19.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/143 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2417
tas-17 ta' Diċembru 2015
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni
(notifikata bid-dokument C(2015) 9191)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 (2) ilha tapplika minn Mejju 2015. Sadanittant, fid-dawl tan-notifiki ta' tifqigħat ġodda tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (minn hawn 'il quddiem “l-organiżmu speċifikat”) mingħand l-awtoritajiet Franċiżi fit-territorji rispettivi tagħhom, il-miżuri stipulati f'dik id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati għas-sitwazzjoni attwali. |
(2) |
Analiżijiet xjentifiċi wrew li nstabu diversi subspeċijiet tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tal-Unjoni. Barra minn hekk, diversi pjanti ospitanti nstabu li huma suxxettibbli għal waħda biss minn dawk is-subspeċijiet. Għaldaqstant, id-definizzjoni ta' pjanti ospitanti għandha tiġi emendata biex jiġu kkunsidrati dawn l-iżviluppi. Għall-istess raġuni, ikun ukoll xieraq li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiddemarkaw żoni fir-rigward ta' dawk is-subspeċijiet biss. |
(3) |
Biex jiġi żgurat approċċ aktar f'waqtu fir-rigward tal-elenkar tal-pjanti ospitanti, li bħalissa huma elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789, għandha tiġi emendata d-definizzjoni ta' pjanti ospitanti, l-Anness II għandu jitħassar, u l-lista ta' pjanti ospitanti għandha tiġi ppubblikata f'bażi ta' dejta tal-Kummissjoni ta' “pjanti ospitanti suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa fit-territorju tal-Unjoni”. |
(4) |
Minħabba l-emenda tad-definizzjoni ta' pjanti ospitanti, ikun xieraq li tiġi emendata wkoll id-definizzjoni ta' pjanti speċifikati biex ikun żgurat li dawn ikopru l-pjanti ospitanti kollha minnufih wara li jiddaħħlu fil-bażi ta' dejta li hemm referenza għaliha fil-premessa (3). |
(5) |
Minħabba r-riskju tat-tixrid tal-organiżmu speċifikat f'xi parti mit-territorju tal-Unjoni, kif ukoll l-importanza ta' azzjoni bikrija, huwa partikolarment importanti li jiġu stabbiliti pjanijiet ta' kontinġenza fil-livell tal-Istat Membru sabiex tiġi żgurata tħejjija aħjar f'każ ta' potenzjal ta' tifqigħat. |
(6) |
Biex tiġi ffaċilitata r-riċerka xjentifika bil-għan li jiġu identifikati l-effetti preċiżi tal-organiżmu speċifikat fuq il-pjanti ospitanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jingħata l-possibbiltà li jawtorizza t-tħawwil ta' pjanti ospitanti f'parti waħda jew aktar miż-żona tat-trażżin għal skopijiet xjentifiċi, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE (3), u jiżgura l-protezzjoni tat-territorju tal-Unjoni li mhuwiex affettwat mill-organiżmu speċifikat. Madankollu, tali possibbiltà ma għandhiex teżisti għaż-żona li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(2)(c) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 minħabba li hija qrib il-bqija tat-territorju tal-Unjoni. |
(7) |
Fit-2 ta' Settembru 2015, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ippubblikat opinjoni xjentifika (4) dwar it-trattament bil-misħun ta' materjal għat-tħawwil tad-dwieli inattivi kontra l-organiżmu speċifikat. Dik l-opinjoni turi li l-kundizzjonijiet preskritti u rrakkomandati biex jiġi ttrattat il-materjal għat-tħawwil tad-dwieli kontra l-fitoplażma Grapevine flavescence dorée, huma wkoll effettivi kontra l-organiżmu speċifikat. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun permess, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-moviment ta' pjanti inattivi ta' Vitis fiż-żoni demarkati u 'l barra minnhom wara li dawn il-pjanti jkunu għaddew minn trattament bil-misħun. |
(8) |
Filwaqt li titqies is-suxxettibbiltà tal-pjanti ospitanti li se jiġu infettati bl-organiżmu speċifikat, kif ukoll il-ħtieġa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-operaturi u t-traċċabbiltà f'każ ta' sejbiet pożittivi, huwa xieraq li jkun hemm provvediment li anke pjanti ospitanti li qatt ma tkabbru f'żoni demarkati, jistgħu jiċċaqalqu biss fit-territorju tal-Unjoni jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti. Madankollu, biex ma jiġux introdotti piżijiet amministrattivi sproporzjonati għall-bejjiegħa ta' dawk il-pjanti, dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għall-moviment ta' dawn il-pjanti għal persuni li jaġixxu għal skopijiet li ma għandhomx x'jaqsmu mal-kummerċ, in-negozju, jew il-professjoni tagħhom. |
(9) |
