2.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/9


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2224

tas-27 ta' Novembru 2015

dwar il-ħatra tal-President, tal-membri u tas-sostituti tagħhom tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tieni perjodu ta' referenza (2015-2019)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-ajru) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(4) tiegħu

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (2), il-Maniġer tan-Netwerk stabbilixxa Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk sabiex jiġu adottati miżuri relatati mal-governanza tal-funzjonijiet tan-netwerk u sabiex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni tagħhom. Dak ir-Regolament jipprevedi li r-rappreżentanti ta' ċerti organizzazzjonijiet ikunu membri votanti tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk, li dawk il-membri votanti jkollhom sostituti u li dawk il-membri u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fuq proposti mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati. Ir-Regolament jipprevedi wkoll li l-Bord għandu jkollu President, li jkun wieħed mill-membri tiegħu.

(2)

Skont ir-Regoli ta' Proċedura tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk, il-President, il-membri votanti u l-membri mhux votanti u s-sostituti rispettivi tagħhom għandhom jinħatru għat-tul ta' perjodu ta' referenza wieħed tal-iskema ta' prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 (4), it-tieni perjodu ta' referenza huwa mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2019.

(3)

Fi Frar u Marzu 2015, l-organizzazzjonijiet ikkonċernati pproponew kandidati biex ikunu r-rappreżentanti tagħhom fil-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk.

(4)

Skont dawn il-proposti, għandhom jiġu maħtura l-membri votanti u l-membri mhux votanti u s-sostituti rispettivi tagħhom, kif ukoll il-President, tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk għat-tul tat-tieni perjodu ta' referenza.

(5)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u trasparenza, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 9613, li tikkonċerna l-ħatra tal-President, tal-membri votanti u tas-sostituti tagħhom tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk għat-tul tal-ewwel perjodu ta' referenza, għandha tiġi revokata.

(6)

Billi t-tieni perjodu ta' referenza beda fl-1 ta' Jannar 2015 u l-ħatriet previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jikkoinċidu ma' dak il-perjodu, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha u għandha tapplika b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2015.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-President tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk huwa s-Sur Simon HOCQUARD, Direttur tal-Operazzjonijiet u tal-Istrateġija tan-NATS.

Artikolu 2

Il-membri votanti u l-membri mhux votanti tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk u s-sostituti rispettivi tagħhom huma l-persuni elenkati fl-Anness.

Artikolu 3

Il-ħatriet imsemmija fl-Artikoli 1 u 2 huma għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2015 u l-31 ta' Diċembru 2019.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 9613 hija revokata.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tapplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) (ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 tad-29 ta' Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 1).


ANNESS

IL-MEMBRI VOTANTI U L-MEMBRI MHUX VOTANTI U S-SOSTITUTI TAGĦHOM TAL-BORD TA' ĠESTJONI TAN-NETWERK

PRESIDENT

Simon HOCQUARD

Direttur tal-Operazzjonijiet u tal-Istrateġija

NATS

UTENTI TAL-ISPAZJU TAL-AJRU

 

MEMBRI VOTANTI

SOSTITUTI

IACA/ERA

Sylviane LUST (Viċi President)

Direttur Ġenerali

Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA)

Simon MCNAMARA

Direttur, Infrastruttura u Ambjent

Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA)

ELFAA

John HANLON

Segretarju Ġenerali

Assoċazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru bi Prezzijiet Baxxi (ELFAA)

Francis RICHARDS

Direttur — Spazju tal-Ajru

Assoċazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru bi Prezzijiet Baxxi (ELFAA)

AEA/IATA

Peter CURRAN

Assistent Direttur — Ħlasijiet tal-ATM

Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA)

Jan ERIKSSON

Espert — Assistenza Teknika u Operazzjonijiet

Assoċazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA)

EBAA/IOPA/EAS

Vanessa RULLIER-FRANCAUD

Maniġer ta' Livell Għoli, Affarijiet Ewropej

Assoċjazzjoni Ewropea tal-Avjazzjoni Imprenditorjali (EBAA)

Martin ROBINSON

Viċi President ta' Livell Għoli, Reġjun Ewropew

Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Bdoti u s-Sidien tal-Inġenji tal-Ajru (IAOPA)

 

Marcel FELTEN

Viċi President

Europe Air Sports

IL-FORNITURI TA' SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI BL-AJRU SKONT IL-BLOKK TA' SPAZJU TAL-AJRU FUNZJONALI

 

