24.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/52


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2460

tat-23 ta' Diċembru 2015

li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fi Franza

(notifikata bid-dokument C(2015) 9818)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva tal-għasafar, inkluż il-pollam. L-infezzjonijiet bil-virusijiet tal-influwenza avjarja fil-pollam domestiku jagħtu lok għal żewġ forom tal-marda li huma distinti mill-kapaċità ta' tixrid tagħhom. Il-forma b'patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja twassal għal rati ferm għoljin ta' mwiet fil-parti l-kbira tal-ispeċijiet tal-pollam. Din il-marda tista' tħalli impatt qawwi fuq il-profitabbiltà tat-trobbija tal-pollam tal-irziezet.

(2)

L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda f'ċerti ċirkustanzi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin, minkejja li r-riskju ta' dan huwa ġeneralment baxx ħafna.

(3)

Fil-każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f'azjendi oħrajn fejn jittrabba l-pollam jew jinżammu għasafar oħra mrobbijin. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra, jew għal pajjiżi terzi, permezz tal-kummerċ ta' għasafar ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u mad-detezzjoni bikrija tal-influwenza avjarja u l-miżuri ta' kontroll minimi li jridu jiġu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' dik il-marda fil-pollam jew f'għasafar oħra mrobbijin. L-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva jistipula t-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni, żoni ta' sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri f'każ ta' tifqigħa ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. Barra minn hekk, l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2005/94/KE jipprovdi għal ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ta' sorveljanza sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda, inklużi ċerti restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta' pollam, pollam li jkun wasal biex ibid, flieles ta' jum u bajd għat-tfaqqis.

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (4) tistipula regoli għall-kummerċ fl-Unjoni ta' pollam u bajd għat-tfaqqis, inklużi ċ-ċertifikati veterinarji li għandhom jintużaw.

(6)

Franza infurmat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'azjendi fejn jinżamm il-pollam fit-territorju tagħha u minnufih ħadet il-passi meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza skont l-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva.

(7)

Minn investigazzjonijiet fil-laboratorju rriżulta li l-virusijiet tas-sottotipi H5N1, H5N2 u H5N9 misjuba fi Franza huma ferm differenti mill-virus HPAI H5N1 li feġġ fl-Asja f'nofs id-disgħinijiet u li ġie l-ewwel osservat fl-Ewropa fl-2005. Il-virusijiet tas-sottotip H5 li feġġew attwalment fil-Lbiċ ta' Franza għandhom oriġini Ewropea.

(8)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2239 (5) ġiet adottata sabiex telenka, fil-livell tal-Unjoni, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti minn Franza skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2005/94/KE.

(9)

Minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali u r-riskju ta' aktar tixrid tal-marda, Franza stabbiliet ukoll żona ristretta ulterjuri kbira madwar iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza li hija magħmula minn diversi Dipartmenti jew partijiet minnhom fil-Lbiċ ta' dak l-Istat Membru.

(10)

Sabiex tillimita t-tixrid tal-marda, Franza għandha tiżgura li ebda konsenja ta' pollam ħaj, pollam li jkun wasal biex ibid, flieles ta' jum u bajd għat-tfaqqis ma tintbagħat miż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u minn żoni ristretti ulterjuri lejn partijiet oħra ta' Franza, lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi.

(11)

Il-flieles ta' jum jippreżentaw riskju baxx ħafna ta' tifrix ta' virusijiet tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja sakemm dawn ikunu ġew imfaqqsa minn pollam li joriġina minn azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta ulterjuri u 'l barra miż-żona ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u sakemm il-mafqas li ġejjin minnu jista' jiżgura, permezz tal-loġistika u tal-kundizzjonijiet tal-bijosigurtà tax-xogħol tiegħu, li dak il-bajd għat-tfaqqis ma kellu l-ebda kuntatt ma' bajd għat-tfaqqis ieħor jew ma' flieles ta' jum li joriġinaw minn qatgħat tal-pollam fiż-żoni ta' protezzjoni jew ta' sorveljanza u li huma għalhekk fi stat ta' saħħa differenti.

