25.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/68 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/653
tal-24 ta' April 2015
li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Il-kodiċijiet u s-subkodiċijiet stipulati fl-Anness I għad- Direttiva 2006/126/KE għandhom jiġu aġġornati fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, speċjalment fil-qasam tal-modifiki fil-vetturi u l-appoġġ tekniku għal sewwieqa b'diżabbiltà. |
(2) |
Sabiex iqisu l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda, il-kodiċijiet u s-subkodiċijiet għandhom ikunu orjentati lejn il-funzjoni li tkun. Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni amministrattiva xi kodiċijiet għandhom jitneħħew, jingħaqdu ma' kodiċijiet oħra jew jitqassru. |
(3) |
Biex jitnaqqas il-piż fuq is-sewwieqa b'diżabbiltà, għandu jkun possibbli fejn xieraq li dawk is-sewwieqa jsuqu vettura mingħajr adattament tekniku. Peress li t-teknoloġija moderna tal-vetturi tippermetti li s-sewwieqa joperaw ċerti vetturi regolari b'forza limitata, eż. għall-immanuvrar bl-istering jew l-ibbrejkjar, u sabiex tissaħħaħ il-flessibbiltà għas-sewwieqa filwaqt li jiġi żgurat it-tħaddim sikur tal-vettura, għandhom jiġu introdotti kodiċijiet li jippermettu s-sewqan tal-vetturi li huma kompatibbli mal-forza massima li s-sewwieq ikun jista' jipproduċi. |
(4) |
Ċerti kodiċijiet li bħalissa huma ristretti għal kundizzjonijiet mediċi jistgħu jkunu wkoll rilevanti għal finijiet oħrajn tas-sikurezza fit-toroq billi jillimitaw is-sitwazzjonijiet ta' riskju għoli, pereżempju fil-każ ta' sewwieqa prinċipjanti jew anzjani. B'hekk għandha tinħoloq ukoll taqsima għal dawn il-kodiċijiet dwar l-użu limitat. |
(5) |
Biex tiżdied is-sikurezza fit-toroq, diversi Stati Membri daħħlu jew qed jippjanaw programmi li jirrestrinġu lis-sewwieqa li jsuqu biss vetturi mgħammra b'interlock tal-alkoħol. Biex jiġu ffaċilitati l-iskjerament u l-aċċettazzjoni ta' tagħmir b'interlock tal-alkoħol u b'kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-istudju dwar il-prevenzjoni tas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb bl-użu ta' tagħmir b'interlock tal-alkoħol (2), għandhom jiġu introdotti kodiċijiet armonizzati għal dan l-iskop. |
(6) |
Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (3), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jerfgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. |
(7) |
Għaldaqstant id-Direttiva 2006/126/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-liċenzji tas-sewqan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 2006/126/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2017. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjoniet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18.
(2) Studju dwar il-prevenzjoni tas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb bl-użu ta' tagħmir tal-interlock tal-alkoħol, ara: http://ec.europa.eu/transport/road_safety/pdf/behavior/study_alcohol_interlock.pdf
(3) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
ANNESS
Fl-Anness I, Taqsima 3 tad-Direttiva 2006/126/KE li jikkonċerna l-paġna 2 tal-liċenzja tas-sewqan, il-punt (a), il-punt (12) jinbidel b'dan li ġej:
“12. |
informazzjoni/restrizzjoni(jiet) addizzjonali, f'forma ta' kodiċi, quddiem il-kategorija konċernata. |
Il-kodiċijiet għandhom ikunu kif ġej:
— kodiċijiet minn 01 sa 99: kodiċijiet armonizzati tal-Unjoni Ewropea
IS-SEWWIEQ (Raġunijiet mediċi)
01. Korrezzjoni u/jew protezzjoni tal-vista
01.01. Nuċċali
01.02. Lenti(jiet) tal-kuntatt
01.05. Għata tal-għajnejn
01.06. Nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt
01.07. Għajnuna ottika speċifika
02. Għajnuna tas-smigħ/tal-komunikazzjoni
03. Prosteżi/ortożi tar-riġlejn u d-dirgħajn
03.01. Prosteżi/ortożi tad-dirgħajn
03.02. Prosteżi/ortożi tar-riġlejn
MODIFIKI FIL-VETTURA
10. Trażmissjoni modifikata
10.02. Għażla awtomatika tal-proporzjon tal-ingranaġġ
