1.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 315/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2191
tal-10 ta' Novembru 2015
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta' Novembru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1801/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Sħubija”). |
(2) |
L-aħħar Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija skada fis-16 ta' Diċembru 2014. |
(3) |
Fl-10 ta' Lulju 2015, l-Unjoni u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania inizjalaw Protokoll ġdid għall-Ftehim ta' Sħubija (2) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”). Il-Protokoll jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jerġgħu jibdew malajr kemm jista' jkun skont l-Artikolu 14 tiegħu, il-Protokoll għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu. |
(5) |
Ikun adatt li l-Protokoll jiġi ffirmat u applikat b'mod provviżorju, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnominal-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Konformement mal-Artikolu 14 tiegħu, il-Protokoll għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GRAMEGNA
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 tat-30 ta' Novembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1).
(2) Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin (ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).