(12)

Il-bajd għat-tfaqqis jippreżenta riskju ferm baxx ta' trażmissjoni tal-mard sakemm dan ikun inġabar minn qatgħat li jinżammu fiż-żona ristretta ulterjuri u li jkun għadda minn testijiet seroloġiċi, b'riżultati negattivi. Kundizzjoni oħra hija li dan il-bajd għat-tfaqqis u l-imballaġ tiegħu għandhom jiġu diżinfettati qabel ma jintbagħtu miż-żona ristretta ulterjuri.

(13)

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri applikabbli fiż-żona ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, huwa għalhekk xieraq li l-awtorità kompetenti ta' Franza tkun tista' tawtorizza l-bgħit ta' konsenji ta' flieles ta' jum u ta' bajd għat-tfaqqis miż-żona ristretta ulterjuri elenkata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni skont ir-rekwiżiti ta' hawn fuq u sakemm isir qbil minn qabel mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ta' destinazzjoni.

(14)

L-estensjoni kbira taż-żona ristretta ulterjuri kif stabbilita minn Franza skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE timponi projbizzjoni ta' moviment fuq proporzjon kbir tal-popolazzjoni tal-pollam suxxettibbli.

(15)

Huwa xieraq ukoll li jiġi mmitigat ir-riskju li l-pollam ikun espost għal virusijiet tal-influwenza avjarja li jiċċirkolaw fiż-żoni ta' sorveljanza stabbiliti billi titnaqqas malajr id-densità tal-popolazzjoni tal-pollam suxxettibbli f'dawk iż-żoni li huma inklużi fiż-żona ristretta ulterjuri, b'mod partikolari permezz tal-qtil f'waqtu u r-ripopolazzjoni tardiva tal-pollam fl-azjendi f'dik iż-żona.

(16)

Minħabba l-iskala kbira u mhux mistennija tat-tifqigħat u l-erja kbira korrispondenti ta' żoni ta' sorveljanza stabbiliti madwar kull tifqigħa, huwa meħtieġ li titnaqqas malajr id-densità tal-popolazzjoni tal-pollam suxxettibbli f'dawk l-azjendi b'riskju partikolarment għoli ta' infezzjoni. It-twettiq ta' eżami kliniku sistematiku tal-pollam qabel ma jintbagħat ikompli jnaqqas ir-rata tal-proċess ta' depopolazzjoni b'mod kunsiderevoli filwaqt li jżid ir-riskju ta' tixrid tal-virus.

(17)

Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit li ma jsirux investigazzjonijiet kliniċi sistematiċi tal-pollam f'azjendi li jinsabu fiż-żoni ta' sorveljanza, sa minn 24 siegħa qabel il-bgħit għall-qatla immedjata fiż-żona ta' sorveljanza jew fiż-żona ristretta ulterjuri, diment li jkunu awtorizzati biss il-movimenti diretti ta' pollam li joriġina minn azjendi fiż-żoni ta' sorveljanza lejn biċċerija deżinjata ġewwa ż-żona ta' sorveljanza u fiż-żona ristretta ulterjuri; u dawn il-movimenti jitwettqu taħt miżuri ta' bijosigurtà stretti, inkluż is-separazzjoni stretta minn pollam li joriġina miż-żona ta' protezzjoni, li t-tindif u d-diżinfezzjoni jitwettqu kif xieraq, u li r-ripopolazzjoni tiġi ttardjata b'mod sinifikanti.

(18)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri għall-kontroll tal-marda u l-estent taż-żoni li tpoġġew taħt restrizzjonijiet f'kollaborazzjoni ma' Franza, u tqis li dawn huma adattati biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti.

(19)

Il-Kummissjoni hija sodisfatta wkoll li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u taż-żona ristretta ulterjuri, stabbiliti mill-awtorità kompetenti ta' Franza skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2005/94/KE, huma mbegħdin biżżejjed mill-ażjendi li fihom ġie kkonfermat li seħħew xi tifqigħat.