10.04. Tagħmir adattat għall-kontroll ta' trażmissjoni
15. Klaċċ modifikat
15.01. Pedala tal-klaċċ aġġustata
15.02. Klaċċ imħaddem bl-idejn
15.03. Klaċċ awtomatiku
15.04. Miżura li tevita l-ostruzzjoni jew l-attwazzjoni tal-pedala tal-klaċċ
20. Sistemi tal-brejkijiet modifikati
20.01. Pedala tal-brejk adattata
20.03. Pedala tal-brejk adattata sabiex tintuża bis-sieq ix-xellugija
20.04. Pedala tal-brejk li tiżżerżaq
20.05. Pedala tal-brejk inklinata
20.06. Brejk imħaddem bl-idejn
20.07. Tħaddim tal-brejk b'forza massima ta' … N (*) (pereżempju: ‘20.07(300N)’)
20.09. Brejk tal-ipparkjar adattat
20.12. Miżura li tevita l-ostruzzjoni jew l-attwazzjoni tal-pedala tal-brejk
20.13. Brejk imħaddem bl-irkoppa
20.14. Sistema tat-tħaddim tal-brejkijiet appoġġjata minn forza esterna
25. Sistema tal-aċċellerazzjoni modifikata
25.01. Pedala tal-aċċellerazzjoni adattata
25.03. Pedala tal-aċċellerazzjoni inklinata
25.04. Aċċelleratur imħaddem bl-idejn
25.05. Aċċelleratur imħaddem bl-irkoppa
25.06. Sistema tat-tħaddim tal-aċċellerazzjoni appoġġjata minn forza esterna
25.08. Il-pedala tal-aċċelleratur fuq ix-xellug
25.09. Miżura li tevita l-ostruzzjoni jew l-attwazzjoni tal-pedala tal-aċċelarazzjoni
31. Adattamenti tal-pedali u salvagwardji tal-pedali
31.01. Sett addizzjonali ta' pedali paralleli
31.02. Pedali fl-istess livell (jew kważi)
31.03. Miżura li tevita l-ostruzzjoni jew l-attwazzjoni tal-pedali tal-aċċellerazzjoni u tal-brejk meta dawn il-pedali ma jitħaddmux bis-saqajn
31.04. Qiegħ merfugħ
32. Sistemi kombinati tal-aċċelleratur u tal-brejk ta' servizz
32.01. Aċċelleratur u brejk ta' servizz bħala sistema kombinata li titħaddem b'id waħda
32.02. Aċċelleratur u brejk ta' servizz bħala sistema kombinata li titħaddem b'forza esterna
33. Sistemi kombinati tal-istering, l-aċċelleratur u l-brejk ta' servizz
33.01. Tħaddim tal-istering, tal-aċċelleratur u tal-brejk ta' servizz bħala operazzjoni ta' sistema kombinata b'forza esterna permezz ta' id waħda
33.02. Tħaddim tal-istering, tal-aċċelleratur u tal-brejk ta' servizz bħala operazzjoni ta' sistema kombinata b'forza esterna permezz taż-żewġ idejn
35. Formati tal-kontroll immodifikati (Is-swiċċijiet tad-dawl, il-wajper u l-woxer tal-windskrin, il-ħorn, l-indikaturi tad-direzzjoni, eċċ.)
35.02. Apparati tal-kontroll operabbli mingħajr ma wieħed jitlaq minn idejh l-apparat tal-istering
35.03. Apparati tal-kontroll operabbli bl-id ix-xellugija mingħajr ma wieħed jerħi minn idejh l-apparat tal-istering
35.04. Apparati tal-kontroll operabbli bl-id il-leminija mingħajr ma wieħed jerħi minn idejh l-apparat tal-istering
35.05. Apparati tal-kontroll operabbli mingħajr ma wieħed jerħi minn idejh l-apparat tal-istering u l-mekkaniżmi tal-aċċellerazzjoni u l-ibbrejkjar
40. Stering modifikat
40.01. Stering b'forza massima tat-tħaddim ta' … N (*) (pereżempju ‘40.01(140N)’)
40.05. Rota tal-istering adattata (rota tal-istering akbar/eħxen, rota tal-istering b'dijametru mnaqqas, eċċ.)
40.06. Pożizzjoni tar-rota tal-istering adattata
40.09. Stering imħaddem bis-saqajn
40.11. Tagħmir ieħor ta' assistenza tar-rota tal-istering
40.14. Sistema tal-istering adattata alternattiva mħaddma b'id jew driegħ wieħed
40.15. Sistema tal-istering adattata alternattiva mħaddma biż-żewġ idejn jew dirgħajn
42. Apparat modifikat għall-viżjoni ta' wara/tal-ġenb
42.01. Apparat adattat għal viżjoni ta' wara
42.03. Apparat addizzjonali ta' ġewwa li jippermetti viżjoni tal-ġenb
42.05. Tagħmir viżiv għall-punti mhux viżibbli
43. Pożizzjoni ta' bilqiegħda tas-sewwieq
43.01. Sit tas-sewwieq f'għoli biżżejjed u b'distanza normali mir-rota tal-istering u mill-pedali
43.02. Sit tas-sewwieq adattat skont is-sura tal-ġisem
43.03. Sit tas-sewwieq b'appoġġ laterali għall-istabbiltà
43.04. Sit tas-sewwieq bis-serħ għad-driegħ
43.06. Adattament taċ-ċinturin tas-sikurezza
43.07. Tip ta' ċinturin tas-sikurezza b'appoġġ għal stabbiltà tajba
