|
27.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1924
tas-26 ta' Ottubru 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK (1). |
|
(2) |
Persuna deċeduta għandha titneħħa mill-Annessi I u II għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).
ANNESS
I.
Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, l-entrata għall-persuna fiżika li ġejja titneħħa mit-taqsima “I. Persuni”:|
Isem (u psewdonomi possibbli)
|
II.
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, l-entrata għall-persuna fiżika li ġejja titneħħa mit-taqsima “I. Persuni”:|
Isem (u psewdonomi)
|