Minħabba l-effetti serji kkawżati mill-organiżmu speċifikat u l-importanza tal-prevenzjoni jew l-azzjoni malajr kemm jista' jkun biex jiġu kkontrollati t-tifqigħat potenzjal fit-territorju tal-Unjoni, l-Istati Membri kollha għandhom iqiegħdu informazzjoni dwar it-theddid tal-organiżmu speċifikat għat-territorju tal-Unjoni għad-disponibbiltà tal-pubbliku ġenerali, tal-vjaġġaturi, u tal-operaturi tat-trasport internazzjonali u professjonali. |
(10) |
Fis-27 ta' Lulju 2015, l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ewwel tifqigħa tal-organiżmu speċifikat fir-reġjun ta' Korsika. Billi l-organiżmu speċifikat instab f'Korsika fuq pjanti ta' speċijiet li għadhom mhux elenkati bħala pjanti speċifikati, huwa xieraq li l-lista ta' pjanti speċifikati tiġi aġġornata biex tinkludi dawk l-ispeċijiet. Għaldaqstant, l-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2015/789/UE għandu jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 għandha tiġi emendata kif xieraq. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-punti (a), (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:
|
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej: “Artikolu 3a Pjanijiet ta' kontinġenza 1. Sal-31 ta' Diċembru 2016, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan li jistipula l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fit-territorju tiegħu skont l-Artikoli minn 4 sa 6a u l-Artikoli minn 9 sa 13a, f'każ ta' preżenza kkonfermata jew suspettata tal-organiżmu speċifikat (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-pjan ta' kontinġenza’). 2. Il-pjan ta' kontinġenza għandu jistabbilixxi dan li ġej:
3. L-Istati Membri għandhom jevalwaw u janalizzaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom kif meħtieġ. 4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom lill-Kummissjoni meta titlobhom.” |
(3) |
L-Artikolu 4(1) jinbidel b'dan li ġej: “1. Meta l-preżenza tal-organiżmu speċifikat tkun ġiet ikkonfermata, l-Istat Membru kkonċernat minnufih għandu jiddemarka żona skont il-paragrafu 2, minn hawn 'il quddiem ‘iż-żona demarkata’. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-preżenza ta' subspeċi partikolari wieħed jew aktar tal-organiżmu speċifikat tkun ikkonfermata, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddemarka żona fir-rigward ta' dak jew dawk is-subspeċi biss.” |
(4) |
L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 5 Il-projbizzjoni dwar it-tħawwil ta' pjanti ospitanti f'żoni infettati 1. It-tħawwil ta' pjanti ospitanti f'żoni infettati għandu jkun ipprojbit, ħlief f'siti li huma fiżikament protetti kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat mill-vetturi tiegħu. 2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat jista' jawtorizza, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE (*), it-tħawwil ta' pjanti ospitanti għal skopijiet xjentifiċi fiż-żona għat-trażżin tal-mard li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7,0020'il barra miż-żona li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(2)(c). (*) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom ċerti organiżmi ta' ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f'ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 41).”" |
(5) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Jiddaħħal l-Artikolu 13a li ġej: “Artikolu 13a Kampanji ta' sensibilizzazzjoni L-Istati Membri għandhom iqiegħdu informazzjoni dwar it-theddid tal-organiżmu speċifikat għat-territorju tal-Unjoni għad-disponibbiltà tal-pubbliku ġenerali, tal-vjaġġaturi, tal-operaturi tat-trasport internazzjonali u professjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament, f'forma ta' kampanji informattivi mmirati fuq il-websajts rispettivi tal-korpi uffiċjali responsabbli jew fuq websajts oħra magħżula minn dawn il-korpi.” |
(7) |
L-Annessi huma emendati kif stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 tat-18 ta' Mejju 2015 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni (ĠU L 125, 21.5.2015, p. 36).
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom ċerti organiżmi ta' ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f'ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 41).
(4) Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti, 2015. Scientific opinion on hot water treatment of Vitis sp. for Xylella fastidiosa. EFSA Journal 2015;13(9):4225, 10 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4225.
ANNESS
L-Annessi huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, il-pjanti li ġejjin jiddaħħlu f'ordni alfabetika:
|
(2) |
L-Anness II jitħassar. |