13.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2025

tas-26 ta' Ottubru 2015

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212, flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/575 (1), il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (2), dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni (“il-Protokoll”) ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fis-17 ta' Marzu 2015.

(2)

L-objettiv tal-Protokoll huwa li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji u tekniċi li jippermettu lir-Repubblika tat-Tuneżija tipparteċipa f'ċerti programmi tal-Unjoni. Il-qafas orizzontali stabbilit bil-Protokoll jikkostitwixxi miżura ta' kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika li tippermetti li l-aċċess għall-għajnuna, b'mod partikolari għajnuna finanzjarja, jiġi pprovdut mill-Unjoni skont dawk il-programmi tal-Unjoni. Dak il-qafas japplika biss għal dawk il-programmi tal-Unjoni li għalihom l-atti legali rilevanti kostituttivi jipprevedu l-possibbiltà ta' parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija. Il-konklużjoni tal-Protokoll għalhekk ma tinvolvix l-eżerċizzju tas-setgħat taħt id-diversi politiki settorjali segwiti mill-programmi, li huma eżerċitati meta jiġu stabbiliti l-programmi.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni huwa b'hekk approvat f'isem l-Unjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 10 tal-Protokoll (4).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tistabbilixxi, f'isem l-Unjoni, it-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fi kwalunkwe programm partikolari tal-Unjoni, inkluż il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas. Il-Kummissjoni żżomm aġġornat il-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/575 tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-iffirmar, fl-isem tal-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni (ĠU L 96, 11.4.2015, p. 1).

(2)   ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(3)  Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 96, 11.4.2015, p. 3 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.