MEMBRI VOTANTI

SOSTITUTI

IL-BALTIKU

Maciej RODAK

Rappreżentant tal-Bord

Aġenzija Pollakka ta' Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru (PANSA)

Sergej SMIRNOV

Direttur — ATM

Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru Litwani — Oro Navigacija

BLUEMED

Maurizio PAGGETTI

Direttur,

Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru Taljani (ENAV)

Konstantinos LINTZERAKOS

Gvernatur

Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Ellenika (HCAA)

ID-DANUBJU

Fănică CÂRNU

Deputat Direttur Ġenerali

ROMATSA — Amministrazzjoni ta' Servizzi tat-Traffiku bl-Ajru Rumena

Georgi PEEV

Direttur Ġenerali

BULATSA — Awtorità ta' Servizzi tat-Traffiku bl-Ajru Bulgara

DK-SE

Claus SKJAERBAEK

Uffiċjal Kap Operattiv

NAVIAIR Danimarka

Anders JERNBERG

Maniġer tar-Rotot tal-Ajru tad-Dipartiment ta' Produzzjoni

LFV Żvezja

FABCE

Jan KLAS

Direttur Ġenerali

Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru tar-Repubblika Ċeka

Heinz SOMMERBAUER

Uffiċjal Kap Eżekuttiv

AUSTRO CONTROL.at

FABEC

Robert SCHICKLING

COO

Deutsche Flugsicherung GmbH (DFS)

Maurice GEORGES

Direttur

Direction des Services de la Navigation aérienne (DSNA)

NEFAB

Heikki JAAKKOLA

Viċi President, Affarijiet Internazzjonali, ANS, FINAVIA

Üllar SALUMÄE

Kap tad-Dipartiment tal-ATS

ANS tal-Estonja

L-ILBIĊ

Mario NETO

Direttur — Sikurezza, Kwalità u Strateġija

NAV Portugal EPE

Ignacio González SANCHEZ

Direttur

Navigazzjoni bl-Ajru ta' Spanja ENAIRE

RENJU UNIT — IRLANDA

Peter KEARNEY

Direttur — Operazzjonijiet u Strateġija tal-ATM

Awtorità tal-Avjazzjoni Irlandiża (IAA)

Jonathan ASTILL

Direttur tal-Affarijiet Internazzjonali

NATS tar-Renju Unit

L-OPERATURI TAL-AJRUPORTI

 

MEMBRI VOTANTI

SOSTITUTI

 

Luc LAVEYNE (Viċi President)

Konsulent ta' Livell Għoli

Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti

ACI Ewropa

Robert HILLIARD

Direttur ta' Proġetti Speċjali

Ajruport ta' Edinburgh

 

Giovanni RUSSO

Kap tal-Ippjanar u tal-Inġinerija

Flughafen Zürich AG

Mark C. BURGESS

Maniġer tas-Servizzi tat-Traffiku bl-Ajru

Ajruport ta' Heathrow, Londra

IL-FORZI ARMATI

 

MEMBRI VOTANTI

SOSTITUTI

 

Ġen. Eric LABOURDETTE

Directeur de la Circulation aérienne militaire française

Kurunell Ulrich GRIEWEL

Bundeswehr, il-Ġermanja

 

Kurunell GS Ian LOGAN

Kap responsabbli mir-Regolamentazzjoni tal-Avjazzjoni Militari

Difiża, Forzi tal-Ajru Żvizzeri

Kurunell Bas PELLEMANS

Direttur tal-Awtorità tal-Avjazzjoni NL MIL

Ministeru tad-Difiża

EUROCONTROL

 

MEMBRU MHUX VOTANTI

SOSTITUT

 

Frank BRENNER

Direttur Ġenerali

Philippe MERLO

Direttur — ATM

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

 

MEMBRU MHUX VOTANTI

SOSTITUT

 

Margus RAHUOJA

Direttur — Direttorat tat-Trasport bl-Ajru

DĠ MOVE

Maurizio CASTELLETTI

Kap tal-Unità — Ajru Uniku Ewropew

DĠ MOVE

IL-MANIĠER TAN-NETWERK

 

MEMBRU MHUX VOTANTI

SOSTITUT

 

Joe SULTANA

Direttur tal-Ġestjoni tan-Netwerk

Direttorat tal-Ġestjoni tan-Netwerk

EUROCONTROL

Răzvan BUCUROIU

Kap tat-Taqsima — Strateġija u Żvilupp tan-Netwerk

Direttorat — Maniġer tan-Netwerk

EUROCONTROL