tiżvela dak il-fatt. |
Emenda għal IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir
Il-paragrafu 35 huwa emendat u jiżdiedu l-paragrafi 80A u 81H.
Mudell ta' rivalutazzjoni
…
|
35 |
Meta partita ta' proprjetà, impjant u tagħmir tkun rivalutata, l-ammont riportat ta' dak l-assi jkun aġġustat għall-ammont rivalutat. Fid-data tar-rivalutazzjoni, l-assi jkun ittrattat b'wieħed minn dawn il-modi:
L-ammont tal-aġġustament tad-deprezzament akkumulat jagħmel parti miż-żieda jew tnaqqis fl-ammont riportat li jitqies skont il-paragrafi 39 u 40. … |
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
…
|
80 A |
Il-paragrafu 35 huwa emendat mit-Titjib Annwali għaċ-Ciklu tal-IFRSs 2010-2012. Entità għandha tapplika dik l-emenda għar-rivalutazzjonijiet kollha rikonoxxuti f'perjodi annwali li jibdew fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta' dik l-emenda jew wara u fil-perjodu annwali li jippreċedih immedjatament. Entità tista' wkoll tippreżenta informazzjoni komparattiva għal kwalunkwe perjodu preċedenti ppreżentat, iżda mhix meħtieġa tagħmel hekk. Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti, hija għandha tidentifika b'mod ċar l-informazzjoni li ma ġietx aġġustata, tiddikjara li kienet ippreżentata fuq bażi differenti, u tispjega dik il-bażi. |
DATA EFFETTIVA
…
|
81H |
Titjib Annwali għaċ-Ċiklu tal-IFRSs 2010-2012, maħruġ f'Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 35 u żied il-paragrafu 80A. Entità tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Lulju 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
Emenda għal IAS 24 Divulgazzjonijiet dwar Partiiet Relatati
Il-paragrafu 9 huwa emendat u jiżdiedu l-paragrafi 17A, 18A u 28C.
DEFINIZZJONIJIET
|
9 |
It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:
Parti relatata hija persuna jew entità li tkun relatata mal-entità li tħejjilha r-rapporti finanzjarji tagħha (f'dan l-Istandard imsejħa l-“entità li tirrapporta”).
… |
L-entitajiet kollha
…
|
17 A |
Jekk entità tikseb servizzi ta' persunal prinċipali tal-maniġment minn entità oħra (l-“entità ta' maniġment”), l-entità ma tkunx meħtieġa tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafu 17 għall-kumpens imħallas jew pagabbli mill-entità ta' maniġment lill-impjegati jew diretturi tal-entità ta' maniġment. |
|
18 |
… |
|
18 A |
Ammonti mġarrba mill-entità għall-provvediment ta' servizzi ta' persunal prinċipali tal-maniġment li jkunu pprovduti minn entità ta' maniġment separata għandhom ikunu divulgati.
… |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
…
|
28C |
Titjib Annwali għaċ-Ċiklu tal-IFRSs 2010-2012, maħruġ f'Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 9 u żied il-paragrafi 17A u 18A. Entità tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Lulju 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
Emenda għal IAS 38 Assi Intanġibbli
Il-paragrafu 80 huwa emendat u jiżdiedu l-paragrafi 130H–130I.
Mudell ta' rivalutazzjoni
…
|
80 |
Meta assi intanġibbli tkun rivalutata, l-ammont riportat ta' dak l-assi jkun aġġustat għall-ammont rivalutat. Fid-data tar-rivalutazzjoni, l-assi jkun ittrattat b'wieħed minn dawn il-modi:
L-ammont tal-aġġustament tal-amortizzament akkumulat jagħmel parti miż-żieda jew tnaqqis fl-ammont riportat li jitqies skont il-paragrafi 85 u 86. … |
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U DATA EFFETTIVA
…
|
130H |
Titjib Annwali għaċ-Ċiklu tal-IFRSs 2010-2012, maħruġ f'Diċembru 2013, emenda l-paragrafu 80. Entità tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Lulju 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dik l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
|
130I |
Entità għandha tapplika dik l-emenda li tkun saret mit-Titjib Annwali għaċ-Ċiklu tal-IFRSs 2010-2012 għar-rivalutazzjonijiet kollha rikonoxxuti f'perjodi annwali li jibdew fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta' dik l-emenda jew wara u fil-perjodu annwali li jippreċedih immedjatament. Entità tista' wkoll tippreżenta informazzjoni komparattiva għal kwalunkwe perjodu preċedenti ppreżentat, iżda mhix meħtieġa tagħmel hekk. Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti, hija għandha tidentifika b'mod ċar l-informazzjoni li ma ġietx aġġustata, tiddikjara li kienet ippreżentata fuq bażi differenti, u tispjega dik il-bażi. |
(1) “Riproduzzjoni awtorizzata fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-IASB mis-sit http://www.ifrs.org”
(2) IFRS 9 Strumenti Finanzjarji (maħruġ f'Ottubru 2010) u IFRS 9 Strumenti Finanzjarji (Kontabilità għall-Iħħeġġjar u emendi għall-IFRS 9, IFRS 7 u IAS 39) (maħruġ f'Novembru 2013) ħassar id-Definizzjonijiet ta' erba' kategoriji ta' strumenti finanzjarji fil-paragrafu 9 tal-IAS 39.