28.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/2201

tat-13 ta' Novembru 2015

dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet ta' Stati terzi għall-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine/5/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ('KPS') biex jieħu deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti għal EUAM Ukraine minn Stati terzi.

(2)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili rrakkomanda li l-KPS jaċċetta l-kontribuzzjonijiet proposti mill-Georgia għal EUAM Ukraine u li jqis il-kontribuzzjoni bħala sinifikanti.

(3)

Il-Georgia għandha tkun eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' EUAM Ukraine,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontribuzzjonijiet ta' Stati Terzi

1.   Il-kontribuzzjoni tal-Georgia għal EUAM Ukraine hija aċċettata u meqjusa bħala sinifikanti.

2.   Il-Georgia hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' EUAM Ukraine.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42.