7.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/6


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1997

tal-5 ta' Novembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fejn jidħlu l-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi Traces

(notifikata bid-dokument C(2015) 7534)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Dik il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)

Wara l-verifika sodisfaċenti li għamel is-servizz ta' verifika tal-Kummissjoni (l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (l-FVO)), il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' Brussels South Charleroi Airport fil-Belġju jista' jiġi approvat għall-kategorija ta' annimali oħra, speċifikament għall-insetti, bin-nota O(14) f'qiegħ il-paġna. Għalhekk għandha tiġi emendata l-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(3)

Spanja kkomunikat li żewġ ċentri ta' spezzjoni li hemm fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera mal-port ta' Vilagarcía-Ribeira-Caramiñal għandhom isiru post ta' spezzjoni fil-fruntiera separat f'A Pobra-Ribeira, u li ċ-ċentru ta' spezzjoni li hemm fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera mal-port ta' À Coruña-Laxe għandu jitħassar mil-lista ta' annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru. Għalhekk għandha tiġi emendata l-lista tal-annotazzjonijiet għal Spanja stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(4)

L-awtoritajiet Franċiżi għarrfu li tlestiet il-modernizzazzjoni taċ-ċentru ta' spezzjoni fl-ajruport Roissy Charles-de-Gaulle, wara li dan tal-aħħar tneħħa mill-kategorija U. Għalhekk dak iċ-ċentru ta' spezzjoni jista' jerġa' jingħata l-kategorija U fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(5)

Wara verifika sodisfaċenti li għamel l-FVO, il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera mal-port ta' Cagliari fl-Italja jista' jiġi approvat għall-kategoriji tal-prodotti għall-konsum mill-bniedem (HC) u għal prodotti ppakkjati oħra (NHC(2)). Wara komunikazzjoni mill-Italja, għandha tiġi emendata l-annotazzjoni għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera mal-port ta' Salerno u għandhom jitneħħew l-annotazzjonijiet għall-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruporti ta' Milano-Linate u ta' Verona. Għalhekk l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-Litwanja għarrfet li ngħalaq il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera mal-linji ferrovjarji ta' Pagègiai. Għalhekk għandha tiġi emendata l-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(7)

Wara verifika sodisfaċenti li għamel l-FVO, ċentru ta' spezzjoni li hemm fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta' Amsterdam fin-Netherlands jista' jiġi estiż għall-kategoriji kollha tal-annimali ħajjin, bin-nota O(14) f'qiegħ il-paġna u l-kategorija U bla restrizzjoni. Barra minn hekk, in-Netherlands għarrfu li fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera mal-port ta' Amsterdam żdied iċ-ċentru ta' spezzjoni Vriescentrum Vink Beverwijk BV. Għalhekk għandhom jiġu emendati ż-żewġ annotazzjonijiet fil-lista għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(8)

Ir-Renju Unit għarraf li żewġ ċentri ta' spezzjoni li hemm fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta' Heathrow inbidlu b'ċentru ta' spezzjoni ġdid u li ġie sospiż il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera mal-port ta' Falmouth. Għalhekk għandhom jiġu emendati ż-żewġ annotazzjonijiet fil-lista għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(9)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

(10)

Wara komunikazzjoni mill-Italja, trid issir bidla fl-unità ċentrali fil-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali ta' Traces għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(11)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)   ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 dwar it-tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-parti li tikkonċerna lill-Belġju, wara l-annotazzjoni għal Antwerpen/Anvers tiddaħħal din l-annotazzjoni għal Brussels South Charleroi Airport:

“Brussels South Charleroi Airport

BE CRL 4

A

 

 

O(14)”

(b)

il-parti li tikkonċerna lil Spanja hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-port ta' À Coruña-Laxe tinbidel b'dan li ġej:

“A Coruña

ES LCG 1

P

 

HC, NHC”

 

(ii)

wara l-annotazzjoni emendata tal-port ta' À Coruña tiddaħal din l-annotazzjoni għall-port ta' A Pobra-Ribeira:

“A Pobra-Ribeira

ES ZJF 1

P

A Pobra do Caramiñal

HC-T(FR)(3)

 

Ribeira

HC-T(FR)(3)”

 

(iii)

l-annotazzjoni għall-port ta' Vilagarcía-Ribeira-Caramiñal tinbidel b'din l-annotazzjoni:

“Vilagarcía

ES VIL 1

P

Vilagarcía

HC, NHC”

 

(c)

fil-parti li tikkonċerna lil Franza, l-annotazzjoni għall-ajruport ta' Roissy Charles-de-Gaulle tinbidel b'dan li ġej:

“Roissy Charles-de-Gaulle

FR CDG 4

A

Air France

HC-T(1), HC-NT, NHC-NT

 

France Handling

HC-T(1), HC-NT, NHC

 

Station animalière

 

U, E, O(14)”

(d)

il-parti li tikkonċerna lill-Italja hija emendata kif ġej:

(i)

wara l-annotazzjoni għal Bologna-Borgo Panigale tiddaħal din l-annotazzjoni għall-port ta' Cagliari:

“Cagliari

IT CAG 1

P

 

HC, NHC(2)”

 

(ii)

l-annotazzjoni għall-port ta' Salerno tinbidel b'dan li ġej:

“Salerno

IT SAL 1

P

 

HC, NHC-T(FR), NHC-NT”

 

(iii)

jitħassru l-annotazzjonijiet għall-ajruporti ta' Milano-Linate u ta' Verona;

(e)

fil-parti li tikkonċerna lil-Litwanja, titħassar l-annotazzjoni għal-linji ferrovjarji ta' Pagègiai;

(f)

il-parti li tikkonċerna lin-Netherlands hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta' Amsterdam tinbidel b'li ġej:

“Amsterdam

NL AMS 4

A

Aviapartner Cargo B.V.

HC(2), NHC-T(FR), NHC-NT(2)

O(14)

Schiphol Animal Centre

 

U, E, O(14)

KLM-2

 

U, E, O(14)

Freshport

HC(2), NHC(2)

O(14)”

(ii)

l-annotazzjoni għall-port ta' Amsterdam tinbidel b'dan li ġej:

“Amsterdam

NL AMS 1

P

Cornelis Vrolijk

HC-T(FR)(2)(3)

 

Daalimpex, Velsen

HC-T

 

PCA

HC(2), NHC(2)

 

Kloosterboer Ijmuiden

HC-T(FR)

 

Blankendaal Coldstores, Velsen

HC-T(FR)(2)

 

Vriescentrum Vink Beverwijk BV

HC-T(FR)(2)”

 

(g)

il-parti li tikkonċerna lir-Renju Unit hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-port ta' Falmouth tinbidel b'dan li ġej:

“Falmouth (*)

GB FAL 1

P

 

HC-T(1)(3) (*), NHC-NT(1)(3) (*)”

 

(ii)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta' Heathrow tinbidel b'dan li ġej:

“Heathrow

GB LHR 4

A

Eurobip

HC(1)(2), NHC(2)

 

Animal Reception Centre

 

U, E, O”

(2)

fl-Anness II, fil-parti li tikkonċerna lill-Italja, l-annotazzjoni għall-unità ċentrali “IT00000 DIREZ. GEN. SANITÀ VETERINARIA E ALIMENTI” tinbidel b'dan li ġej:

“IT00000

MINISTERO DELLA SALUTE — DIREZIONE DELLA SANITÀ ANIMALE E DEI FARMACI VETERINARI”