(20)

Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ imposti minn pajjiżi terzi, hemm bżonn li tiġi definita malajr iż-żona ristretta ulterjuri stabbilita minn Franza fil-livell tal-Unjoni u li jiġi stipulat li ebda konsenja ta' pollam ħaj, pollam li jkun wasal biex ibid, flieles ta' jum u bajd għat-tfaqqis ma tintbagħat miż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u miż-żona ristretta ulterjuri lejn partijiet oħra ta' Franza, lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi, jekk mhux b'ċerti derogi awtorizzati.

(21)

Fid-dawl tal-iskala tal-iżviluppi attwali tat-tifqigħat tal-mard, ma għadux possibbli aktar li l-lista ta' erjas stabbiliti bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza tiġi aġġornata fil-ħin permezz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk, Franza għandha tippubblika dawn il-listi fuq is-sit elettroniku tal-awtoritajiet Franċiżi, u dawn għandhom jiġu ppubblikati wkoll fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni għall-finijiet ta' informazzjoni.

(22)

Iż-żona ristretta ulterjuri madwar l-erjas ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza għandha tiġi elenkata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, kif għandu jiġi stipulat ukoll it-tul ta' żmien ta' din ir-reġjonalizzazzjoni.

(23)

Peress li Franza qed timplimenta miżuri addizzjonali kif stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2239 sabiex tevita t-tixrid tal-influwenza avjarja u għal raġunijiet ta' ċarezza, dik id-Deċiżjoni għandha titħassar.

(24)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Franza għandha tistabbilixxi żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE, u

(a)

Franza għandha tippubblika listi taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE (“il-listi”).

(b)

Franza għandha tiżgura li dawn il-listi jinżammu aġġornati u li tipprovdi kwalunkwe aġġornament minnufih lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-pubbliku.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista fuq is-sit elettroniku tagħha, għall-finijiet ta' informazzjoni biss.

Artikolu 2

1.   Mingħajr preġudizzju għall-miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza skont l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, Franza għandha tistabbilixxi żona ristretta ulterjuri skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE li tinkludi tal-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ristretti ulterjuri fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Franza għandha tiżgura li ebda konsenja ta' pollam ħaj, pollam li jkun wasal biex ibid, flieles ta' jum u bajd għat-tfaqqis ma tintbagħat miż-żoni elenkati fl-Anness.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti ta' Franza tista' tawtorizza l-bgħit ta' konsenji ta' flieles ta' jum miż-żoni elenkati fl-Anness 'il barra miż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti lejn azjendi li jinsabu f'dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi diment li:

(a)

ikunu tfaqqsu minn bajd għat-tfaqqis li joriġina minn azjendi tal-pollam li jinsabu 'il barra miż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza;

(b)

il-mafqas li ġejjin minnu jista' jiżgura, permezz tal-loġistika u tal-kundizzjonijiet tal-bijosigurtà tax-xogħol tiegħu, li dak il-bajd għat-tfaqqis ma kellu l-ebda kuntatt ma' bajd għat-tfaqqis ieħor jew flieles ta' jum li joriġinaw minn qatgħat tal-pollam fiż-żoni ta' protezzjoni jew ta' sorveljanza stabbiliti u li huma għalhekk fi stat ta' saħħa differenti;

(c)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ta' destinazzjoni tingħata notifika bil-miktub bil-quddiem u din tkun qablet li tirċievi l-konsenji ta' flieles ta' jum u tinnotifika d-data tal-wasla tal-konsenji fl-azjenda ta' destinazzjoni fit-territorju tagħha lill-awtorità kompententi ta' Franza.

4.   B'deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti ta' Franza tista' tawtorizza il-bgħit ta' konsenji ta' bajd għat-tfaqqis miż-żoni elenkati fl-Anness 'il barra miż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti lejn imfaqas li jinsabu f'dak l-Istat Membru, Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi diment li l-bajd jinġabar minn azjendi li dakinhar tal-ġbir ikunu jinsabu fiż-żona ristretta ulterjuri elenkata fl-Anness, u li fihom il-pollam ikun għadda, b'riżultati negattivi, minn testijiet seroloġiċi għall-influwenza avjarja li jkunu kapaċi jindividwaw prevalenza ta' 5 % tal-marda b'livell ta' kunfidenza ta' mill-inqas 95 % u li t-traċċabilità tkun garantita.

