18.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/133 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2015/2393
tat-8 ta' Diċembru 2015
li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1),
Billi:
(1) |
Mill-1 ta' Novembru 2014, meta jkun meħtieġ li att jiġi adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
(2) |
Sal-31 ta' Marzu 2017, meta jkun meħtieġ li att jiġi adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob li dan jiġi adottat f'konformità mal-maġġoranza kwalifikata kif definita fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. F'dak il-każ, membru tal-Kunsill jista' jitlob li ssir verifika biex jiġi żgurat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tat-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
(3) |
Dawk il-perċentwali jiġu kkalkolati skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III mar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (“ir-Regoli ta' Proċedura”). |
(4) |
L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura jipprevedi li, b'effett mill-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati f'dak l-Anness, f'konformità mad-data disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel. |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2016, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ANNESS III
Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4) TUE, l-Artikolu 238(2) u (3) tat-TFUE u l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 36, il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, kif ukoll il-perċentwal tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru relattivament għall-popolazzjoni tal-Unjoni, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016, għandhom ikunu kif ġej:
Stat Membru |
Popolazzjoni |
Perċentwal tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni |
Ġermanja |
81 089 331 |
15,93 |
Franza |
66 352 469 |
13,04 |
Renju Unit |
64 767 115 |
12,73 |
Italja |
61 438 480 |
12,07 |
Spanja |
46 439 864 |
9,12 |
Polonja |
38 005 614 |
7,47 |
Rumanija |
19 861 408 |
3,90 |
Netherlands |
17 155 169 |
3,37 |
Belġju |
11 258 434 |
2,21 |
Greċja |
10 846 979 |
2,13 |
Repubblika Ċeka |
10 419 743 |
2,05 |
Portugall |
10 374 822 |
2,04 |
Ungerija |
9 855 571 |
1,94 |
Żvezja |
9 790 000 |
1,92 |
Awstrija |
8 581 500 |
1,69 |
Bulgarija |
7 202 198 |
1,42 |
Danimarka |
5 653 357 |
1,11 |
Finlandja |
5 471 753 |
1,08 |
Slovakkja |
5 403 134 |
1,06 |
Irlanda |
4 625 885 |
0,91 |
Kroazja |
4 225 316 |
0,83 |
Litwanja |
2 921 262 |
0,57 |
Slovenja |
2 062 874 |
0,41 |
Latvja |
1 986 096 |
0,39 |
Estonja |
1 313 271 |
0,26 |
Ċipru |
847 008 |
0,17 |
Lussemburgu |
562 958 |
0,11 |
Malta |
429 344 |
0,08 |
Total |
508 940 955 |
|
Livell limitu (62 %) |
315 543 392 |
|
Livell limitu (65 %) |
330 811 621 ” |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GRAMEGNA
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).