6.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1989

tas-26 ta' Ottubru 2015

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 31(1) u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 180 u 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Ottubru 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli biex jiftħu negozjati rigward Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Euratom”), li jaġixxu bħala Parti waħda, il-Ġappun, il-Georgia, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Armenja, ir-Repubblika tal-Każakistan, ir-Repubblika Kirgiża, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Repubblika tat-Taġikistan, u l-Istati Uniti tal-Amerika (“il-Ftehim”).

(2)

Dawk in-negozjati ġew konklużi b'suċċess u l-Ftehim ġie inizjalat fit-22 ta' Ġunju 2015.

(3)

Il-konklużjoni tal-Ftehim huwa soġġett għal proċedura separata fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Euratom.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi iffirmat f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea ta' Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.