5.   Franza għandha tiżgura li ċ-ċertifikati veterinarji previsti fl-Anness IV tad-Direttiva 2009/158/KE li jakkumpanjaw il-konsenji msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jridu jintbagħtu lejn Stati Membri oħra, ikollhom il-kelmiet:

“Il-konsenja hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2460 (*).

Artikolu 3

L-awtorità kompetenti ta' Franza għandha tawtorizza l-bgħit tal-pollam għall-qatla immedjata mill-erjas fiż-żoni ta' sorveljanza elenkati skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 lejn biċċerija diżenjata fiż-żona ta' sorveljanza jew żona ristretta ulterjuri diment li dan il-moviment isir:

(a)

mingħajr ebda dewmien bla bżonn u bħala vjaġġ wieħed;

(b)

suġġett għal miżuri ta' bijosigurtà stretti inkluż is-separazzjoni stretta minn pollam li joriġina minn reġjuni oħra, kif ukoll għal miżuri ta' tindif u dizinfezzjoni.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2239 titħassar.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta' Marzu 2016.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Franza.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16)

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2239 tat-2 ta' Diċembru 2015 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 u H5N2 fi Franza (ĠU L 317, 3.12.2015, p. 37).


ANNESS

Żona ristretta ulterjuri kif imsemmija fl-Artikolu 1:

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Isem (in-numru tad-Dipartiment)

 

 

FR

Franza

Erjas li jinkludu d-Dipartimenti ta':

 

 

DORDOGNE (24)

GERS (32)

GIRONDE (33)

HAUTE-VIENNE (87)

HAUTES-PYRÉNÉES (65)

LANDES (40)

LOT-ET-GARONNE (47)

PYRÉNÉES-ATLANTIQUES (64)

 

 

 

 

Erjas li jinkludu partijiet mid-Dipartimenti ta':

 

 

 

 

CHARENTE (16) il-komun ta':

16254

PALLUAUD

 

 

LOT (46) il-komuni ta':

46006

46008

46061

46066

46072

46087

46098

46114

46118

46120

46126

46127

46145

46152

46153

46164

46169

46171

46178

46184

46186

46194

46200

46205

46209

46215

46216

46219

46222

46234

46239

46241

46250

46257

46258

46259

46297

46309

46316

46334

ANGLARS-NOZAC

LES ARQUES

CASSAGNES

CAZALS

CONCORES

DEGAGNAC

FAJOLES

FRAYSSINET-LE-GELAT

GIGNAC

GINDOU

GOUJOUNAC

GOURDON

LACHAPELLE-AUZAC

LAMOTHE-FENELON

LANZAC

LAVERCANTIERE

LEOBARD

LHERM

LOUPIAC

MARMINIAC

MASCLAT

MILHAC

MONTCLERA

MONTGESTY

NADAILLAC-DE-ROUGE

PAYRAC

PAYRIGNAC

PEYRILLES

POMAREDE

RAMPOUX

LE ROC

ROUFFILHAC

SAINT-CAPRAIS

SAINT-CIRQ-MADELON

SAINT-CIRQ-SOUILLAGUET

SAINT-CLAIR

SALVIAC

SOUILLAC

THEDIRAC

LE VIGAN

 

 

CORREZE (19) il-komuni ta':

19015

19030

19047

19066

19077

19107

19120

19124

19161

19182

19191

19195

19229

19239

19289

AYEN

BRIGNAC-LA-PLAINE

CHARTRIER-FERRIÈRE

CUBLAC

ESTIVALS

LARCHE

LOUIGNAC

MANSAC

PERPEZAC-LE-BLANC

SAINT-AULAIRE

SAINT-CERNIN-DE-LARCHE

SAINT-CYPRIEN

SAINT-PANTALÉON-DE-LARCHE

SAINT-ROBERT

YSSANDON