19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/118


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/2413

tad-9 ta' Diċembru 2015

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (EUPOL Afghanistan/2/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL Afghanistan) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/279/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni EUPOL Afghanistan, inkluża, b'mod partikolari, id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-17 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/922/PESK (2) li testendi t-tul taż-żmien ta' EUPOL Afghanistan sal-31 ta' Diċembru 2016.

(3)

Fl-10 ta' Frar 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/247 (3), li taħtar lis-Sinjura Pia STJERNVALL bħala Kap tal-Missjoni EUPOL Afghanistan mis-16 ta' Frar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015.

(4)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sinjura Pia STJERNVALL bħala Kap tal-Missjoni ta' EUPOL Afghanistan mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sinjura Pia STJERNVALL bħala Kap tal-Missjoni EUPOL Afghanistan huwa b'dan estiż sal-31 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 123, 19.5.2010, p. 4.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/922/PESK tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 152).

(3)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/247 tal-10 ta' Frar 2015 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (EUPOL AFGHANISTAN/1/2015) (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 24).