44. Modifiki tal-muturi (l-użu tas-subkodiċi huwa obbligatorju)
44.01. Brejk operat singolarment
44.02. Brejk tar-rota ta' quddiem adattat
44.03. Brejk tar-rota ta' wara adattat
44.04. Aċċeleratur adattat
44.08. Għoli tas-sit li jippermetti lis-sewwieq, meta jkun bilqiegħda, li jkollu saqajh it-tnejn imissu mas-superfiċje fl-istess ħin u li l-mutur ikun ibbilanċjat meta jieqaf u jitwaqqaf
44.09. Forza massima tat-tħaddim ta' brejk tar-rota ta' quddiem … N (*) (pereżempju ‘44.09(140N)’)
44.10. Forza massima tat-tħaddim ta' brejk tar-rota ta' wara … N (*) (pereżempju ‘44.10(240N)’)
44.11. Serrieħa tas-sieq adattat
44.12. Gripp tal-idejn adattat
45. Mutur b'sajdkar biss
46. Triċikletti biss
47. Ristrett għal vetturi ta' aktar minn żewġ roti li ma jeħtiġux mis-sewwieq il-bilanċ tal-bidu, tal-waqfien u tat-twaqqif
50. Ristrett għal numru speċifiku ta' vettura/xasi (in-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura, VIN)
Ittri użati flimkien ma' kodiċijiet minn 01 sa 44 għal aktar speċifikazzjoni:
a xellug
b lemin
c id
d sieq
e nofs
f driegħ
g saba'
KODIĊI GĦAL UŻU LIMITAT
61. Limitat għal vjaġġi ta' matul il-ġurnata (pereżempju: siegħa wara s-sebħ u siegħa qabel inżul ix-xemx)
62. Limitat għal vjaġġi b'distanza ta' … km mill-post tar-residenza tad-detentur jew biss ġewwa l-belt/ir-reġjun
63. Is-sewqan mingħajr passiġġieri
64. Limitat għal vjaġġi b' veloċità ta' mhux aktar minn … km/siegħa
65. Is-sewqan awtorizzat biss meta akkumpanjat minn detentur ieħor ta' liċenzja tas-sewqan ta' mill-anqas kategorija ekwivalenti
66. Mingħajr karru
67. Sewqan mhux permess fuq l-awtostradi
68. Ebda alkoħol
69. Ristrett għal vetturi mgħammra b'sistema li tidentifika l-użu tal-alkoħol b'konformità ma' EN 50436. L-indikazzjoni ta' data ta' skadenza hija fakultattiva (pereżempju ‘69’ jew ‘69(1.1.2016)’)
KWISTJONIJIET AMMINISTRATIVI
70. Skambju tal-liċenzja Nru … maħruġa minn … (il-marka distintiva tal-UE/NU fil-każ ta' pajjiż terz; pereżempju ‘70.0123456789.NL’)
71. Duplikat tal-liċenzja Nru … (il-marka distintiva tal-UE/NU fil-każ ta' pajjiż terz; pereżempju ‘71.987654321.HR’)
73. Ristrett għall-vetturi tal-kategorija B tat-tip kwadriċiklu bil-mutur (B1)
78. Ristrett għall-vetturi bi trażmissjoni awtomatika
79. (…) Ristrett għall-vetturi li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-parentesi, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 ta' din id-Direttiva
79.01. Ristrett għall-vetturi b'żewġ roti b'sajdkar jew le
79.02. Ristrett għall-kategorija ta' vetturi AM bi tliet roti jew tat-tip kwadriċiklu ħafif
79.03. Ristrett għat-triċikli
79.04. Ristrett għat-triċikli kkumbinati ma' karrijiet b'massimu ta' massa awtorizzat li ma jaqbiżx 750 kg
79.05. Kategorija A1 mutur bi proporzjon ta' qawwa/piż aktar minn 0,1 W/kg
79.06. Vetturi tal-kategorija BE fejn il-massimu ta' massa awtorizzat tal-karru ma jaqbiżx it-3 500 kg
80. Ristrett għad-detenturi ta' liċenzja tas-sewqan tal-kategorija vettura A tat-tip triċiklu bil-mutur li għandhom inqas minn 24 sena
81. Ristrett għad-detenturi ta' liċenzja tas-sewqan tal-kategorija vettura A tat-tip mutur b'żewġ roti li għandhom inqas minn 21 sena
95. Sewwieq li hu d-detentur ta' CPC li jissodisfa l-obbligu ta' kompetenza professjonali msemmi fid-Direttiva 2003/59/KE sa … (pereżempju: ‘95(01.01.12)’)
96. Vetturi tal-Kategorija B ikkombinati b'karru b'massa massima awtorizzata li taqbeż is-750 kg fejn il-massa massima awtorizzata ta' tali kumbinazzjoni taqbeż t-3 500 kg iżda ma taqbiżx l-4 250 kg
97. Mhux awtorizzat li jsuq vettura tal-kategorija C1 li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 (**).
— kodiċijiet minn 100 'l fuq: kodiċijiet nazzjonali validi biss għas-sewqan fit-territorju tal-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja.
Fejn xi kodiċi japplika għall-kategoriji kollha li għalihom tkun inħarġet il-liċenzja, dan jista' jiġi stampat taħt l-intestaturi 9, 10 u 11;