17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/15 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2049
tal-10 ta' Novembru 2015
dwar it-tnedija fl-Iżvezja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-forniment ta' data personali previst skont dik id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fil-Kapitolu 6 ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji tal-Istati Membri involuti f'tali forniment. |
(2) |
L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (2) jipprevedi li l-verifika li l-kondizzjoni ta' hawn fuq tkun ġiet issodisfata fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandha ssir abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota. |
(3) |
Skont il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data. |
(4) |
L-Iżvezja lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta' data dattiloskopika. |
(5) |
Twettqet b'suċċess prova pilota mill-Iżvezja mal-Awstrija. |
(6) |
Saret żjara ta' evalwazzjoni fl-Iżvezja u sar rapport dwar iż-żjara ta' evalwazzjoni mill-iskwadra ta' evalwazzjoni Awstrijaka li ntbagħat lill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill. |
(7) |
Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju ta' data dattiloskopika. |
(8) |
Fit-13 ta' Lulju 2015, il-Kunsill ikkonkluda li l-Iżvezja kienet implimentat totalment id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fil-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(9) |
Għalhekk, għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika, l-Iżvezja għandha tkun intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(10) |
Id-Danimarka hi marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(11) |
L-Irlanda hi marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(12) |
Ir-Renju Unit mhuwiex marbut bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u mhux marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika, l-Iżvezja hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mill-15 ta' Novembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GRAMEGNA
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).